Tuesday, 24 June 2014

MARIA W IL-WORLD CUP



Hekk kif waslet il-gimgha li kellu jibda l-loghob, Kola lesta kollox ghal quddiem it-televixin biex ma jitlifx loghba. Birra fil-fridge kien hemm. Il-programm kien fuq il-mejda biex izomm ruhu aggornat mal-hinijiet tal-partiti. Insomma kien lest biex iqatta xahar kif kien ilu jippjana mill-bidu tas-sena. Ma kienx mignun ghall-loghba tal-ballun imma partiti ta’ dan il-livell kien imut ghalihom.

Hekk kif spiccat ic-cerimonja tal-ftuh u kien qed jistenna li tibda l-ewwel partita, tidhol Maria.

‘Ahna ser nohorgu jew ser nibghu hawn?’

‘Kont ser nghidlek fejn ser imorru Maria. Mela ma ndunajtx li ser tibda l-loghba?’

‘U ajma, mela ma ndunajtx. Int ma ndunajtx li qed niccajta mieghek, Kol.’

‘Ejja hdejja Mari’. Strieh. Serrrah daqsxejn mohhok.’

‘Jekk m’ghandiex Kol. Arani ser nqatta saghtejn inhares lejn tnejn u ghoxrin ragel jigru wara bicca gilda. Jien ma nafx kif tissaportu tahlu daqstant hin.’

‘Mhux kulhadd bid-delizzju tieghu Maria?’

‘U ajma drajtuha din tad-delizzju. Ghax issa, llum hekk sirna, kulmin ghandu xi dnub isejjahlu delizzju, u kulhadd irid ibaxxi rasu. Ghax ma tghidux li hu vizzju, mela delizzju.’

‘Mela ghax m’ghandkomx delizzji intom in-nisa, m’ghandniex ikollna biex nghaddu daqsxejn zmien ahna l-irgiel? X’kull wahda wkoll.’

‘Kol, meta trid tghaddi z-zmien u jaghdduk biz-zmien aqliblu fuq l-ahbarijiet u titpaxxa kemm trid. U jekk toqghod taqleb minn stazzjon ghall-iehor dak li wiehed ighidlu abjad l-iehor ighidlu iswed u jekk ma thossokx bahnan biz-zmien li kunu qed ighadduk ghid li miniex Maria ta’Xkieli.’

‘Iva issa oqghod daqsxejn kwieta Mari’ ha nisma l-line-up. Eh ha jilghab Rooney.’

‘X’qal dak Kol? Xi jridna nfakkruh?’

‘Le Maria, dak ma jridna nfakkruh xejn. Dak ma hax gost li ser jilaghab Rooney ghax xejn ma kien qed jilaghab tajjeb dan l-ahhar.’

‘U lil dak x’qed jilaghbuh jaghmel, ghadu ma missx ballun.’

‘Maria, dak mhux suppost imiss ballun ghax dak ir-referee.’

‘Ara dak daqsxejn kif gabu ghoqda.’

‘Iva hallini nara ftit loghba bil-kwiet Mari’’

‘Arani tlaqt.Gawdi d-delizzju Kol. Kif tkun waslet biex tispicca ghajjatli.’

‘X’naghattlek naghmel jekk tkun waslet biex tispicca Mari’?’

‘Cis, dik l-aktar bicca li toghgobni Kol, meta jibdew jinzaw il-flokkijiet.’   
    

No comments:

Post a Comment