Thursday, 28 November 2013

IL-MUVIMENT

Is-sena hi 2013. Wara kampanja elettorali twila jitla l-Labour bl-ghajta ta Malta Taghna Lkoll. Kienet rebha kbira b’wiehed mill-akbar distakki fil-hajja politika Maltija. Spiccat l-era ta Lawrence Gonzi u ser tibda dik ta Joseph Muscat li accetta li rebha daqshekk kbira ma setghetx twasslet minn partit, imma kienet rebha ta muviment shih li warajh gibet ukoll Nazzjonalisti li kienu progressive u liberali.

  
Zolla w Konsa kienu fost dawk il-laburisti li kienu ferhana se jtiru bir-rebha li l-partit taghhom kien ghadu kemm ghamel. Kienu fost dawk li kienu qeghdin iduru t-toroq tar-rahal ixejru l-bnadar tal-partit.

‘Ara Marija, Zoll, ejja ninbxuha ftit. Id-daqqa taghna issa. Trid xkupilja Marija biex titfarfar ftit?’

‘Kont ser nghidlek x’taghmel biha l-ixkupilja, Kons. Dawk xi bnadar huma li qed ixejjru? Ilna ma narawhom ftit. Mela issa hrigtuhom minn fejn kontu qed tahbuhom. Issa m’ghadkomx ixejjru l-bnadar ta l-Ewropa?’

‘Ahna ta l-Ewropa daqskom, Mari. U ser inkunu l-aqwa fl-Ewropa, issa b’Joseph.’

‘U bhalek xi trid tghid biha l-ixkupilja?’

‘Biex titfarfar ftit mit-tkaxkira li haddtu.’

‘Mela fejn jaqbillek int tisimghu lil Joseph. Ma smajtux ighid li il-muviment u mhux il-Labour rebah. Fejn taf kif ivvutajt jien? Forsi jien wahda minn tal-muviment!’

‘Kos Mari, ghax tghid, veru. Tghid wasalt biex tivvota maghna! U hallina. Int Mari, int tivvota mall-Labour? Irridu jinzlu l-angli mis-sema biex int tivvota maghna.’

‘Ara mhux affari taghkom kif ivvotajt. Kif ivvutajt tieghi u ta wicci. U tinsewx, hallikom milli tinbxu lil dak u lill-iehor, ghax issa Malta taghna lkoll.’

‘Iva Maria. Issa naghtuk bicca, ta…’

‘Zoll taghtini xejn, mur ixxejjer. Ghax jien la jien bzonnok u lanqas bzonn ta hadd. Jien li ghandi kollu bl-gharaq ta gbini u dak ta zewgi.’

‘Sa jkollna morru Maria. Ma rridu nitilfu xejn. Ghax Joseph qalilna biex inkunu protagonisti u mhux spettaturi.’

‘Protagonista, hej. Tisthajjlekx xi Lollobrigida, Zoll?’

‘Isma wara kollox Maria, ghax ma tigix maghna, sejrin Ghawdex. Madankollu Ghawdex taghkom ghidtu.’

‘Int sejra ‘l hemm Zoll ghax m’ghandiex aptitek dalghodu. Mur xejjer liema bandiera trid. Taf x’naf nghidlek, minn qieh ir-rahal kont u minn qieh ir-rahal ser tibqa.’

‘Issa tara, Maria. Issa kollha mittel klas se nkunu. Hekk qalilna Joseph u hekk ikun, ghax dak li jghid jaghmlu.’

‘Kemm int anjoranta, Zoll. Ma tafx li min jitwieled tond mhux ser imut kwadru? Min jaf kif ser jaharbu tal-muviment meta jibdew ihokku spalla ma spalla mieghek. Qatghu ta l-ghid biex jinku ‘l-mara, u issa ser jitwikku bik. Mur Ghawdex, mur, u jekk tara lil dak tac-coff qis li taqsmu xi ftit hsibijiet flimkien. Jaf jitghallem xi haga minnek. U fejn ma tkunx taf staqsi lil Konsa.’

‘Qisek irrabjata Mari dalghodu. M’ghandekx ghalfejn, tafx. Tista ma taqbilx maghna imma tista tahdem maghna.’

‘Mhux hekk Zoll. Daqs kemm baqa jahdem maghkom is-sur Klement. Lanqas ilhaqtu tlajtu t-tarag ta Kastilja li ma hadthulux l-ufficju w hallejtuh itemtem.’

‘Imma dak ghax tawwal ilsienu..’

‘u ma laghaqx bizzejjed hux Zoll. U dabbar rasek ghax nghidlek kemm tahdem maghkom. Mur Ghawdex, mur li ma jmurx jitlaq il-vapur u jkollhom ireggawh lura ghax ma tkunx wasalt.’

‘Ma tridx tifhem jahassra, Maria li issa m’hemmx ahmar u blu, issa lkoll familja wahda.’

‘U zgur li issa lkoll familja wahda, imma ghax l-affarijiet gew kif ridtu intom. Ara meta riedna nkunu lkoll ahwa Maltin, hemm le, hemm ma waqaftux taghmlu bsaten fir-roti. Ukoll il-bandiera li ghandek f’idejk Zoll, tarax, kollha blu. Il-blu wrejtuh qabel l-elezzjoni biex tidhqu b’dak u bl-iehor. Huda ‘l hemm Kons ghax din tahseb li qed tithaddet ma xi wiehed minn dawk li kienu jgibu fuq it-televixin.’

‘Ara din ukoll kif taghmel.’

‘U mhux veru Zoll, gejja b’li m’hemmx ahmar u blu. Insejt kemm xeghelt xemghat lis-salvatur u kemm capcapptlu meta kien ighidilkom li min mhux maghna kontra taghna?’

‘u dak kien zmien iehor Mari. Int ukoll x’qed isemmi. Dakinnhar hekk kien hemm bzonn, issa irridu nharsu lejn il-futur.’

‘Ara, int hares fejn trid, jien ser nghid kelmtejn mat-tabib ghax ili ma narah. Nispera mhux tal-muviment dan ukoll, ghax imbaghad jitlali San Filep.





No comments:

Post a Comment