Bhal ma mdorrija jaghmlu kull nhar ta
gimgha, Maria u Zolla jiltaqghu biex flimkien jaraw Xarabank. Issa wkoll meta
jkun sugget li t-tnejn jaqblu fuqu ma kienux ihalluha wahda lil l-ohra, ahseb u
ara din il-filghaxija meta kellu jkun hemm id-dibattitu politiku bejn iz-zewg
kapijiet tal-partiti.
‘Issa Zoll, halli lil min jisma tafx, u
mhux tibda tlablab meta jkunu qed jitkellmu.’
‘Ara min qed jitkellem. Int issoltu lsienek
ma jieqafx ighid.’
‘Bizzejjed ser jibdew. Ara Simon x’inhu
gustuz. U kemm hu pulit, hux Zoll?’
‘Tarax. Qisu tifel ta l-iskola. Taghna pulit
ghax imur il-gym kuljum.’
‘Kieku jmur il-gym kuljum kif dejjem ighid kieku
heles minnha dik iz-zaqq.’
‘Smajtu Maria? Kemm hu umli. Perfetti
m’ahniex, qal’
‘Mhux bhal meta smajnieh qabel l-elezzjoni,
ghax kont tisimghu kont tahseb li kollox fuq ir-rubini kien ser jaghmel.
Perfetti m’ahniex hej – bhal ma ighidli Kola meta nkun qed nahsel l-art u
jghaffiggli. L-ewwel ighaffeg imbaghad jaghmilha tal-haruf. ’
‘Isimghu, isimghu. Ghad baqa hafna xoghol
xi jsir.’
‘Imissu le! S’issa mhux paroli biss kellna?
Allahares ma baqax xoghol xi jsir.
X’qal? Li ta qablu li dak li weghdu ma
ghamluhx? Mela min dahhalna fl-Ewropa? U l-kunsilli? U x-xoghol li kien hawn?
Ghax jekk nibda ma nispiccax. Vera jrid ikollok wicc biex tghid li ta qablu ma
ghamlu xejn. Ara daqsxejn – ukoll jekk ihares lejn il-berga ta Kastilja hu u
diehel filghodu jara x’ghamlu ta qablu.’
‘Iva bizzejjed Mari’ha nisimghu x’qed
ighidu.’
‘U mhux veru? Stajna ghamilna ahjar! Cis
tarax hej, imma int kien mohhok f’xawwattek l-ewwel.’
‘Iva Mari’ halli lil min jisma, u tafx, dak
mhux qed jisimek billi tghidlu. Isma, isma. It-tunker f’Marsaxlokk ser jaghmlu
fil-bahar biex imbaghad ikun jista jnehhieh bla ma jkollu joghod ihottu kieku
sar fl-art. Kemm jara fil-boghod! Kemm hu bravu.’
‘Le, Zoll it-tunker ser jaghmlu fil-bahar
ghax, bhal ma qalulu taghna qabel l-elezzjoni fuq l-art ma setax jaghmel dak
it-toqol ghax hemm l-art taflija. Issa gie fi kliemhom u qed jilghab
bid-diskors. X’qal issa? Li il-hsieb tal-passaporti gie wara l-elezzjoni? Din
lanqas int ma tiblaghha, Zoll.’
‘Ser jitkellem taghkom, Mari’ – u dan mhux
tas-soltu jghid, li mhux sewwa hekk u mhux sewwa hekk. Isimghu. Mhux sewwa li
tpoggew il-laburisti kullimkien.’
‘Le Zoll, mhux hekk qed ighid. Qed ighid li
mhux sewwa tpoggi wiehed li mhux kapaci ghax huwa laburist. Taf x’naf Zoll. li
jien u int qeghdin hawn nitlewmu u sadanitant dawn kollha, mill-kbir saz-zghir
ga ilhom sena, xahar wara l-iehor jircevu c-cekk id-dar.’
‘u ahna ilna sentejn nisimghu li ser jorhsu
l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u s’issa ghadna ma rajna xejn.’
‘u dawn li tant tghajjru li l-ministri l-ohra
kienu hadu zieda fis-salarju, issa huma mhux zieda hadu ,imma salarju fuq
salarju. Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax ma niflahx nara aktar kuntrarju.’
No comments:
Post a Comment