‘Kieku kont biljett tal-lotterija Maria,
kieku zgur kont nirbah, ghax proprju lilek irrid.’
‘Hallik mill-lotteriji sur Kappillan ghax
sibtni mument hazin.’
‘Ghaliex xi gralek Maria? Veru, xejn ma
tidher bhas-soltu.’
‘Jien, meta jaghmel dan ir-rih kiesah xejn
ma nkun f’tieghi. Ghal xejn nilbislu. Illum zewg qliezet ilbist minn taht, u
xorta wahda qisni ghandi friza tahti.’
‘Tiskantani Maria, kemm kont naghmlek
demmek shun.’
‘Uwa demmi shun. Kuxxtejja mhumiex.
Madankollu sur Kappillan int x’ghandek bzonn ghax, nghiduha kif inhi int ftit
jimpurtak minn kuxxtejja.’
‘U mhux ma jimpurtaniex, imma mhux fuq hekk
xtaqt inkellmek.’
‘Isma, sur Kappillan issa toqghodx tghid
lil kullhadd li jien nilbes zewg qliezet ta taht, ghax mur ara x’ jahsbu. Ajma
immissu jisma Kola tieghi li l-kappillan jaf li nilbes zewg qliezet ta taht, u
li jkolli kuxxtejja kishin.’
‘Mhux ahjar naqilbu d-diskors Maria ghax
jaf igibna fl-inkwiet.’
‘Ukoll! Mela l-ewwel tghidli li tridni,
imbaghad li jimpurtak minn kuxxtejja, u issa li ser ingibek fl-inkwiet. Tridx
tghidli fiex nista naqdik sur Kappillan.’
‘Maria, xtaqtek taghmilli ftit figolli
ghall-Ghid biex naghmlu ftit fund raising ghall-knisja.’
‘U ghal daqshekk, sur Kappillan. Issa
nqabbadlek lil Zolla. Dik imdawwra bil-figolli u zgur li ma tghidx le.
Ghall-fun racing ma naqdikx ghax ili ma nittrenja.’
‘U ajma Maria kollok cajt int. Ser taqdini
jew le?’
‘Ergajna koppi. L-ewwel ridt tkun taf kemm
nilbes qliezet, issa tridni naqdik. Min jisimek, sur Kappillan min jaf
x’jahseb. Imma ghall-figolli, dak halli f’idejja. Tiehux hsieb. Hawn, ara gejja
Zolla. Il-veru xortik m’ghajnek sur Kappillan. Zoll, Zoll ejja ftit hawn ghax
il-kappillan iridek tahdimlu l-figolla.’
‘Biex int gejja ghodu ghodu Mari? Ara
hallini bi kwieti ghax m’ghandiex aptitek dalghodu. Bongu sur Kappillan.’
‘Ara din. Mela veru kullhadd qam b’imnihru
mdawwar illum. Tridx tmorru tixxejjru lkoll ghax jien la ghandi bzonn figolli u
lanqas bzonn taghkom. Hawn ara sur Kappillan, qdejtek. Issa fehma int lil Zolla
x’ghanda taghmel ezatt. Jien ser nidhol ftit il-knisja u nghid talba zghira
ghal bzonnijiet taghkom.’
‘Grazzi, grazzi hafna, Maria. Il-bambin
ikun jafhulek. Ma nafx x’konna naghmlu minghajr l-ghajnuna tieghek.’
‘Sahha sur Kappillan. U kif ghidtlek, dak
li tkellimna aktar qabel ta bejni u bejnek.
Zoll, int mhux affair tieghek.’
Maybe someone will make me figolla this year!
ReplyDelete