Friday, 22 November 2013

MARIA U C-CITTADINANZA GHALL-BEJH

Hekk kif ha r-riedni tal-poter f’idejh il-Gvern Laburista gdid habbar skema li biha barrani seta jixtri cittadinanza Maltija. Din ma gietx milqugha tajjeb minn hafna, mhux l-anqas ghaliex ma kienitx fil-program elettorali li ghalih kien ghadu kemm ivvota bi hgaru l-poplu Malti.


‘Ara Zolla dalghodu, x’minnek kemm ili ma narak?’

‘Sejra sal-belt Marija. Tridx tigi mieghi?’

‘Le ruhi oqtolni u ghidli nohrog mir-rahal. Kemm sirt noboghdu t-traffiku.’

‘Le ta, f’lehha ta berqa l-Arriva tiehdok il-belt. U tghidx kemm huma komdi.’

‘Eh issa saru komdi! Mela nsejt kemm gergirtu kontrihom sa ftit xhur ilu?
Iva bil-mod, kemm inti mghaggla.Iddahaqni int Zoll, taghgel taghgel u tibqa fl-istess post.
Kieku kont karozza aqta kemm tahli petrol fix-xejn.’

‘Ghax il-bierah bqajt nara lil Joseph sat-tard u meta nisma lilu nibqa ghaddejja bir-rankatura tieghu, daqs kemm hu bravu.’

‘Din x’inhi Zoll li jrid lic-cinizi jaghmilhom Maltin?’

‘Mhux lic-cinizi biss, lil kulmin irid, basta jaqlghulna.’

‘Imma din haga sewwa Zoll li ssir Malti meta ma tkunx?’

‘Ghax le? X’ser nitilfu minn taghna? Naghtuhom bicca karta, jaghtuna hafna flus u minn taghna x’dahal u hareg?’

‘Ara din kif tirraguna. Mela int, ghax ma tmurx ma l-ewwel bahri li tara, jaghtik kemxa flus u barra bid-daqq. M’iniex ser insaqsik xi jkun dahal u hareg, imma zgur li jekk mhux int, zewgek ma tantx jiehu gost.’

‘Wara kollox Mari jien ma nifhimx. Imma zgur li Joseph jaf x’inhu jaghmel.’

‘Mela bhal ma qalet dik li ma saritx ministru ghax sar zewgha, jew x’inhu. Dik ukoll ma taqbilx imma ser tafda f’Joseph u tivvota favur. X’kull wahda wkoll.’

‘Imma Maria, kont qed nahseb..’

‘Din gdida Zoll, dan minn mindu bdejt tahseb? Int mhux Joseph jahseb ghalik?’

‘Issa hallik minn dan. Meta barrani jizewweg wahda Maltija mhux ukoll isir Malti allavolja ma jkunx?’

‘Iva Zoll hekk hu. Imma dak ghax ma nkunux nistghu naghmlu mod iehor. Dak inkunu rriduh jibqa ma martu u z-zwieg jirbah fuq ir-raguni, u wara kollox dan ikun ser joqoghod hawn Malta. Dan, kif ser naghmlu illum dan ic-ciniz jista lanqas biss ikun jaf fejn hi Malta xorta wahda ser insejhhulu Malti.’

‘Imma Joseph qal li wkoll hafna vapuri jissejjhu Maltin meta lanqas biss ikunu gew Malta.’

‘Mela issa ser tqabbluna ma vapuri? L-ewwel ma impurtakx x’jidhol u johrog u issa bniedem ser tqabblu ma vapur.’

‘Ma nafx jien Maria, thawwduni. Tisma lilek nghid ghandek ragun, imbaghad tisma lil Joseph u tant ipoggi l-kliem sew li tahlef li qed ighid sew.
‘Ighid sew meta b’din ma qalilna xejn qabel?’

‘Imma dak ghax kieku qalilna, Mari, kieku ma konniex nifhmuh.’

‘eh ma konniex nifhmuh. Qed tara kemm jiehu hsiebna, ma riedx ihawwadna. Taf x’naf inghid Zoll, qed jaghmel hafna affarijiet li ma qalilniex u l-affarijiet li qalilna ghadna nistennewhom.’

‘Iva int aghtih cans.’

‘Cans naghtih kemm trid Zoll, u mghaggla miniex daqs kemm kien mghaggel hu biex ighaddi din il-ligi. Xi kull tant nahsbek fidila Zoll.’

‘Xi kull tant Mari? L-ahhar li tkellimna tajtni x’nahseb li dejjem tahsibni fidila.’

‘Jien naf li fidila m’intiex. Imma ma nifhimx kif certi affarijiet ma tarahomx. Issa jigi ighidlek li ma jridx li ighidlna min huma dawn li jridu isiru Maltin, din ma thassbekx?
Ghaliex m’ghandiex inkun naf min hu Malti bhali? U dan ghaliex dan ic-ciniz irid isir Malti u ma jridx jibqa ciniz bhal ma hu? Kieku jkun tefa ghajnejh fuq xi tfajla Maltija u jkun irid isir Malti bhala nifhem, ghax trid tmur fejn tigbdek il-gomma. Imma jekk le, mhux ghax ikollu xi haga tinten? U din l-ghaggla kollha biex jaqdih, Joseph xi jridha?’

‘Ghax inkella jafu jaqbzuna pajjizi ohra, Mari’

‘Mur ara, f’dak il-kaz, ma jkun ciniz wiehed ikun iehor, daqs kemm ighidu li hemm.’

‘Inti gejja mieghi l-belt, u hallik mic-cinizi.’

‘u x’nigi l-belt nigi, mhux ga ghidtlek li miniex tajba ghal dan it-traffiku li sar hawn.

Mur, Zoll mur. Hu pjacir, u attenta mill-bahrin.’

‘Iva issa ser tibqa tghidili din?’

‘U x’kull wahda mhux int ghidt li ma jimpurtakx x’jidhol u johrog. Ma jimpurtakx, mela issa m’ghadiex Malta l-ewwel u qabel kollox. Issa nistghu inbieghuha lil Malta basta jaqalghulna. Imma kif ma tisthux.’

‘Imma int qed tohodha bi kbira wisq din, Maria. Qatt ma rajtek hekk.’

‘Ma nohodhiex bi kbira din! Intom ghamiltu plejtu fuq bicca arlogg, u ghax il-gvern l-iehor bih it-tarzna li kienet qed itellifna tmenin miljun fis-sena. U issa wara li ghamiltu xhur tghajtu li Malta taghna lkoll, issa ser naqsmuha mall-barranin.
Mur Zoll mur gawdi l-Arriva, u kif ghidtlek attenta mill-bahrin.’ 





No comments:

Post a Comment