Kienet gurnata tal-Hadd u Maria kienet hierga
mill-quddies sejra tixtri in-nofs tuzzana pastizzi li kienet ila tohlom bihom
tul il-quddiesa kollha. Zolla lejn l-istess triq kienet qed timmira.
‘Ghal dan il-pastizz ta’nhar ta’hadd nghix jien
Maria.’
‘Int ghal tieghek qed tghid? Issa kieku
jisimek!’
‘U le fejn int sejra b’mohhok? Aghtini pastizz
ma’kikkra kafe’ filghodu u taghtini xejn aktar.’
‘Iva jien inkun irridhom ukoll – mhux wiehed
tafx. Jekk ma nnizzilx ta’lanqas tlieta ma nkunx jien.’
‘Ghandek tghid kemm saru gholjin. Meta kont
zghira pastizz ma kienx aktar minn ftit centezmi u issa wiehed trid tletin.’
‘Dan x’kien qed tara l-hajja gholja Zoll. Minn
mindu tela l-Labour kollox jimxi fuq ir-rubini ghalik. Il-pastizz qed tara ghax
jaghmilhom wiehed Nazzjonalist. Ghax ma tarax in-nollijiet tat-trasport. Hamsa
w sebghin centezmu u lanqas biss igiebek lura.’
‘Vera li qed tghid Mari’?
‘Le niccajta qeghda. Daqs kemm hi cajta l-gholi
tal-petlor. Ghar u kaza qed jinxtara bic-cekcik u lilna jhallihulna bl-gholi.
M’ghandniex xi nghidu biex jaghti dak is-salarju lill-mara ta’Konrad irid jara
mnejn ser igib, hux!’
‘U ajma Maria dejjem l-istess int.’
‘U Zoll, il-linka tbatti fejn id-deni gholi.
Bhal li ghamel lit-tifla ta’Konsa ruhi qalbi. Dik kollox glutilfle trid tiehu
ghax it-tqiq jaghmilla d-deni. Ma nehhihuliex ukoll, biex jiffranka. U dan
ghalfejn? Biex ibellahhom lill-mara ta’Konrad.’
‘Iva Maria mhux haga sew li niffrankaw? Ara
kemm hawn hela.’
‘Hela hawn kemm trid ghax ghadna ghadejjin paxxuti
b’li tawna l-ohrajn. Imma mhux sew taghmel it-tqancic fuq min hu marid. Sew
hekk, lil wiehed taghtih elf ewro biex isib garaxx u jibqa ma jsibux, u
lill-marid tnaqqaslu x’jiekol. Mur gharraq gennek Zoll.’
‘Iva kemm m’ghandekx manjieri Mari’. Hekk tkellimni?’
‘Dan minn meta sirt taf mod iehor Zoll. Jien
inkelmek hekk biex tifhimni. Bhal ma jkellimkom Joseph. Iz-zieda fis-salarji
ta’l-ohrajn ra hej. Imbaghad issa qed jara kif ser ikompli jzied lilu w
il-shabu.’
‘Imma kif idawwar id-diskors Mari’. Dik kummissjoni
li studjat is-salarji pprezentat il-pariri taghha, mela Joseph. Joseph ruhi
qalbi ma jridx ziediet.’
‘Int bis-serjeta’ qed tghid Zoll. U
l-kummissjoni min qabbadha? Kieku ma riedx ziediet ma kien iqabbad xejn. U
x’ziediet dawk! Hu disghin elf, il-ministri sebghin. Sold u tnejn hej irridu.’
‘Ara hi fittex ghatini. Tlieta tar-rikotta,
please, ghax Maria ghanda wahda minn taghha llum.’
‘U sitta pizelli ghalija, ghax ahna
bil-pastizzi rridu nghaddu. Xi trid taghmel la x-xitan ried hekk. Sahha
ghalikom.’