Is-shana tas-sajf kienet qed taghmel taghha, u Maria gibdet siggu u harget barra ghall-frisk. M’ghandniex xi nghidu, kullmin kien ghaddej ma kienx ser jibqa sejjer minghajr ma jghid xi kelma maghha. U hemm kien jibqa sakemm ma tolqtux fil-laham il-haj b’xi wahda minn taghha.
‘X’deherlek fuq li qed ighidu fuq l-arcisqof
Maria?’
‘u xi tridu jidhirli? Qed ighidu li ma jafx
imexxi, hux? Mela dan qeghdin fi zmien il-kavallieri, ghandu jmexxi bil-glied u
bl-ghajjat! Qieghed imexxi kif jaf hu, bl-ezempju. Hemm ara, pogga bil-qeghda
ma min ikkritikah u bl-aktar mod civili tkellmu bejniethom. Bla mibgheda, bla
kwistjonijiet, bla xejn.’
‘Kos veru Maria. Mhux li jaghmlu hekk
il-ministri li ghandna..’
‘X’jaghmlu hekk. Dak kollox kif jaqblilhom
jaghmlu. Fejn iridu, jhallsu bis-soldi, u lil min irridu jpaxxuh ighidu li trid
thallashom tajjeb, ghax inkella jekk thallas bil-karawett, xadini jkollok. Hu
minn Nini’..’
‘iva smajt. Imma ma jridx jaqta qalbu, tafx.
Ara Joseph, mhux mix-xejn beda u ara llum fejn wasal.’
‘X’inti tghid, Loret! Joseph dejjem kellu r-rih
inpoppa. L-ewwelnett tifel uniku.Ma kellu lil hadd minn hutu biex jikkompetilu
ghall-platt, bl-attenzjoni tal-familja tieghu dejjem mixhuta fuqu. Imbaghad
kellu lil Sant ta’qablu li fl-ahhar elezzjoni tieghu kien ga ressaq lill-partit
lejn ir-rebha. Joseph rikeb il-mewga li ga kienet inbdiet minn Sant, u li
tqawwiet aktar bis-simpatija li poplu jkollu ghal min tilef bil-biex. Mix-xejn
sabih. Taf min beda mix-xejn, Loret xi wiehed bhalek li kkaparra bicca art
tal-gvern, bena boathouse bla permess, gawdiha ghal snin shah u issa gejjin
jaghtuk il-meter ta’l-eletriku. Ee ara, mela sejjer? Mela sarlek il-hin ghal xi
seduta!’
‘u mhux veru, int Maria, qed ixxandru ma’l-erba
jrjiehat. Fuq nota ohra, kont ghidtlek li cempluli mill-isptar biex indahhlu
t-tifel ghall-operazzjoni?’
‘Ma kontx ghidtli li kienu tawh appuntament
ghas-sena ddiehla?’
‘iva, hekk hu. Imma imbaghad kellimt lil wiehed
ta’gewwa u ftit wara cempluli u qaluli biex indahhlu nhar it-Tnejn.’
‘Kos, x’kull wahda! Tghid ghalhekk lil Tereza
cemplulha biex nghar it-Tnejn ma tidhol xejn ghax inqalalhom xi emergenza?
Sewwa jghid Kola tieghi Malta Taghna Lkoll ghal min iridu. Ghal min mhux ta
gewwa b’xiber imnieher jibqa.’
‘Ser ikolli mmur Maria ghax..’
‘Mur, mur. Jekk taghggel taf tilhaq lil Loretu
ghax dak ukoll kellu jmur. Ara Lonza. Inxtehet daqsxejn hawn Lonz nghidu
kelmtejn. It-tifla, it-tifla, X’minnha?’
‘It-tifla lahqet issa. Haditha ta’surgent.
Talbet biex tigi l-ghassa tar-rahal biex tkun vicin il-post. Taf int, issa qed
tibni u jekk ma zzommx ghajnejk fuq il-haddiema, jigru bik. Kull cans li jkolla
taqbes qabza. Gieli marret sitt darbiet f’gurnata, ghax daqqa haga w daqqa
ohra, dejjem jinqala.’
‘Tajjeb hekk. Mhux ta’b’xejn meta Kola mar
jaghmel rapport l-ghassa dam saghtejn qabel ma gie lura.’
‘Le, le dak imma ghax ikolla l-qorti. Fejn taf
kemm ifittxuha l-kbarat. Lila dejjem ikunu jridu.’
‘M’hemmx ghalfejn jahlu zmien ifittxuha, Lonz.
Jekk jaqbzu qabza sal-post, nahseb mall-ewwel isibuha. Tghidliex li sejra int
ukoll? Mur, mur. Sahha u hef a nice day.'