Thursday, 26 February 2015

MARIA FUQ MIN QED IPAPPIHA



Maria lanqas kienet taf x’laqatha. Ghamlet lejl titqalleb u m’ghalqietx ghajn m’ghajn. Ghalhekk meta ghaddiet Konsa minn hdejha lanqas biss ratha.

‘L-ghodwa t-tajba Maria. Mela ma tridtx kliem dalghodu?’

‘Hawn Kons. Bil-ghejja li ghandi fuqi lanqas biss rajtek. Meta ma jkunx jista jorqod tieghi lanqas lili ma jhalli norqod.’

‘Inti ma tfissdux xi ftit meta ma jkunx jista jorqod Mari’? Jien kull meta nara li lejl gej bic-cajt, infissdu daqsxejn u dlonk, hekk kif ikun lest mall-ewwel jibda jonhor.’

‘Il-mniel x-xorti ghandkom. Jien Kola tieghi, hekk kif naghtih daqsxejn wicc jiftah par ghajnejn daqs gabarre’ u aktar itajjar in-naghs. Kien hemm drabi meta wara, nizel ghal qarnit. Gieli kienu is-siegha ta’bil-lejl. Veru li kullhadd b’xortih.’

‘Min aktar hu b’xortih Maria?’

‘Mela m’intiex f’dinja Kons, int! M’intiex tara? Min ghandu d-dejn mall-bank, bhal ma hawn hafna, ikollhom jaghtu pagament xahar wara iehor, u dak tal-Kafe’Premier hekk kif tela l-Labour, ghalaq il-bieb, mar ghand Joseph u hallaslu d-dejn kollu l-gvern –taxxa, Vat, dawl u ilma.. ‘

‘Bis-serjeta’ qed tghid Maria, jew qed tivvinta?’

‘Qed nivvinta sabih. U dak mhux kollox, tah x’jixrob ukoll, ghax tah fuq il-mitejn elf ewro senserija.’

‘Min kien is-sensar, Maria?’

‘Le, ma kienx hemm sensar. Il-bejjieh stess ha s-senserija. Affarijiet li ma jitwemmnux.’

‘Taf x’jonqos Maria, li issa dan insibuh li ghandu xi kont l-Isvizzera.’

‘Mhux hekk. Ahna Alla wahdu jaf kemm nitqallbu minn hawn u minn hemm biex inwarrbu xi sold u, Alla jbierek dawn b’daqqa ta’ pinna jrekknu l-eluf. Bahnan min jahlef ghalihom ghax kullhadd ghal xawwattu jaghmel.’

‘Bhall-iehor, wara li dam snin jahbi flusu, u wara li qabduh, issa qed jaghmel apologija. Min jaf kienx jaghmilha l-apologija kieku ma qabduhx?’

‘Boloh li huma. Kif jaghmew. Ara l-hajja tant hi qasira hemmx bzonn li jkollok dawk il-flejjes kollha! Jien u Kola aghtina biex nghaddu u forsi xi haga zghira aktar, u bahrin ahna.’

‘Maria, ghamilna ghall-ahjar u fejn konna bqajna. Jekk mhux aghar.’

‘Jekk, Kons, Jekk? Mela m’intiex tara! Qabel forsi kien isir minn wara l-kwinti, u xi kultant. Issa, in your face, u ta’kuljum. Permess biex tibni fejn mhux suppost, promozzjonijiet wahda fil-gimgha, dhul mal-gvern bla applikazzjonijiet u fejn m’hemmx bzonn. Lil tal-Enemalta, jekk tkun tal-qalba jsibulek post, jekk le, trid tara x’se taghmel. Ma rajtx, issa biex titkellem ma’ministru trid thalli l-mobajl warajk, li ma tmurx taqbdu f’xi gidba.’

‘Maria, ahjar li ma ridtx kliem dalghodu ghax gibtli ghajnejja wara widnejja. Ara, mur fissed daqsxejn lil Kola kif ghidtlek forsi ma tafx kif tistrieh ftit.’

‘Mhux hekk Kons. U sadanitant min qed ipappi jibqa jpappi. Sahha Kons.’