Maria kella tbaqbiqa fuqa. Kienet ghada
kemm fethet il-posta u sabet ma wicca kont tad-dawl u l-ilma li qatt ma kienet
irceviet bhalu. Marret tigri ghand Zolla biex tara jekk hi kinitx irceviet
taghha wkoll imma din ma kienet irceviet xejn.
‘Iva xi gralek Maria, x’int hamra! Ma
telleghtlekx il-pressjoni hux?’
‘Genn ghandi fuqi. Ara daqsxejn elf ewro
kont. X’hasbuni dawn li ghandi linfa f’kull kamra?’
‘Ha nara. Iva veru. Maria m’ghandekx
l-arlogg imbabas hux?’
‘Kont ser nghidlek x’ghandi mbabas Zoll.
Dawn qed jiggennu. Hekk jewilla ser jonqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.’
‘Imma dak f’Marzu qalilna Joseph.’
‘Mela mhux f’Marzu qeghdin Zoll? Int ukoll
ser itellifli l-erre. Ara jahassra jien u Kola b’seba ghajnejn qeghdin biex ma
nahlux, imbaghad nircivu dan il-kont. Taf int li bdejna nsajru fuq l-ispiritira
biex ma nahlux, u banju, l-ewwel ninhasel jien imbaghad juza l-istess ilma
Kola.’
‘Possibli qed tghixu f’dan l-ghaks Mari
allavolja dhalna fl-Unjoni Ewropejja. Ghandek tghid mnalla jkun xi kont
tad-dawl biex tohrog il-verita.’
‘Int qisek aktar mohhok biex tara kif
nghixu jien u Kola milli qed jiddispjecik ghalija. U hawn int, nofsinhar u bil-kondixxiner
mixghul? Jien nahseb li l-arlogg tieghek imbabas.’
‘U le dak issa xegheltu biex nara jahdimx.’
‘Mhux ta b’xejn li jrid jahfer lil min
inqabad. L-aktar jekk hemm xi erba bhalek tal-partit. Ha naraw ikunx hemm xi
lukandier pampalun li xeba jeqred biex jorhsu l-kontijiet. Qeghdin sew. Jien u
xi erba bciecen bhali inhallsu u haddiehor xalata, imbaghad jekk jinqabad
nahfrulu. U dan kif iddecida l-priministru li ma jigux imharrka, mela mhux
il-pulizija jharrku?’
‘U ajma, il-pulizija mhux li jghid
il-priministru jaghmlu!’
‘eh iva? Issa hekk sirna?’
‘Maria, iva irraguna ftit. Jekk ma
jahfrilhomx ara kemm johduha kontrih. Dan mhux wiehed jew tnejn hemm, mijiet
jekk mhux eluf. Elezzjoni ohra tasal, tafx.’
‘Allura hekk sewwa? Jien u Kola inhallsu l-kontijiet
u intom tisirqu u taghmlu li tridu, u jekk tinqabdu jahfrulkom. Taf int li
ghaddiet sena u dawk kollha li tpoggew ippappuha ilhom xahar wara l-iehor
idahhlu c-cekkijiet.’
‘Imma mhux xoghol qed jaghmlu Maria?’
‘Int qed ticcajta hux? Xoghol tfittex
garaxx biex shabek ikollhom fejn idoqqu?
Xoghol, u titlaq kollox u tmur tlett xhur
l-Awstralja? Xoghol ghax tkun il-mara tal-priministru? Dik ahjar ukoll, ghax
bin-nies maghha fuq salarju huma wkoll. Jew bhall-iehor, ghax ghandu habiba,
lill-mara bata lura pajjizha u hargila salarju bomba iehor. Le sewwa qeghdin
Zoll.’
‘Ghal min qed tghid Mari’,ghax jien ma nkun
naf b’xejn?’
‘u issa ghal min qed nghid, dak arah int. U
int, kif trid tkun taf jekk taqra ma tafx, u wkoll kieku kont taf, fil-gazzetta
li taqra int mhux ser ighidulek. Biex tkun taf x’qed jigri madwarna lil Defni
trid taqra. Lil dik imisshom jaghtu il-midalja tar-republika u mela lil dak
il-bojja ta l-Ukrena. Ciss xi hbieb qed naghmluha maghhom! Wiehed isbah
mill-iehor. U dan li nsiru nafu biss. Min jaf x’qieghed jinhema minn wara
darna. Ha nhallik Zoll. Tinsiex titfi dak il-kondixxiner ghax min jaf kemm qed
jaqghadlek l-arlogg.’
No comments:
Post a Comment