Saturday, 20 September 2014

HAMSIN SENA MILL-INDIPENDENZA


Maria ghamlet ftit jiem gewwa ghax kienet xi ftit ma tiflahx u hekk kif harget l-ewwel darba daru madwarha n-nies.

‘X’minnek Mari’. Mela kont ma tiflahx?’

‘Hemm bzonn inkun ma niflahx biex ma nfeggx il-barra? Tafux, jien mhux dejjem ikolli aptitkom u xi kultant dik ta’wahdi nkun irridha.’

‘U hallina Mari’, inti thobbna u m’int xejn minghajrna. X’zammek gewwa?’

‘Vera kont daqsxejn ma niflahx, imma dawk id-dokumentarji fuq l-indipendenza fuq it-televixin sahhruni.’

‘U ajma dejjem l-istess int. tik xi haga tal-partit u titlef rasek.’

‘Mela ma smajtux lil tieghek li issa l-indipendenza taghna lkoll. Fl-ahhar ftahtu ghajnejnkom. Ghandek tghid veru jridu jghaddu s-snin biex tifthu ghajnejnkom. Sena wara l-ohra rajtu kif ghamiltu biex tisfrattawlna l-festi, u x’m’ghamiltux.’

‘Mhux sewwa qed tghid Mari’. Kull m’ghamilna protesta ghax ma qbilniex li hafna affarijiet jibqghu f’idejn l-Inglizi.’

‘Protesta? Protesta gejtu thassru l-festi? Festi li kienu ghal qalb tant Maltin. Ghax ma gibtuhiex intom l-indipendenza ridtu thassru. Dik il-protesta. U xi trid tghid ghax xi affarijiet kienu ghadhom f’idejn l-inglizi, mela l-unu mhux mill-wiehed jibda? L-affarijiet hekk isiru. Bil-galbu. Kien il-bidu li minghajru ma setghux jigu affarijiet ohra. Mur ara, bil-flotot tar-Russi u L-Amerikani li kelna ma ghajna fis-sittinijiet, liema flotta Maltija kienet ser tiggieldilhom.’

‘U jien naf. Jien x’nismahhom ighidu l-kazin.’

‘Taf x’naf inghid, Zepp, li dak iz-zmien kontu tghidu kontra, u issa saret tajba. Din bhal tal-Ewropa, l-ewwel x’ma ghamiltux biex itellfuna li nidhlu, u illum gmielkom x’tiddandnu biha. U bhal kunsilli lokali.. Jekk nibda ma nieqafx.’

‘U ajma Maria, issa dawn mhux affarijiet li ghaddew. Issa lejn il-futur irridu nharsu.’

‘Uwwa veru lejn il-futur irridu nharsu ghax il-futur biss jurikom kemm fil-prezent ikollna ragun. Illum tohduha kontrina u ma hemmx x’baqalkom tghajjruna – tradituri, negattivi.. u imbaghad jasal il-futur u naraw li dak li konna qed nghidulkom kien is-sewwa. Jasal il-futur u rridu ninsew kemm ghamiltu hsara fil-passat.’

‘Maria, kemm taf titkellem. Jekk nibqa nisimek nispicca nivvota maghkom.’

‘Le Zepp, la int u lanqas min twieled bhalek ma jivvota maghna. Li titpaxxew meta nitilghu ahna, hekk iva, imma li taslu li taghtuna ragun allavolja tkunu tafu li hekk hu, qatt ma taslu.’

‘Ghax dak fid-demm ikun Maria.’

‘Fid-demm ta’ruh ommok Zepp ikun. Dak fl-injoranza ta’mohhkom mela fid-demm. Ara, x’kull wahda d-demm x’ghandu x’jaqsam. Ara dabbru raskom ‘l hemm u tinsewx tmorru x-xatt tal-Belt ghax issa merhla wahda sirna.’

No comments:

Post a Comment