Thursday, 13 March 2014

MARIJA MUGUGHA



Kienet wahda minn dawk il-granet fejn ix-xoghol ma kienx nieqes. Kelli nies jistennew sal-bieb ta barra. Hekk kif hrigt mill-karozza biex nibda l-gurnata, nara lil Marija ta Xkieli gejja tigri minn ftit boghod. Minnufih bdiet tpacpac mieghi, u mieghi baqet diehla helu helu gewwa l-klinika, u qabzet lil kulhadd.

‘Poggu, poggu. Dalwaqt maghkom it-tabib, tafux. Kemm, kemm ighidli kelma. Ara Kitty x’kumbinazzjoni, taf kemm ila biex tiltaqa mieghek Salvina! Pacpcu,pacpcu.’

Ma kien veru xejn li jien kelli xi haga xi nghid lil Marija, imma dan kien il-mod kif hi kienet isserrah ras dak li jkun biex taghmel fattiha.

‘Xi gralek Marija?’ staqsejta biex forsi nfittex nehles.

‘U xi tridu jigrili tabib! Ghandi ugigh, ma halliniex norqod.’

‘Fejn qed jugaghk, Marija?’

‘Gismi kollu tabib.’



‘U, x’kull wahda din, Marija. Ma jistax ikun gismek kollu. Int m’intiex injoranta. Trid, ta lanqas tghidli minn fejn beda l-ugigh.’

‘Anjoranta? Jien? Jien l-iskola ghamiltha kollha, sa ma ghalaqt sittax. U kif dejjem nghid, ma lhatx professur ghax ma mortx l-universita.’

‘Hallik mid-diskors Marija, ghax hemm in-nies jistennew.’

‘Irridek taghtini xi haga ghal dan l-ugigh tabib, u xi haga tajba.’

‘Xi haga tajba, mela hawn xi medicina tajba! Trid xi haga qawwija Marija, hux?’

‘Xi haga qawwija ghandi lil ziti Dilor, kieku. Xi haga tajba, bhal ma tajt lil Zolla ghal ilsiena. Ma waqfietx itaqtaq mill- ahhar li giet ghandek.’

‘Ha nghidlek x’naghmlu, Maria. Tridx naghmlu ftit testijiet?’

‘Iva tabib. Ghamilli ghall kollox.’

‘U x’kull wahda, int Marija. Ghal kollox kif jista jkun! Ghal li hemm bzonn, imbaghad wara naraw.’

‘Wara naraw! U jkolli nerga nigi? Mela jien ghandi l-wicc nerga naqbez dawk in-nies kollha!’

‘Marija, serrah mohhok li wicc, iva, ghandek, imma tista terga tigi u ma taqbez lil hadd. Taghmel bhal ma jaghmlu n-nies u toqghod wara min imissek.’

‘u, hekk bqajna tabib, u x-xoghol id-dar min jaghmlu? Ma tafx li jien, id-dar, kollox fuqi jdur. Il-hin jien irrid inqiesu. U tabib min jaqta bla ma jqis, minn pezza ma johrogx qmis.’

‘Iva, iva Marija sewwa qed tghid. U sewwa wkoll qed ighidu n-nies hemm barra. Qed tismaghhom xi jgorru?’

 u l-mniefah tabib, igorru ghax mara mugugha qed tittallab ftit ghajnuna! Stenna daqsxejn ha nkellimhom ftit jien…’

‘Le, le Marija tkellimhom xejn, ghax jaf ikun hemm xi hadd mugugh bhalek u kelma ggib lil ohra. Inti ejja nkomplu, fittex ehles, u toqghodx tintilef f’diskors fieragh.’

 Ghandek ragun, tabib, ghax meta l-kliem jitwal isir serp. Kif sar ta Zolla. Magharqa li hi kieku tohrog kelma helwa minn fommha. Aktar int tabib gejt taghtiha dik il-medicina. Kien ikun ahjar ghar-rahal kieku ma tajta xejn.’

‘Imma qed tara kif int, int Marija ser terga tintilef fid-diskors.’

‘U mhux int tabib qed tinkwieta ghax qed igorru. Dawk jiehdu gost ipacpcu. Hemm. Dik Kitty ila tghid kemm xtaqet tghid kelma ma Salvina. Issa gieha c-cans. Kieku ma kontx jien kienet tibqa bix-xewqa.’

‘Taf x’naf inghid Marija ma tantx tidher mugugha wisq, ghax kemm ilek hawn gew ma smajtekx tghid ghajma wahda.’

‘Dak li ghandi jien, ighaddili malajr. U int tabib qisek ghandek id-duwa tal-Madalena. Mhux ta b’xejn jigu ghandek in-nies. Ara taghtini xejn, ghax jien pirmli ma tantx niehu gost nibla. Dawk zommom ghal Zolla, forsi darb’ohra iggiba ttemtem. Jekk nerga ma norqodx dal-lejl incempillek, forsi taghtini xi haga fuq it-telefon. Qed niftakar, ahjar immur inhallsu ghax malajr jergghu jaqtawli l-linja. Sahha, sahha ghalik tabib.
 Min imissu. Iva, Salv, qum minn hemm, fittex ehilsu lit-tabib ghax dak ikollu x’jaghmel. Mhux bhalkom, tikom tpacpcu u taghtikom xejn aktar. Ma nafx kif taghmlu tahlu dal-hin kollu. Sahha, sahha ghalikom ilkoll.’

1 comment: