Thursday, 10 April 2014

MARIA U L –KAPPILLAN

Maria midhla tal-knisja mhux hazin. Mhix mara li tiekol l-ghatba taghha u lanqas tippretendi li tifhem x’inhi spiritwalita, imma fejn ikun hem htiega ta xi ghajnuna, hemm issibha. Ma taghmilx ix-xoghol li jkun hemm hi, imma tiehu hsieb li jkun hemm min jaghmlu. Ghodwa wahda, hekk kif ikun hiereg mill-ufficju tieghu, il-kappillan jigi wicc imb wicc ma Maria.

‘Kieku kont biljett tal-lotterija Maria, kieku zgur kont nirbah, ghax proprju lilek irrid.’

‘Hallik mill-lotteriji sur Kappillan ghax sibtni mument hazin.’

‘Ghaliex xi gralek Maria? Veru, xejn ma tidher bhas-soltu.’

‘Jien, meta jaghmel dan ir-rih kiesah xejn ma nkun f’tieghi. Ghal xejn nilbislu. Illum zewg qliezet ilbist minn taht, u xorta wahda qisni ghandi friza tahti.’

‘Tiskantani Maria, kemm kont naghmlek demmek shun.’

‘Uwa demmi shun. Kuxxtejja mhumiex. Madankollu sur Kappillan int x’ghandek bzonn ghax, nghiduha kif inhi int ftit jimpurtak minn kuxxtejja.’

‘U mhux ma jimpurtaniex, imma mhux fuq hekk xtaqt inkellmek.’

‘Isma, sur Kappillan issa toqghodx tghid lil kullhadd li jien nilbes zewg qliezet ta taht, ghax mur ara x’ jahsbu. Ajma immissu jisma Kola tieghi li l-kappillan jaf li nilbes zewg qliezet ta taht, u li jkolli kuxxtejja kishin.’

‘Mhux ahjar naqilbu d-diskors Maria ghax jaf igibna fl-inkwiet.’

‘Ukoll! Mela l-ewwel tghidli li tridni, imbaghad li jimpurtak minn kuxxtejja, u issa li ser ingibek fl-inkwiet. Tridx tghidli fiex nista naqdik sur Kappillan.’

‘Maria, xtaqtek taghmilli ftit figolli ghall-Ghid biex naghmlu ftit fund raising ghall-knisja.’

‘U ghal daqshekk, sur Kappillan. Issa nqabbadlek lil Zolla. Dik imdawwra bil-figolli u zgur li ma tghidx le. Ghall-fun racing ma naqdikx ghax ili ma nittrenja.’

‘U ajma Maria kollok cajt int. Ser taqdini jew le?’

‘Ergajna koppi. L-ewwel ridt tkun taf kemm nilbes qliezet, issa tridni naqdik. Min jisimek, sur Kappillan min jaf x’jahseb. Imma ghall-figolli, dak halli f’idejja. Tiehux hsieb. Hawn, ara gejja Zolla. Il-veru xortik m’ghajnek sur Kappillan. Zoll, Zoll ejja ftit hawn ghax il-kappillan iridek tahdimlu l-figolla.’

‘Biex int gejja ghodu ghodu Mari? Ara hallini bi kwieti ghax m’ghandiex aptitek dalghodu. Bongu sur Kappillan.’

‘Ara din. Mela veru kullhadd qam b’imnihru mdawwar illum. Tridx tmorru tixxejjru lkoll ghax jien la ghandi bzonn figolli u lanqas bzonn taghkom. Hawn ara sur Kappillan, qdejtek. Issa fehma int lil Zolla x’ghanda taghmel ezatt. Jien ser nidhol ftit il-knisja u nghid talba zghira ghal bzonnijiet taghkom.’

‘Grazzi, grazzi hafna, Maria. Il-bambin ikun jafhulek. Ma nafx x’konna naghmlu minghajr l-ghajnuna tieghek.’

‘Sahha sur Kappillan. U kif ghidtlek, dak li tkellimna aktar qabel ta bejni u bejnek.

Zoll, int mhux affair tieghek.’   

 

 

1 comment: