Thursday, 27 March 2014

KONT ILI MA NILTAQA MA MARIJA TA XKIELI

Kont ili ma mmur fl-inhawi tal-wied. Xi drabi triq tghaddi minna mitt darba kulljum, u gie li ddum ma tghaddi ghomor. Ghalkemm ghadni midhla sew tat-toroq tar-rahal, m’ghadniex inhuf bhal ma kont qabel.U triqti tbiddlet xi ftit. Imma jumejn ilu ma nafx x’fettilli,saqajja haduni ‘l hemm.U dlonk ma wicci lil min insib? Hekk hu. Lil Marija. Marija ta Xkieli.

‘X’minnek Marija kemm ili ma narak>’

‘Ara t-tabib.Li kont lotterija l-ewwel premju kont niehu.’

‘Jaqaw Mari, kont qed itaqtaq fuq in-nies bhas-soltu?’

‘U ma tarax tabib. Imma fuqek konna qeghdin nitkellmu, jien u Guza. Ghax dik ukoll kella tmur l-isptar ghax ma sabitekx.’

‘X’taghmel Marija. Thobb haga u toboghod ohra. Imma int gralek xi haga kemm ilek ma tidher?’

‘Ili ntabbab gimghat shah. Jahassra, int kont taghtini erba pirmli u malajr tolqotni. Ma nafx x’dahalli. Daqsxejn ta rih u tefaghni sens lura. Kont qed inbahbah u x’naf jien, u dlonk qalli hawn irridek. Ghamilt gimghatejn is-soghla ma telqitniex. Sirt nitwerwer minn daqsxejn ilma. Lanqas ninhasel ma jien qeghda ghax nibza li niftah il-pori u niehu xi rih iehor.’

‘U tghidx hmerijiet, Marija. Ir-ragel x’minnu?’

‘Dak hadli rasi. Ma kienitx kacca li nehhejtulu. Jahassra qabel kont nehles minnu xi ftit. Issa hlief idur ma saqajja u jgerger ma jaghmilx. Nixxifli mohhi. Inkun nixtieq naghmel toqba f’widnejja biexx id-diskors minn widna jidhol u mill-ohra johrog.’

‘L-istess ghadek Marija. Ara ghandek ragel anglu. Xi trid tghid fih. Daqs kemm igiblek rispett.’

Ghal min ma jafx, Marija wahda mill-karattri helwin tar-rahal. Qalbha taghtihielek, biss mohhok tohodulek ukoll bil-mod kif tirraguna. Kelma tkissirha u verament trid tkun attent biex xi kulltant isegwi li tkun qed tghid.

‘Tabib, hudli hsieb dik it-tifla. Hi u zewgha mieghi ghadhom. M’hemmx li jhenn ghalihom tal-Housing. Xbajt tiela w niezla l-Pluviera.Possibbli m’ghandkomx xi post ghaliha?’

‘Marija, il-Baviera ghalxejn qeghda tmur ghax hemm min hu qabilha, u kieku l-Housing joqghod izomm il-postijiet bla ma jaghtihom ma jkunx qed jaqdi dmiru. Dik it-tifla jmissa ghada l-iskola.’

‘Jekk ghandiex tabib. Mhux bizzejjed ghamlet sas-sittax il sena isahhan il-bank. Mur ara x’hadet it-tifla t’ohti Karmni, dak il-ho’work kollu biex imbaghad trid tqatta msarinha taghmel l-ezamijiet. U tghidx li tkun wehedha. Trid itellaq ma xi mitejn ohra. Le, kemm hasbitha ahjar binti. Vera li sthajt xi ftit meta kella tizzzewweg. Biss,tabib kullmin jgholli idu kullhadd ghandu xijxomm. Imma hallina minn dan issa. Hudli hsiebha tabib inhalli f’idejk.’

‘Tabilhaqq Marija, dik il-bozza li kont kellimtni fuqha, sa fejn naf jien kienu bidluha, stajt ghidtli. Mhux meta kont fid-dlam biss kellimtni.’

‘Iva tabib grazzi, imma hareg minn rasi. Hares, ara daqsxejn jigux jirrangaw dik il-bankina ta quddiemi. Ittieklet ghal kollox. Dalwaqt iwegga xi hadd. Jumejn ilu, Lela ta Zonqri ghal ftit ma hallietx sninha ma l-ghatba tal-bieb biz-zelqa li zelqet. Mur araha tabib lil Lela.Imnellha kif inhi, ahseb u ara b’wicca ccattjat. Madankollu jaf swietilha ta gid.

‘U isa Marija mhux sew titkellem hekk fuq in-nies. U ghall-bankina ghandhom jiehdu hsiebha tal-Kunsill il-gimgha d-diehla.’

‘Eh prosit. Dawk tal-Kunsill m’hawnx bhalhom. Jahdmu tafx. U kemm qishom jiftehmu. Bil-pika min jahdem l-aktar ghar-rahal. Kienet ideja tajba din tal-kunsilli, ghax dak li ma jaghmilx wiehed jista jwahhal fl-iehor.’

‘Marija, min jaf kieku tibda taghmel xi hga int. Mhux kollox trid li jaghmlulek.’

‘Ha nghidlek tabib. Mhux ghax ma ninqalax tafx. Jien ommi dejjem tghid kemm kont negligenti. Ma sirtx professor ghax ma mortx l-universita’. Ghax kieku… dak biss kien jonqosni. Imbaghad fi zmieni, mhux bhal ma hu illum. Illum thallashom biex jitghallmu.Meta kont immur l-iskola jien, kont inhallas biex ma nitghallimx, ghax ma nghoddx kemm tajt cicri lil ta hdejja biex thallini nikkopja xi ftit.’

‘Mela vera d-daqsxejn ta l-universita kien jonqsok, Mari’. Mur. Mur hu hsieb lil zewgek ghax dalwaqt jigi lura.’

‘Sew qed tghid. Lanqas borma ghad m’ghamilt. U dak la jigi jikol ikun irid. Xejn ma sibt xorti mieghu, tabib. Hlief ikel ma jarax. Kif jigi jhammigli kul m’hemm b’dik il-boiler suit imgiddma, u ara tkellmu qabel ma taghtih jiekol. Il-platt that halqu naghtih, biss il-borom hu jrid jahsilhom wara. Sahha tabib. Hadt gost li ergajt rajtek. Inhalli f’idejk ghat-tifla. Imbaghad halli f’idejja, nahseb fik.’

‘Sahha Marija. U ghoqod attenta ghal dik il-bankina li ma jmurx dak li ma garax lil Lela jigri lilek.’

Wednesday, 19 March 2014

ID_DIBATTITU




Bhal ma mdorrija jaghmlu kull nhar ta gimgha, Maria u Zolla jiltaqghu biex flimkien jaraw Xarabank. Issa wkoll meta jkun sugget li t-tnejn jaqblu fuqu ma kienux ihalluha wahda lil l-ohra, ahseb u ara din il-filghaxija meta kellu jkun hemm id-dibattitu politiku bejn iz-zewg kapijiet tal-partiti.

‘Issa Zoll, halli lil min jisma tafx, u mhux tibda tlablab meta jkunu qed jitkellmu.’

‘Ara min qed jitkellem. Int issoltu lsienek ma jieqafx ighid.’

‘Bizzejjed ser jibdew. Ara Simon x’inhu gustuz. U kemm hu pulit, hux Zoll?’

‘Tarax. Qisu tifel ta l-iskola. Taghna pulit ghax imur il-gym kuljum.’

‘Kieku jmur il-gym kuljum kif dejjem ighid kieku heles minnha dik iz-zaqq.’

‘Smajtu Maria? Kemm hu umli. Perfetti m’ahniex, qal’

‘Mhux bhal meta smajnieh qabel l-elezzjoni, ghax kont tisimghu kont tahseb li kollox fuq ir-rubini kien ser jaghmel. Perfetti m’ahniex hej – bhal ma ighidli Kola meta nkun qed nahsel l-art u jghaffiggli. L-ewwel ighaffeg imbaghad jaghmilha tal-haruf. ’

‘Isimghu, isimghu. Ghad baqa hafna xoghol xi jsir.’

‘Imissu le! S’issa mhux paroli biss kellna? Allahares ma baqax xoghol xi jsir.
X’qal? Li ta qablu li dak li weghdu ma ghamluhx? Mela min dahhalna fl-Ewropa? U l-kunsilli? U x-xoghol li kien hawn? Ghax jekk nibda ma nispiccax. Vera jrid ikollok wicc biex tghid li ta qablu ma ghamlu xejn. Ara daqsxejn – ukoll jekk ihares lejn il-berga ta Kastilja hu u diehel filghodu jara x’ghamlu ta qablu.’

‘Iva bizzejjed Mari’ha nisimghu x’qed ighidu.’

‘U mhux veru? Stajna ghamilna ahjar! Cis tarax hej, imma int kien mohhok f’xawwattek l-ewwel.’

‘Iva Mari’ halli lil min jisma, u tafx, dak mhux qed jisimek billi tghidlu. Isma, isma. It-tunker f’Marsaxlokk ser jaghmlu fil-bahar biex imbaghad ikun jista jnehhieh bla ma jkollu joghod ihottu kieku sar fl-art. Kemm jara fil-boghod! Kemm hu bravu.’

‘Le, Zoll it-tunker ser jaghmlu fil-bahar ghax, bhal ma qalulu taghna qabel l-elezzjoni fuq l-art ma setax jaghmel dak it-toqol ghax hemm l-art taflija. Issa gie fi kliemhom u qed jilghab bid-diskors. X’qal issa? Li il-hsieb tal-passaporti gie wara l-elezzjoni? Din lanqas int ma tiblaghha, Zoll.’

‘Ser jitkellem taghkom, Mari’ – u dan mhux tas-soltu jghid, li mhux sewwa hekk u mhux sewwa hekk. Isimghu. Mhux sewwa li tpoggew il-laburisti kullimkien.’

‘Le Zoll, mhux hekk qed ighid. Qed ighid li mhux sewwa tpoggi wiehed li mhux kapaci ghax huwa laburist. Taf x’naf Zoll. li jien u int qeghdin hawn nitlewmu u sadanitant dawn kollha, mill-kbir saz-zghir ga ilhom sena, xahar wara l-iehor jircevu c-cekk id-dar.’

‘u ahna ilna sentejn nisimghu li ser jorhsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u s’issa ghadna ma rajna xejn.’

‘u dawn li tant tghajjru li l-ministri l-ohra kienu hadu zieda fis-salarju, issa huma mhux zieda hadu ,imma salarju fuq salarju. Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax ma niflahx nara aktar kuntrarju.’     

Thursday, 13 March 2014

MARIJA MUGUGHA



Kienet wahda minn dawk il-granet fejn ix-xoghol ma kienx nieqes. Kelli nies jistennew sal-bieb ta barra. Hekk kif hrigt mill-karozza biex nibda l-gurnata, nara lil Marija ta Xkieli gejja tigri minn ftit boghod. Minnufih bdiet tpacpac mieghi, u mieghi baqet diehla helu helu gewwa l-klinika, u qabzet lil kulhadd.

‘Poggu, poggu. Dalwaqt maghkom it-tabib, tafux. Kemm, kemm ighidli kelma. Ara Kitty x’kumbinazzjoni, taf kemm ila biex tiltaqa mieghek Salvina! Pacpcu,pacpcu.’

Ma kien veru xejn li jien kelli xi haga xi nghid lil Marija, imma dan kien il-mod kif hi kienet isserrah ras dak li jkun biex taghmel fattiha.

‘Xi gralek Marija?’ staqsejta biex forsi nfittex nehles.

‘U xi tridu jigrili tabib! Ghandi ugigh, ma halliniex norqod.’

‘Fejn qed jugaghk, Marija?’

‘Gismi kollu tabib.’



‘U, x’kull wahda din, Marija. Ma jistax ikun gismek kollu. Int m’intiex injoranta. Trid, ta lanqas tghidli minn fejn beda l-ugigh.’

‘Anjoranta? Jien? Jien l-iskola ghamiltha kollha, sa ma ghalaqt sittax. U kif dejjem nghid, ma lhatx professur ghax ma mortx l-universita.’

