Thursday, 12 June 2014

ZOLLA TITLA KASTILJA



Hi u tiftah il-bieb ta’ barra Maria tilmah lil Zolla w lil Konsa jlebtu lejn tal-linja.

‘Hawn fejn sejrin ghodu ghodu? Mela waqajtu mis-sodda? U x’ntom imbiddlin. Qiskom pupi tal-presepju.’

‘U l-mniefah Maria, kemm ftaht kmieni int ukoll. Sejrin sall-belt, ghandna qadja.’

‘Biex int gejja Zoll? Ghandkom qadja u t-tnejn li intom qiskom pupi tal-Marokk!’

‘Ghax ghandna appuntament Kastilja, ma Joseph.’

‘Kastilja? Mela issa lilkom jmiss idahhlu? Jahassra Kastilja saret qisa lt-titotla.’

‘U ma tafx Mari’ kemm ili nithabat biex lil dak it-tifel insiblu post mal-gvern. Ghamilt appuntament ma Joseph biex ighini, hux. U Konsa wkoll, gejja mieghi tara tiehux xi haga wkoll.’

‘It-tifel tieghek mhux jahdem qieghed? X’sejra taghmel? U dan Joseph nghid jien, m’ghandux x’jaghmel jahli z-zmien maghkom?’

‘Qed tara ghax tibqghu l-art intom, Maria. Joseph, Kastilja dahhal lil Michelle biex tiehu hsieb in-nies. Ghanda ufficju shih biex jaraw xi jkollna bzonn. Ara lit-tifel ta Kitty, lanqas lahqet telghet Kastilja li ma tawhx promotion lil binha.’

‘Imma nghid jien jekk kien haqqu promotion mhux xorta kien johodha, u jekk ma kienx haqqu, mhux qed johodha minn halq haddiehor?’

‘Kemm int mara sew Maria, jahassra. Mhux tiggieled trid biex takkwista.’

‘Le, Zoll jien mhux hekk naf li ghandhom isiru l-affarijiet. Mela ser nergaw nigu ghaz-zminijiet tat-telefon! Biex ikollok telefon trid tmur titkarrab ghand il-ministru. Jew biex tixtri televixin tal-kulur trid tmur ixahham. Ara ahna kif konna ghamilna.Gibna gid ta telefonnijiet u televixins tal-kulur u kullhad ha kemm ried.
Illum arana, kullhad bil-mowbijl ghal wiehed tnejn.’

‘Iva, iva Mari’ int sewwa qed tghid. Imma ahna mod iehor nahdmu. Ahna, Joseph jaqdina u ahna naghtuh il-vot, u b’hekk kullhadd kuntent.’

‘Le, mhux kullhadd kuntent. Jien m’iniex, ghax dak li int qed tiehu bid-dnewwa jien imbaghad ma nkunx nista niehdu bis-sewwa. U kieku Joseph, minflok joqghod jahli z-zmien maghkom jinhela fuq kif igib il-gid lill-pajjiz kieku,hemm igawdi kullhadd, mhux min ghandu wiccu jaghtih biss.’

‘U le Maria, Joseph kemm kemm ighidilna hello u ighidilna biex insellulu ghal tad-dar. Imbaghad Michelle tiehu hsiebna. Isma wara kollox din qeghda tithallas biex taghmel dax-xoghol.’

‘Le, tarax. Mela. Dawn ma jaghmlu xejn ghal xejn. Il-voti mhux bizzejjed hux? Ghandiex xi segretarja wkoll, u xi karozza wara denbha. U kollox mill-kaxxa ta’Malta?’

‘u zgur, hi kemm tghidilna hello u tghidilna kemm jithabat ghalina Joseph. Imbaghad is-segretarji jiehdu hsieb.’

‘Ma tghidilkomx biex isellulha ghal tad-dar?   Ahjar tmur Zoll ghax issa l-Arriva tant qed tkun fil-hin li taf tigi kmieni u titilfuha. Sahha lilek ukoll Kons.’



No comments:

Post a Comment