Wednesday, 18 June 2014

MARIA MIXHUTA GHALL-FRISK



 Maria kienet mixhuta ghall-frisk ghax barra ix-xemx kienet qed taghmel taghha. Kif kienet sejra ghajnha biha tinstema tisbita qawwija fuq il-bieb ta’ barra, u tfegg Zolla hamra, hamra b’rabja liema bhala fuqha.

‘Xi gralek Zoll? Haditek ix-xemx, qisek awwissa?’

‘Hallini nizvoga Mari’ ghax ser nisplodi. Taf li l-gimgha l-ohra mort Kastilja biex idahhluli lit-tifel mal-gvern. U alla jbierek hrigt minn hemm ferhana ser intir bil-kuragg li ghamluli.’

‘Iva naf. Ma kellimtek xejn ghax zgur konna naghtu bil-genn li kellek fuqek. Joseph tiela w Joseph niezel.’

‘Ara daqsxejn. Hallewni bla risposta u issa qed nisma li lil dak Bombi hargulu sittin elf ewro biex ma jaghmel xejn. Jista jahdem mid-dar. Hadem tant kontrina qabel l-elezzjoni…’

‘Tigriex Zoll. Tigriex. Hadem kontrikom. Iva hekk deher ghal ghajn in-nies, imma x’kien ghaddej wara l-kwinti kont taf?’

‘Xi trid tghid biha Maria? M’iniex nifhem.’

‘Zoll, ahna bebbux ta l-art. X’inhu ghaddej ma nafux. M’intiex tara li qeghdin jigru affarijiet li ma jaghmlux sens? Mela bdejna b’sitta u tletin elf vot – haga li qatt ma grat fil-pajjiz. Imbaghad ghidna li kien hemm is-swiccers – haga li qatt ma smajniha. Qabel kien hemm Frunkie Tabone u t-tnejn l-ohra jahdmu minn wara dar shabhom – mhux wiehed jew tnejn, imma tlieta. Issa money no problem. Lil wiehed biex isib garaxx naghtuh il-flus, lill-ohrajn ghal bord wiehed tnejn. Il-kontijiet jorhsu bla ma nafu minn fejn gejjin il-flus. Xi hadd mohbi fix-Xemxija u mhux affari taghna. M’intiex tara Zoll li qeghdin zewg popli differenti? Le, mhux Nazzjonalisti u Laburisti. Imma dawk li jafu x’inhu ghaddej, u ahna li jeghduna b’zewg centezmi zieda.’

‘Qed taghgibbni Maria. Qatt ma harist lejhom hekk l-affarijiet.’

‘Ghax int mohh ta’ tigiega imma. Tiftakar kemm ghamlu storbju gewwa l-Ewropa kontra l-bejh tal-passaport Malti, u bir-ragun. Imbaghad tkellmu ma’Joseph u f’hakka t’ghajn l-istorbju waqaf. Ghaliex? Min jaf ghaliex. L-Amerikani, kont nahseb li ser jaqilbu Malta ta’taht fuq ghax bil-passaport Malti, barrani kien ser ikun jista jidhol l-Amerka. Smajt xi hoss? Xejn. U allura mhux sew qed nghidlek li jkunu ghaddejjin affarijiet minn wara darna.’

‘Cis, allura mhux ser idahhluhuli lit-tifel mal-gvern?’

‘Ma fhimt xejn Zoll. Ma nafx ghaliex nahli z-zmien mieghek. Minhabba nies bhalek li qeghdin f’li qeghdin. Ghax int kull ma trid li ibnek jidhol mall-gvern, u a la ghajnek li fil-pajjiz l-affarijiet ma jkunux sejrin sew.’

‘Imma jien fejn nifhem f’dawn l-affarijiet Maria. Jien lanqas sax-Xemxija ma naf nasal, ahseb u ara kemm ser inkun naf min qieghed mohbi hemm. U fil-pajjiz l-affarijiet sejrin sew ghax hekk qalilna Joseph.’

‘Ara, Zoll dabbar rasek ‘l hemm u hallini nistrieh. Jekk Joseph qallek li kollox sejjer sew, gawdih u lili hallini bi kwieti u tigix teqred ghandi. 
    





No comments:

Post a Comment