Thursday, 26 February 2015

MARIA FUQ MIN QED IPAPPIHA



Maria lanqas kienet taf x’laqatha. Ghamlet lejl titqalleb u m’ghalqietx ghajn m’ghajn. Ghalhekk meta ghaddiet Konsa minn hdejha lanqas biss ratha.

‘L-ghodwa t-tajba Maria. Mela ma tridtx kliem dalghodu?’

‘Hawn Kons. Bil-ghejja li ghandi fuqi lanqas biss rajtek. Meta ma jkunx jista jorqod tieghi lanqas lili ma jhalli norqod.’

‘Inti ma tfissdux xi ftit meta ma jkunx jista jorqod Mari’? Jien kull meta nara li lejl gej bic-cajt, infissdu daqsxejn u dlonk, hekk kif ikun lest mall-ewwel jibda jonhor.’

‘Il-mniel x-xorti ghandkom. Jien Kola tieghi, hekk kif naghtih daqsxejn wicc jiftah par ghajnejn daqs gabarre’ u aktar itajjar in-naghs. Kien hemm drabi meta wara, nizel ghal qarnit. Gieli kienu is-siegha ta’bil-lejl. Veru li kullhadd b’xortih.’

‘Min aktar hu b’xortih Maria?’

‘Mela m’intiex f’dinja Kons, int! M’intiex tara? Min ghandu d-dejn mall-bank, bhal ma hawn hafna, ikollhom jaghtu pagament xahar wara iehor, u dak tal-Kafe’Premier hekk kif tela l-Labour, ghalaq il-bieb, mar ghand Joseph u hallaslu d-dejn kollu l-gvern –taxxa, Vat, dawl u ilma.. ‘

‘Bis-serjeta’ qed tghid Maria, jew qed tivvinta?’

‘Qed nivvinta sabih. U dak mhux kollox, tah x’jixrob ukoll, ghax tah fuq il-mitejn elf ewro senserija.’

‘Min kien is-sensar, Maria?’

‘Le, ma kienx hemm sensar. Il-bejjieh stess ha s-senserija. Affarijiet li ma jitwemmnux.’

‘Taf x’jonqos Maria, li issa dan insibuh li ghandu xi kont l-Isvizzera.’

‘Mhux hekk. Ahna Alla wahdu jaf kemm nitqallbu minn hawn u minn hemm biex inwarrbu xi sold u, Alla jbierek dawn b’daqqa ta’ pinna jrekknu l-eluf. Bahnan min jahlef ghalihom ghax kullhadd ghal xawwattu jaghmel.’

‘Bhall-iehor, wara li dam snin jahbi flusu, u wara li qabduh, issa qed jaghmel apologija. Min jaf kienx jaghmilha l-apologija kieku ma qabduhx?’

‘Boloh li huma. Kif jaghmew. Ara l-hajja tant hi qasira hemmx bzonn li jkollok dawk il-flejjes kollha! Jien u Kola aghtina biex nghaddu u forsi xi haga zghira aktar, u bahrin ahna.’

‘Maria, ghamilna ghall-ahjar u fejn konna bqajna. Jekk mhux aghar.’

‘Jekk, Kons, Jekk? Mela m’intiex tara! Qabel forsi kien isir minn wara l-kwinti, u xi kultant. Issa, in your face, u ta’kuljum. Permess biex tibni fejn mhux suppost, promozzjonijiet wahda fil-gimgha, dhul mal-gvern bla applikazzjonijiet u fejn m’hemmx bzonn. Lil tal-Enemalta, jekk tkun tal-qalba jsibulek post, jekk le, trid tara x’se taghmel. Ma rajtx, issa biex titkellem ma’ministru trid thalli l-mobajl warajk, li ma tmurx taqbdu f’xi gidba.’

‘Maria, ahjar li ma ridtx kliem dalghodu ghax gibtli ghajnejja wara widnejja. Ara, mur fissed daqsxejn lil Kola kif ghidtlek forsi ma tafx kif tistrieh ftit.’

