Mhux is-soltu li Maria tmur ghand l-ispizjar.
Meta tidhol f’hanut Maria dejjem tkun trid tixtri xi haga, u minn ghand
l-ispizjar mhux hafna huma l-affarijiet sbieh li tista tixtri. Din id-darba
izda hasset li ahjar tmur hi.
‘X’nista naqdik Maria,’ staqsiha
l-ispizjar. ‘Mhux is-soltu li narawk hawn.’
‘Ta veru, spiz, imma l-ahhar li gie Kola
ghandek, jew hawwad kollox hu jew hawwadtu int.’
‘X’inti tghid Maria! L-ahhar li gie Kola
tieghek kien biex jixtri xi vitamini ghall-familja jekk niftakar sew.’
‘Hekk hu, spiz. U int ghidtlu biex niehdu
seba kuljum.’
‘Le, Maria. Jien ghidtlu biex tiehdu wahda
kull seba tijiem.’
‘Qed tara ghaliex gejt jien. Seba kuljum
waslet ir-risposta.’
‘Allura issa kif intom?’
‘Kif tridna nkunu. Qisna cilindri tal-gass
iridu jisplodu. Jien, hiereg id-duhhan minn widnejja u Kola qed jahseb li ghadu
t’ghoxrin sena. Mhux qed ihallini norqod bil-lejl. Hemm, hallejtu jigri wara
l-qattusa fuq il-bejt.’
‘U x’esagerazzjoni Maria. Veru li dawk
vitamini tajbin hafna, imma ma jahdmux kif qed tghid int.’
‘Kif jahdmu jien ma nafx, imma xi haga
fihom zgur. Ara aqdi lil dan it-tifel inglis ghax dan ommu tkun qed tistennieh.
How brave. Veru bravu you are boy, not like my cindrin. X’qed jixtri dak spiz?’
‘Maria, mela jien noqghod nghid x’jixtri
dak u x’jixtri l-iehor. U int x’inhu affari tieghek? Int l-aqwa li tkun taf
x’tiehu int u x’jiehu Kola.’
‘Dak jiehu, daqs kemm jiehu affarijiet –
aspirina, madeforme, dinitrol. X’ma jihux ghidli.’
‘Tista tghidli x’ghandek bzonn Mari, ghax
hawn min ghandu x’jaghmel.’
‘Bil-mod. Mur ara x’ghandek x’taghmel. U
isma wara kollox jien ghall-bzonn gejt hawn ghax kieku m’ghandix ghalfejn
nersaq.’
‘u sadanitant ghadek m’ghidtlix xi trid.’
‘fejn ix-xjafek naf ghal xiex gejt.
Nessejtni, int, bid-diskors zejjed tieghek. Eh, iva. Kola baqalu xi ftit pirmli
zejda milli jgib mill-isptar, int issib x’taghmel bihom ghax jahassra dnub
jarmihom? Jien ma rridx flus ghalihom, imbaghad ara x’taghtini taghhom int.’
‘Jahassra, imbasta ggibu ghax b’xejn
mill-isptar, imbaghad thalluhom hemm. U issa jien Mari, xi tridni naghmel
bihom! Mela jien ser nohrog pilloli li Alla wahdu jaf fejn zammejthom?’
‘Kont ser nghidlek fejn zammejthom. Fejn
tridni nzommhom. Zgur fuq ic-centru tal-kamra tal-pranzu, tarax! Taht il-mitrah
taz-zija Karmni. M’hemmx post ahjar. Il-kamra zzom il-frisk u l-mitrah hadd ma
jmissu. Minn mindu giet nieqsa iz-zija Karmni, hadd hlief jien ma dahal
fil-kamra. Hemm ftit riha ta gheluq, imma l-gheluq qatt ma qatel lil hadd.’
‘Hallina. Maria, tridx thallina. Mur, mur u
tinsiex terga ggib skoss iehor pilloli mill-isptar. Ta’ b’xejn qatt ma fih
telf.’
‘Jien biznis ingieblek, spiz. Ghandek tghid
mhux il-ministri w n-nisa taghhom biss jitkabbru kif jiehdu li jridu. Int ukoll
spiz, insejt kemm tkarrabt lin-nies ghall-bidu li gejt ir-rahal. Arani tlaqt.’
No comments:
Post a Comment