Kienet bil-kemm ghada harget mill-bieb ta’barra li Maria ma tigiex wicc imb wicc ma’ Zolla. Qiesa kienet qed tistennija tohrog.
‘L-ghodwa t-tajba Mari’. Eee, dik x’daqqa
ghandek fuq rasek?’
‘Daqqa ta’hadida. X’tippretendi Zoll, mhux
il-Labour hemm fil-gvern? Xi trida tkun! Kullhadd jistaqsini. Hbadt rasi
il-bierah kif kont qed nithabat fil-mandra u mar id-dawl.’
‘Iva, ghax mar id-dawl il-bierah, hux? Intiex
ser twahhal fil-gvern ukoll?
‘Jien naf li mhux it-tort tal-gvern. Dak intom
kontu dejjem twahhlu fil-gvern jigri x’jigri.’
‘Dak ghax wikkejtuna b’power station
tal-qamel..’
‘Le issa hekk le. Lanqas intom qatt ma ghidtu
li kienet tal-qamel. Intom kontu tghidu biss li messa kienet tahdem bil-gass
mhux biz-zejt. Zoll, kif qalli Kola it-tort hu ta’min suppost kien qed jaghmel
il-maitenance. U hawn fejn hu t-tort tal-gvern ghax minflok qaghad tiela w
niezel ic-Cina jiehu lil dak u lil iehor mieghu vaganza missu ra li
tal-maitenance kienu qed jaghmlu xogholhom.’
‘ u ajma dan l-istorbju kollu ghax mar daqsxejn
id-dawl!’
‘Xi daqsxejn mar id-dawl, Zoll. Kellna
powerkazz shih. Madwar Malta u Ghawdex kollu. Irrovinali frigidaire ikel.
Kollox kelli narmi.’
‘Imma ser jaghti kumpens lil min bata xi
hsara,tafx. Ghandek tghid xi gvern hanin ghandna Maria.’
‘Le Zoll, mhux ser jaghti kumpens lil min bata
xi hsara. Mhux hekk qal. Ser jaghti kumpens lil xi whud. Issa naraw kif ser
jahdimha din. Tghid mhux xi erba li kienu qed icappcpu warajh jiehduh
il-kumpens issa. U dik x’inhi, hemm. Sewwa, mela meta ried ihabbar li l-pitlor
rahas 2 centezmi deher hu f’hafna stennija u fanfarri minn qabel biex jiehu
l-proset. U imbaghad Malta fid-dlam ghal sieghat shah kellu jkun l-inginier
biex ihabbat wiccu mal-gazzetti.’
‘U int kif jaghtik fastidju kollox! Hu jhares
lejn x’inhu ta’gid ghall-pajjiz, Mari.’’
‘Hallina Zoll. Hu jhares lejn x’inhu ta’gid
ghalih u ghal min ivvutalu. U dak kif ma tafux izommu ruhkom. Ghandek tghid
bidwi jkun bidwi u jibqa bidwi jistghu jaghmluh ambaxxatur jew speaker.’
‘Ghal xiex qed tghid Mari’?’
‘Ghandek ragun ghax dawn l-affarijiet ma
jitmawhomkomx fuq is-super one. Ma rajthomx, kemm wiehed u kemm l-iehor, ghax
qeghdin bil-lijf jiggerrew barra qishom Kola tieghi wara li jkun ghamel gurnata
jithabat fil-ghalqa.’
‘Iva, dan ghax kienu bix-xorts u mhux bil-glekk
qed tghid hekk Mari’. Mela ma tarax lit-tabib taghna ukoll bix-xorts jaghmel
il-vizti fis-sajf.’
‘X’ghandu x’jaqsam Zoll. It-tabib taghna pulit
minn guf ommu, jixraqlu kollox – ukoll vas f’rasu jidher sew bih. Uhud ohra,
meta jintelqu juru minn fejn gejjin. Hu minnek Zoll….’
‘Xi trid tghid biha Mari’? Mhux mill-istess
rokna gejna?’
‘u hallina Zoll. Mur, mur ghax irrid immur
nixtri x-xema, lampa u pitrolju ghal meta jerga jmur id-dawl. La x-xitan ried
hekk.’
No comments:
Post a Comment