Thursday, 27 March 2014

KONT ILI MA NILTAQA MA MARIJA TA XKIELI

Kont ili ma mmur fl-inhawi tal-wied. Xi drabi triq tghaddi minna mitt darba kulljum, u gie li ddum ma tghaddi ghomor. Ghalkemm ghadni midhla sew tat-toroq tar-rahal, m’ghadniex inhuf bhal ma kont qabel.U triqti tbiddlet xi ftit. Imma jumejn ilu ma nafx x’fettilli,saqajja haduni ‘l hemm.U dlonk ma wicci lil min insib? Hekk hu. Lil Marija. Marija ta Xkieli.

‘X’minnek Marija kemm ili ma narak>’

‘Ara t-tabib.Li kont lotterija l-ewwel premju kont niehu.’

‘Jaqaw Mari, kont qed itaqtaq fuq in-nies bhas-soltu?’

‘U ma tarax tabib. Imma fuqek konna qeghdin nitkellmu, jien u Guza. Ghax dik ukoll kella tmur l-isptar ghax ma sabitekx.’

‘X’taghmel Marija. Thobb haga u toboghod ohra. Imma int gralek xi haga kemm ilek ma tidher?’

‘Ili ntabbab gimghat shah. Jahassra, int kont taghtini erba pirmli u malajr tolqotni. Ma nafx x’dahalli. Daqsxejn ta rih u tefaghni sens lura. Kont qed inbahbah u x’naf jien, u dlonk qalli hawn irridek. Ghamilt gimghatejn is-soghla ma telqitniex. Sirt nitwerwer minn daqsxejn ilma. Lanqas ninhasel ma jien qeghda ghax nibza li niftah il-pori u niehu xi rih iehor.’

‘U tghidx hmerijiet, Marija. Ir-ragel x’minnu?’

‘Dak hadli rasi. Ma kienitx kacca li nehhejtulu. Jahassra qabel kont nehles minnu xi ftit. Issa hlief idur ma saqajja u jgerger ma jaghmilx. Nixxifli mohhi. Inkun nixtieq naghmel toqba f’widnejja biexx id-diskors minn widna jidhol u mill-ohra johrog.’

‘L-istess ghadek Marija. Ara ghandek ragel anglu. Xi trid tghid fih. Daqs kemm igiblek rispett.’

Ghal min ma jafx, Marija wahda mill-karattri helwin tar-rahal. Qalbha taghtihielek, biss mohhok tohodulek ukoll bil-mod kif tirraguna. Kelma tkissirha u verament trid tkun attent biex xi kulltant isegwi li tkun qed tghid.

‘Tabib, hudli hsieb dik it-tifla. Hi u zewgha mieghi ghadhom. M’hemmx li jhenn ghalihom tal-Housing. Xbajt tiela w niezla l-Pluviera.Possibbli m’ghandkomx xi post ghaliha?’

‘Marija, il-Baviera ghalxejn qeghda tmur ghax hemm min hu qabilha, u kieku l-Housing joqghod izomm il-postijiet bla ma jaghtihom ma jkunx qed jaqdi dmiru. Dik it-tifla jmissa ghada l-iskola.’

‘Jekk ghandiex tabib. Mhux bizzejjed ghamlet sas-sittax il sena isahhan il-bank. Mur ara x’hadet it-tifla t’ohti Karmni, dak il-ho’work kollu biex imbaghad trid tqatta msarinha taghmel l-ezamijiet. U tghidx li tkun wehedha. Trid itellaq ma xi mitejn ohra. Le, kemm hasbitha ahjar binti. Vera li sthajt xi ftit meta kella tizzzewweg. Biss,tabib kullmin jgholli idu kullhadd ghandu xijxomm. Imma hallina minn dan issa. Hudli hsiebha tabib inhalli f’idejk.’

‘Tabilhaqq Marija, dik il-bozza li kont kellimtni fuqha, sa fejn naf jien kienu bidluha, stajt ghidtli. Mhux meta kont fid-dlam biss kellimtni.’

‘Iva tabib grazzi, imma hareg minn rasi. Hares, ara daqsxejn jigux jirrangaw dik il-bankina ta quddiemi. Ittieklet ghal kollox. Dalwaqt iwegga xi hadd. Jumejn ilu, Lela ta Zonqri ghal ftit ma hallietx sninha ma l-ghatba tal-bieb biz-zelqa li zelqet. Mur araha tabib lil Lela.Imnellha kif inhi, ahseb u ara b’wicca ccattjat. Madankollu jaf swietilha ta gid.

‘U isa Marija mhux sew titkellem hekk fuq in-nies. U ghall-bankina ghandhom jiehdu hsiebha tal-Kunsill il-gimgha d-diehla.’

‘Eh prosit. Dawk tal-Kunsill m’hawnx bhalhom. Jahdmu tafx. U kemm qishom jiftehmu. Bil-pika min jahdem l-aktar ghar-rahal. Kienet ideja tajba din tal-kunsilli, ghax dak li ma jaghmilx wiehed jista jwahhal fl-iehor.’

‘Marija, min jaf kieku tibda taghmel xi hga int. Mhux kollox trid li jaghmlulek.’

‘Ha nghidlek tabib. Mhux ghax ma ninqalax tafx. Jien ommi dejjem tghid kemm kont negligenti. Ma sirtx professor ghax ma mortx l-universita’. Ghax kieku… dak biss kien jonqosni. Imbaghad fi zmieni, mhux bhal ma hu illum. Illum thallashom biex jitghallmu.Meta kont immur l-iskola jien, kont inhallas biex ma nitghallimx, ghax ma nghoddx kemm tajt cicri lil ta hdejja biex thallini nikkopja xi ftit.’

‘Mela vera d-daqsxejn ta l-universita kien jonqsok, Mari’. Mur. Mur hu hsieb lil zewgek ghax dalwaqt jigi lura.’

‘Sew qed tghid. Lanqas borma ghad m’ghamilt. U dak la jigi jikol ikun irid. Xejn ma sibt xorti mieghu, tabib. Hlief ikel ma jarax. Kif jigi jhammigli kul m’hemm b’dik il-boiler suit imgiddma, u ara tkellmu qabel ma taghtih jiekol. Il-platt that halqu naghtih, biss il-borom hu jrid jahsilhom wara. Sahha tabib. Hadt gost li ergajt rajtek. Inhalli f’idejk ghat-tifla. Imbaghad halli f’idejja, nahseb fik.’

‘Sahha Marija. U ghoqod attenta ghal dik il-bankina li ma jmurx dak li ma garax lil Lela jigri lilek.’

1 comment:

  1. Thank you so much for these little stories. I keep checking everyday for them. You always manage to bring a smile to an otherwise mundane day !! Keep them coming :)

    ReplyDelete