‘Hallik mid-diskors Marija, ghax hemm in-nies jistennew.’

‘Irridek taghtini xi haga ghal dan l-ugigh tabib, u xi haga tajba.’

‘Xi haga tajba, mela hawn xi medicina tajba! Trid xi haga qawwija Marija, hux?’

‘Xi haga qawwija ghandi lil ziti Dilor, kieku. Xi haga tajba, bhal ma tajt lil Zolla ghal ilsiena. Ma waqfietx itaqtaq mill- ahhar li giet ghandek.’

‘Ha nghidlek x’naghmlu, Maria. Tridx naghmlu ftit testijiet?’

‘Iva tabib. Ghamilli ghall kollox.’

‘U x’kull wahda, int Marija. Ghal kollox kif jista jkun! Ghal li hemm bzonn, imbaghad wara naraw.’

‘Wara naraw! U jkolli nerga nigi? Mela jien ghandi l-wicc nerga naqbez dawk in-nies kollha!’

‘Marija, serrah mohhok li wicc, iva, ghandek, imma tista terga tigi u ma taqbez lil hadd. Taghmel bhal ma jaghmlu n-nies u toqghod wara min imissek.’

‘u, hekk bqajna tabib, u x-xoghol id-dar min jaghmlu? Ma tafx li jien, id-dar, kollox fuqi jdur. Il-hin jien irrid inqiesu. U tabib min jaqta bla ma jqis, minn pezza ma johrogx qmis.’

‘Iva, iva Marija sewwa qed tghid. U sewwa wkoll qed ighidu n-nies hemm barra. Qed tismaghhom xi jgorru?’

 u l-mniefah tabib, igorru ghax mara mugugha qed tittallab ftit ghajnuna! Stenna daqsxejn ha nkellimhom ftit jien…’

‘Le, le Marija tkellimhom xejn, ghax jaf ikun hemm xi hadd mugugh bhalek u kelma ggib lil ohra. Inti ejja nkomplu, fittex ehles, u toqghodx tintilef f’diskors fieragh.’

 Ghandek ragun, tabib, ghax meta l-kliem jitwal isir serp. Kif sar ta Zolla. Magharqa li hi kieku tohrog kelma helwa minn fommha. Aktar int tabib gejt taghtiha dik il-medicina. Kien ikun ahjar ghar-rahal kieku ma tajta xejn.’

‘Imma qed tara kif int, int Marija ser terga tintilef fid-diskors.’

‘U mhux int tabib qed tinkwieta ghax qed igorru. Dawk jiehdu gost ipacpcu. Hemm. Dik Kitty ila tghid kemm xtaqet tghid kelma ma Salvina. Issa gieha c-cans. Kieku ma kontx jien kienet tibqa bix-xewqa.’

‘Taf x’naf inghid Marija ma tantx tidher mugugha wisq, ghax kemm ilek hawn gew ma smajtekx tghid ghajma wahda.’

‘Dak li ghandi jien, ighaddili malajr. U int tabib qisek ghandek id-duwa tal-Madalena. Mhux ta b’xejn jigu ghandek in-nies. Ara taghtini xejn, ghax jien pirmli ma tantx niehu gost nibla. Dawk zommom ghal Zolla, forsi darb’ohra iggiba ttemtem. Jekk nerga ma norqodx dal-lejl incempillek, forsi taghtini xi haga fuq it-telefon. Qed niftakar, ahjar immur inhallsu ghax malajr jergghu jaqtawli l-linja. Sahha, sahha ghalik tabib.
 Min imissu. Iva, Salv, qum minn hemm, fittex ehilsu lit-tabib ghax dak ikollu x’jaghmel. Mhux bhalkom, tikom tpacpcu u taghtikom xejn aktar. Ma nafx kif taghmlu tahlu dal-hin kollu. Sahha, sahha ghalikom ilkoll.’

Thursday, 6 March 2014

MARIA TIRCEVI KONT.



Maria kella tbaqbiqa fuqa. Kienet ghada kemm fethet il-posta u sabet ma wicca kont tad-dawl u l-ilma li qatt ma kienet irceviet bhalu. Marret tigri ghand Zolla biex tara jekk hi kinitx irceviet taghha wkoll imma din ma kienet irceviet xejn.

‘Iva xi gralek Maria, x’int hamra! Ma telleghtlekx il-pressjoni hux?’

‘Genn ghandi fuqi. Ara daqsxejn elf ewro kont. X’hasbuni dawn li ghandi linfa f’kull kamra?’

‘Ha nara. Iva veru. Maria m’ghandekx l-arlogg imbabas hux?’

‘Kont ser nghidlek x’ghandi mbabas Zoll. Dawn qed jiggennu. Hekk jewilla ser jonqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.’

‘Imma dak f’Marzu qalilna Joseph.’

‘Mela mhux f’Marzu qeghdin Zoll? Int ukoll ser itellifli l-erre. Ara jahassra jien u Kola b’seba ghajnejn qeghdin biex ma nahlux, imbaghad nircivu dan il-kont. Taf int li bdejna nsajru fuq l-ispiritira biex ma nahlux, u banju, l-ewwel ninhasel jien imbaghad juza l-istess ilma Kola.’

‘Possibli qed tghixu f’dan l-ghaks Mari allavolja dhalna fl-Unjoni Ewropejja. Ghandek tghid mnalla jkun xi kont tad-dawl biex tohrog il-verita.’

‘Int qisek aktar mohhok biex tara kif nghixu jien u Kola milli qed jiddispjecik ghalija. U hawn int, nofsinhar u bil-kondixxiner mixghul? Jien nahseb li l-arlogg tieghek imbabas.’

‘U le dak issa xegheltu biex nara jahdimx.’

‘Mhux ta b’xejn li jrid jahfer lil min inqabad. L-aktar jekk hemm xi erba bhalek tal-partit. Ha naraw ikunx hemm xi lukandier pampalun li xeba jeqred biex jorhsu l-kontijiet. Qeghdin sew. Jien u xi erba bciecen bhali inhallsu u haddiehor xalata, imbaghad jekk jinqabad nahfrulu. U dan kif iddecida l-priministru li ma jigux imharrka, mela mhux il-pulizija jharrku?’

‘U ajma, il-pulizija mhux li jghid il-priministru jaghmlu!’

‘eh iva? Issa hekk sirna?’

‘Maria, iva irraguna ftit. Jekk ma jahfrilhomx ara kemm johduha kontrih. Dan mhux wiehed jew tnejn hemm, mijiet jekk mhux eluf. Elezzjoni ohra tasal, tafx.’

‘Allura hekk sewwa? Jien u Kola inhallsu l-kontijiet u intom tisirqu u taghmlu li tridu, u jekk tinqabdu jahfrulkom. Taf int li ghaddiet sena u dawk kollha li tpoggew ippappuha ilhom xahar wara l-iehor idahhlu c-cekkijiet.’

‘Imma mhux xoghol qed jaghmlu Maria?’

‘Int qed ticcajta hux? Xoghol tfittex garaxx biex shabek ikollhom fejn idoqqu?
Xoghol, u titlaq kollox u tmur tlett xhur l-Awstralja? Xoghol ghax tkun il-mara tal-priministru? Dik ahjar ukoll, ghax bin-nies maghha fuq salarju huma wkoll. Jew bhall-iehor, ghax ghandu habiba, lill-mara bata lura pajjizha u hargila salarju bomba iehor. Le sewwa qeghdin Zoll.’

‘Ghal min qed tghid Mari’,ghax jien ma nkun naf b’xejn?’

‘u issa ghal min qed nghid, dak arah int. U int, kif trid tkun taf jekk taqra ma tafx, u wkoll kieku kont taf, fil-gazzetta li taqra int mhux ser ighidulek. Biex tkun taf x’qed jigri madwarna lil Defni trid taqra. Lil dik imisshom jaghtu il-midalja tar-republika u mela lil dak il-bojja ta l-Ukrena. Ciss xi hbieb qed naghmluha maghhom! Wiehed isbah mill-iehor. U dan li nsiru nafu biss. Min jaf x’qieghed jinhema minn wara darna. Ha nhallik Zoll. Tinsiex titfi dak il-kondixxiner ghax min jaf kemm qed jaqghadlek l-arlogg.’