Wara l-elezzjoni tal-gimgha ta qabel, Maria ma
ridet tara lil hadd. Inxtehtet fuq siggu ghall-frisk quddiem id-dar taghha,
bil-kwiet weheda. Imma x-xitan ma jhallikx kwiet u hi u ghadejja, Konsa waqfet
tghid kelma. Lil Konsa, Maria tissaportiha ghax din taf tmur ghal ghajnha.
‘Iva Maria int ghadek bin-nervi? Ta l-anqas
it-tielet siggu haddtuh – issa jekk hux siggu jew komodina, mhux ser jimporta.’
‘Poggi, poggi Kons. Jien dan il-poplu ma nafx
xi jrid.’
‘Maria, intom lanqas daqsxejn ta poster
m’ghamiltu. L-iehor mela Malta. U wkoll qalu li kontu negattivi.’
‘Kons ahna m’ghandiex flus ghall-posters ghax
ma beghniex ruhna lil hadd. U x’negattivi hu? X’ippretendew li ta
l-oppozizzjoni joqghodu jghinuhom. Ta l-oppozizzjoni qeghdin hemm biex
jikxfulhom l-izbalji, u li kieku ma jaghmlux hekk ikunu qed jonqsu mid-dover li
ghandhom. Ara kieku fixkilna, kieku hekk hag’ohra. Imma l-oppozizzjoni ma
fixklitx, anzi, meta kixfet l-izbalji, l-affarijiet imbaghad setghu isiru sew.’
‘Huma dak li ghandhom. Jibdew b’kelma u jibqghu
sejrin biha, li imbaghad jibdew jemnuha huma stess.’
‘Ara meta kienu fl-oppozizzjoni huma ma tantx
hadmu id f’id maghna. Anzi kissru kemm felhu. Ghax sabu lit-tifel ta Ugo kwiet
raw kif qacctuh minn ministru. Lil Cachia Caruana li tant hadem fl-Ewropa
spiccaw biex nehhewh minn ambaxxatur. Kemm kienu pozittivi! Tarax.’
‘u l-Arriva, ta kuljum raw x’ivvintaw biex
kulhadd izekzek kontriha… ‘
‘Ara issa Alla jbierek, ma sar xejn u t-gergir
waqaf. Issa, ma nbidel xejn, qed jintilfu balla flus li hergin minn butna, u
kulhadd kuntent.’
‘Mhux ghalhekk qed nghidlek Kons. Jitkellmu
bin-negattivita u distruttivi daqs kemm kienu huma ma kien hawn hadd.’
‘Ighidu li lil Tonio Borg ghinuh fl-Ewropa.’
‘Min jaf x’ghamlu Kons. U jekk ghenuh, dehru
sbieh huma, ghax idandnu b’rixu, daqs kemm hu ta l-affari tieghu.’
‘u qed isemmi lil Tonio, dak Montaldu x’sar
minnu? Ma smajna xejn aktar fuqu.’
‘Dak hadimha tajjeb il-politika. Dar id-dinja
kollha minn fuq dar l-Ewropa u minn fuq darna, u ma gab xejn lil hadd. Hawn min
jitwieled bi stilla f’ghajnu. Ara lil Tonio l-iehor ta Birkirkara, ghax mar
jara xi loghba l-Inghilterra damu jsemmuhilu ghomor. Daqqa l-loghba u daqqa
l-arlogg. Ma qatghu qatt. Le,le, ma kienux negattivi huma.’
‘Imissek hrigt int ghal Ewropa Maria, fuq
kollox taf. U kif titkellem int ftit jafu bhalek.’
‘Iva Kons, trid titmejjel bija? Ha nghidlek,
tafx, tahsibx li ma kontx naqta figura aktar minn xi whud. Imbaghad, din
id-darba li kulhadd inxtehet fuq in-nisa, tahsibx li xi siggu ma kontx insib.
Ara dabbar rasek Kons u hallini bi kwieti. Ma rrid nahseb fuq xejn.’
No comments:
Post a Comment