‘Mhux hekk Kons. U sadanitant min qed ipappi jibqa jpappi. Sahha Kons.’ 

 

Tuesday, 13 January 2015

XLVIX MARIA W IL-PASTIZZI



Kienet gurnata tal-Hadd u Maria kienet hierga mill-quddies sejra tixtri in-nofs tuzzana pastizzi li kienet ila tohlom bihom tul il-quddiesa kollha. Zolla lejn l-istess triq kienet qed timmira.

‘Ghal dan il-pastizz ta’nhar ta’hadd nghix jien Maria.’

‘Int ghal tieghek qed tghid? Issa kieku jisimek!’

‘U le fejn int sejra b’mohhok? Aghtini pastizz ma’kikkra kafe’ filghodu u taghtini xejn aktar.’

‘Iva jien inkun irridhom ukoll – mhux wiehed tafx. Jekk ma nnizzilx ta’lanqas tlieta ma nkunx jien.’

‘Ghandek tghid kemm saru gholjin. Meta kont zghira pastizz ma kienx aktar minn ftit centezmi u issa wiehed trid tletin.’

‘Dan x’kien qed tara l-hajja gholja Zoll. Minn mindu tela l-Labour kollox jimxi fuq ir-rubini ghalik. Il-pastizz qed tara ghax jaghmilhom wiehed Nazzjonalist. Ghax ma tarax in-nollijiet tat-trasport. Hamsa w sebghin centezmu u lanqas biss igiebek lura.’

‘Vera li qed tghid Mari’?

‘Le niccajta qeghda. Daqs kemm hi cajta l-gholi tal-petlor. Ghar u kaza qed jinxtara bic-cekcik u lilna jhallihulna bl-gholi. M’ghandniex xi nghidu biex jaghti dak is-salarju lill-mara ta’Konrad irid jara mnejn ser igib, hux!’

‘U ajma Maria dejjem l-istess int.’

‘U Zoll, il-linka tbatti fejn id-deni gholi. Bhal li ghamel lit-tifla ta’Konsa ruhi qalbi. Dik kollox glutilfle trid tiehu ghax it-tqiq jaghmilla d-deni. Ma nehhihuliex ukoll, biex jiffranka. U dan ghalfejn? Biex ibellahhom lill-mara ta’Konrad.’

‘Iva Maria mhux haga sew li niffrankaw? Ara kemm hawn hela.’

‘Hela hawn kemm trid ghax ghadna ghadejjin paxxuti b’li tawna l-ohrajn. Imma mhux sew taghmel it-tqancic fuq min hu marid. Sew hekk, lil wiehed taghtih elf ewro biex isib garaxx u jibqa ma jsibux, u lill-marid tnaqqaslu x’jiekol. Mur gharraq gennek Zoll.’

‘Iva kemm m’ghandekx manjieri Mari’. Hekk tkellimni?’

‘Dan minn meta sirt taf mod iehor Zoll. Jien inkelmek hekk biex tifhimni. Bhal ma jkellimkom Joseph. Iz-zieda fis-salarji ta’l-ohrajn ra hej. Imbaghad issa qed jara kif ser ikompli jzied lilu w il-shabu.’

‘Imma kif idawwar id-diskors Mari’. Dik kummissjoni li studjat is-salarji pprezentat il-pariri taghha, mela Joseph. Joseph ruhi qalbi ma jridx ziediet.’

‘Int bis-serjeta’ qed tghid Zoll. U l-kummissjoni min qabbadha? Kieku ma riedx ziediet ma kien iqabbad xejn. U x’ziediet dawk! Hu disghin elf, il-ministri sebghin. Sold u tnejn hej irridu.’

‘Ara hi fittex ghatini. Tlieta tar-rikotta, please, ghax Maria ghanda wahda minn taghha llum.’

‘U sitta pizelli ghalija, ghax ahna bil-pastizzi rridu nghaddu. Xi trid taghmel la x-xitan ried hekk. Sahha ghalikom.’