Maria u Zolla iltaqaw fil-pjazza tar-rahal, it-tnejn gejjin
lura mill-ahhar meetings tal-kampanja elettorali, tal-ewwel minn fuq il-Fosos u
Zolla minn Hal Far.
‘Kemm kelna nies Maria. Dnub li ma gejtx maghna.’
‘Ser tghid lili ghan-nies. Il-Fosos riedu jisplodu. U ga
ghidtlek in-nies tal-meetins ma jrebbhux elezzjonijiet.’
‘Kif ma jrebbhux elezzjonijiet. Mela mhux vot ukoll
ghandhom?’
‘ Imma kemm int tuba, Zoll. U mela m’ghandhomx, imma minn
dawk il-partiti ga jkunu mohhom mistrieh. Huma n-nies li jibghu d-dar li jafu
jmorru ‘l hawn jew ‘l hemm li jdawwru rizultat. X’qalilkom Joseph?’
‘ U kemm jaf x’ghandu xi jghid. Kemm jaf ipoggi l-kliem.
Tghidliex x’qal ghax jien ighid x’ighid jinzilli ghasel minghajr ma naf xi jkun
qal.’
‘ Halli ghalik Zoll. Mhux ta’ b’xejn qeghdin f’li ahna.
Ic-cucata hi li l-aktar bniedem intelligenti fil-pajjiz vot daqshekk ghandu.’
‘ Kos veru hux!’
‘Qalilkom li L-ahjar zmien ghadu gej, hux? Imma ma qalilkomx
ghal min, jekk hux ghalina jew ghalih.’
‘ U ajma Mari’ ghaliex tghid hekk ? jahdem tant ghalina !’
‘ Mhux hekk . Minn tlett ijiem wara li tela beda jahdem
ghalina. Staqsi lil dak Tonna.’
‘ U hallini Mari’. Waqt li kont il-meeting taghna mohhi kien
maghkom fuq il-Fosos.’
‘ Biex int gejja Zoll?’
‘ Ghax ghidt, ara issibulu xi kont iehor jew taqbduh f’xi
tbazwira ohra. Imma ghall-hanin Alla ma ghidtu xejn gdid.’
‘ Le, Simon diskors pulit tal-gheluq ghamel. Imma ha
nghidlek Zoll, mhux ghax m’hemmx tahwid iehor. Jien nghidlek li kemm kemm
missejna il-wicc tal-hmieg li ghandkom.’
‘ U iva Mari’ dak ma jimpurtax x’hemm u x’mhemmx. L-aqwa li
issa ghada gurnata tal-flissjoni u ma tkunux tistghu tohorgu b’xejn gdid qabel
l-elezzjoni. Imbaghad wara ha naraw. B’mod jew iehor, tidwir l’hawn u tidwir
l’hemm Joseph irnexxilu jhawwad l-imhuh u d-dubbju hallihulkom hemm
ma’wicckom.’
‘ X’jimpurtak minn x’inhu sew u x’mhux, Zoll. L-aqwa li
jirbah il-king. Dak l-importanti ghalik. Ara dabbar rasek ghax id-dardir
tqabbadni tirraguna.’
‘U zgur int ma tafx kif kont it-toqba t’ghajni diehla u
hierga li ma tohorgux b’xi wahda ohra, jekk mhux intom dik tal Bidnija.’
‘ Itlaq l’hemm Zoll. Itlaq, ghax ma nifilhekx aktar.’