Wednesday, 29 January 2014

MARIJA U IL-FAQAR

Fis-sena 2012 il-Caritas ghamlet studju fuq nies li qeghdin ibatu biex ighixu u harget bil-konkluzjoni li hawn numru ta nies li qeghdin fir-riskju tal-faqar – skond l-NSO 15.4% tal-popolazzjoni, mal- 64,000 ruh, fosthom17,000 tfal. Dan qajjem hafna interess, mhux l-anqas fx’nifhmu ezattament b’faqar.
 
 
Kienet ilha tistenna wara il-bieb tal-klinika tieghi, anzi kienet l-ewwel wahda. Hekk qaluli l-pazjenti l-ohra meta misshom jidhlu.
 
‘Ara x’kumbinazzjoni, it-tabib. Kieku kont tern tal-lottu kont taghmilni sinjura.’
 
‘X’int tistaghgeb, Marija? Hdejn il-bieb tal-klinika tieghi mhux lili tistenna li tara?’
 
‘Imma jien iss issa ghadni gejja, u hekk kif wasalt kellek tigi int.’
 
Marija dejjem b’kumbinazzjoni tiltaqa mieghi, specjalment meta tkun trid xi parir mediku b’xejn.
 
‘U x’inhi din li kont naghmlek sinjura? Bhalek x’jonqsok? M’intiex xi wahda fix-xifer tal-faqar ukoll, int, hux? Mhux bizzejjed zammek sinjura Kola, hemm bzonn naghmlek wahda jien ukoll?’
 
‘Biex int gej tabib dalghodu! Daqs kemm sibt xorti ma Kola tarax. Ma tiehu xejn minnu.’
 
‘Fejn hu dalghodu, Mari.’
 
‘Mar l-isptar il-bierah. Kos, ghar u kaza kif sirna tabib, jekk ma jkollokx qaddis ma tinqedix. Allahares ma kienitx it-tifla t’ohti li qabzitu ghax kieku min jaf meta kien imissu.’
 
‘Imm issa id-dar qieghed?’
 
‘Id-dar jaghmel il-hasla. Nispera li ma jinsiex idahhal ic-cilindri tal-gass u jarali l-forn. Ghar u kaza, ma tiehu xejn minnu. Imma x’kont qed nghid qabel ma zeffintli l-Kola? Iva hekk kienet qed tghid Zolla li mistaghgbin kemm hawn faqar. Staghgibt jien, ma kontx nghid hekk. Il-bierah hrigna niehdu pizza, ma sibna post imkien. Kullhadd jindafar. Ma kienx hemm mejda vojta.’
 
‘Eh, dak ma jfisser xejn, Mari, ghax min ma harigx jiekol ma kienx qieghed hemm biex tarah.’
 
‘Cis kemm int bravu hej. Li naf huwa li wkoll biex insibu post biex nipparkjaw domna nduru ghomor. Faqar ma nafx hawnx jew le, imma nies geddumhom fix-xghir hawn zgur.’
 
‘Mari, li qed ighidu, mhux li hawn il-faqar, imma li hawn min hu f’risku tal-faqar.’
 
‘Iva naf x’qed ighidu. Qed ighidu li jekk ma jkollokx biex isiefer ta lanqas darba fis-sena int titqies li dalwaqt ser tkun fqir.’
 
‘Mela bniedem m’ghandux isiefer darba fis-sena Mari.’
 
‘U zgur. U ghandu wkoll ikollu min igiblu t-te’fis-sodda.Tarax. U hallina tabib.
Faqar, dak li naraw f’pajjizi ohra iqallbu fil-laned taz-zibel mela li qed tghid int.’
 
‘Jien m’jien nghid xejn, Mari. Jien qed nghid li qal haddiehor. Jien li naf li jkolli min inkun irrid nara x;’ser niktiblu biex ma nnefqux hafna ghax ma jkunx jista.’
 
‘Iva, naf jien. Bhal dik il-mahmuga ta Konsa li giet ghandek il-bierah titkarrab li m’ghandiex biex titma t-tfal. Issa gabet kelb tas-siberja, u minflok tnejn issa trid titma tlieta. Ghax ma tghidx li hawn min ghandu mohhu zurziqa, tabib.’
 
‘Bis-serjeta’Mari’? Kelb bhal dak trid il-flus biex izommu.’
 
‘Mhux ghalhekk qed nghidlek, tabib. Jew bhal Lela taz-Zonqri, titkarrab l-ghaks u tifla ta ghoxrin sena ma tibatix tahdem. Hemm, ghada rieqda ghax tqatta iljieli shah fuq l-intellet.’
 
‘Internet, Mari. Lela ghanda l-internet ukoll? U, madankollu illum jekk ma jkollokx internet qisek m’intiex tghix.’
 
‘Ha nghidlek tabib, ghax int jahassra ma tkun taf xejn. It-tifla ta Patista, ta Lonzu tal-Firli, dik ghamlet zmien ma tahdimx u issa qed taqla l-belli liri. Dik, kull nhar ta Tnejn arha tqattalek gurnata shiha l-casino tilghab dak li tkun qalet, u jekk omma jkolla tatiha ghaxar ewro, ma tieqafx qabel ma tohodilha lura. Imbaghad tarhom ghand il-kappillan biex jigbru r-ross ta l-Ewropa. Kos, tabib kif zammejtni bil-kliem. Ara kif qieghed hawn tatiniex xi haga ghal widnejja. Qisni ghandi spiritira fiha.’
 
‘U hekk veru b’kumbinazzjoni ltqajna Mari. Ghax tghid ghidt jien. Imma trid tistenna wara dawn in-nies l-ohra jekk ghadek kemm gejja.’
 
‘U le dawn m’ghandhomx x’jaghmlu, u jien malajr tehlisni.’
 
Marija dahlet, helset mill-ispiritira ta go widnejha,harget – m’ghandiex xi nghidu, bla ma halliet sold warajha – u wara li gibdet saqajn in-nies li halliet jistennew, telqet tara jekk Kola kienx lesta mill-hasla.

No comments:

Post a Comment