Nhar it-tnejn 14 ta’ April Marija ta’Xkieli kienet il-Belt, u fil-pjazza ta’ quddiem il-palazz inqabdet f’folla gmielha ta’nies, u sejra lura r-rahal tiltaqa ma’ Zolla li wkoll qabdet tal-linja.
‘Dan x’kien hawn il-Belt illum Zoll? Ghidt li ser niehu kafe’
bil-kwiet u inqbadt f’dawn in-nies kollha?’
‘Mela ma tafx li llum inkitbet l-istorja, Marija? Illum ghaddiet
il-ligi tal-Unjoni Civili.’
‘Eh, ghalhekk dan l-ghageb kollu? Jien ma nafx x’hemm civili, ghax
l-affarijiet li rajt gibt ghajnejja wara widnejja. Kont qisni qeghda l-karnival
tan-Nadur.’
‘Ghaliex titkellem hekk Marija? Dawn nies ukoll.’
‘Mela jien ghidt li m’humiex? Tibdiex tpoggili kliem f’halqi Zoll.
Jien ghalija jista kullhadd jaghmel li jrid. Affari tieghu u ta’ razztu. Basta
ma jdejjaqx lil haddiehor. U jien illejla dhalt il-Belt biex niehu kafe’ u ghax
dawn hassewhom civili, lili hassruli l-festi.’
‘Xi kulltant ma nifhmekx Marija, tafx.’
‘M’hemmx x’tifhem Zoll. Jien u Kola ninnamraw, int u zewgek
tinnamraw, u hadd ma jaf b’xejn. Dan, ghaliex ghax jinnamraw huma, iridu jaghrfu
lil kullhadd? Jistghu jaghmlu lis-sema ta’ angla jridu. Il-qattus ukoll jilaq
ghajnu. Imma lili hallini niehu kafe’bil-kwiet.’
‘Mari’ ha nfhemek ftit. Jien u int izzewwigna. Dawn irridu jizzewgu
wkoll.’
‘U hallina, Zoll, x’kull wahda. Jizzewwgu? U kif ser ihaddmu
l-kuciniera?’
‘Ihaddmuha Mari’. Ihaddmuha.’
‘U iva, imma l-borma tiggemmed iva, imma l-brodu ma jsirx.’
‘Hekk hu Marija. Issa bis-sahha ta’din il-ligi jistghu jiehdu
l-brodu minn ghand haddiehor.’
‘X’kull wahda wkoll. Jien tieghi joghgobni ghax jien naf x ‘inkun
tfajt fil-borma. Inkitbet l-istorja ghax iggemmdet il-kuciniera u tiehu l-brodu
ta’haddiehor. Ahjar Alla jaghtini s-sabar.’
‘Imma Joseph hekk qalilna, li qed tinkiteb l-istorja.’
‘Jien taf x’nghid Zoll, li jekk bniedem ikun qasir, mhux ser jitwal
ghax ser tibda ssejjahlu twil.’
‘Isma wara kollox, jien ma nifhimx. Jien immur taht it-tinda, nara
lill-ohrajn icapcpu, u incapcap jien ukoll.’
‘Mhux hekk. Inkella kif nimxu l-quddiem? U dak xi gralkom taht
it-tinda, Zoll ghamiekom id-dawl? Jien nahseb li kien hemm wisq bozoz tal-mija,
dak l-gherf kollu f’post wiehed.’
‘Fejn ix-xjafek naf. Ghandi xorti li kont qed inpacpac ma ta’
warajja ghax lili ma tantx lahaqni.’
‘Ghandek tghid jasal biex jaghmikom u xorta wahda d-dawl ma tarawhx.
Jien ser nizel hawn. Sahha Zoll.’