Kienet ila ma tidher. Ir-rahal ma kien xejn
minghajrha. Ghalhekk meta Maria ta’Xkieli f’daqqa wahda fegget fit-triq
kullhadd dar madwarha.
‘Dan xi gralkom qiskom qed taraw xi fantazma!’
‘Maria jahassra ilna gimghat shah ma narawk.
X’sar minnek? Ahna hadna hsiebek.’
‘U fejn mortu b’raskom. Mhux kullhadd jiehu xi
holidej. Morna wake and brake l-Ostralja. Iz-zija Dilor kienet ila tghidilna
biex imorru sa hdejha u Kola tieghi ghamilli surpriz u irranga kollox hu.’
‘Mela qtajtha xewqtek fl-ahhar, Maria. Sa
fl-ahhar sifirt,’ ibbuttjat Zolla.
‘Sa fl-ahhar xejn Zoll. Meta morna ghall-huni
mu Ghawdex ma qaghdniex nghidu lilek.’
‘Iva ghadek gejja Mari’ hemm bzonn tiblani. U
x’inti roza. Mela sibtu l-maltemp. Jew bqajtu gewwa?’
‘Le Zoll dawruna fuq li dawruna. Ma baqax post
fejn ma haduniex.’
‘Mela l-Awstralja ddurha fi ftit gimghat.
Hsibtha bhal Ghawdex fejn mortu ghal-honeymoon.’
‘Ara Zoll ghamlilna pjacir hallina daqsxejn
ghax dawn il-hbieb ili hafna ma narhom. Mur,mur, imbaghad lilek inkellmek
wahdek. Int kif inti Spir? Malta ghada taghna lkoll?’
‘Ma nafx Maria, ma nafx ghal xiex qed tghid.’
‘Ghandek tghid bqajtu l-istess hawn Malta. Ara
l-Ostralja hadd ma jibza jitkellem u kullhadd ighid li jrid, bhali u bhal
Defni. Dik ghada taqbad ma dak u ma l-iehor? Int xi tghid Kons.’
‘Jien ma tantx tinteressaani, Mari’ u jien
qajla nifhem.’
‘Dan minn meta ma tifhimx Kons. Kemm kont
izekzek meta l-Arriva kienet tigi minuta tard. Issa tliftu lsienkom. Issa
kollox sew. Kollox mixi fuq ir-rubini. Ara Karmni. X’minnek Karm. It-tifla
sabet xi wiehed jew.. Mistaghgbin kemm qed ikun hawn Cinizi. Isa Karm forsi
ssib xortiha fl-ahhar, u ssir nanna. Ara xi hlew kieku jkolla xi wiehed iswed
bhalek u b’ghajnejh imcarrta.’
‘Ghandek tghid xejn ma nbdilt Mari’. L-istess
bqajt. Tista tmur l-Awstralja u tista tibqa hawn ghax kelma li hi kelma ma
zzommiex fl-istonku.’
‘M’hawnx ghalik Karm. Maria ta’Xkieli Maria
tibqa. Li ghanda tghidu tghidu. Mhix ser tbati bl-istonku. U mela bhas-sur
Gann, ghandu flus kemm jesa gildu u hassejt ghalih rajtu lbierah. Is-sur Gann
issa nxtehet ma tan-naha l-ohra ghax issa hekk jaqbel u hemm arah misthi,
misthi ma jafx min ser isellimlu u min le. Maria ghaxja ta’lejla m’ghandiex
imma m’ghanda ghalfejn tisthi minn hadd u li ghanda tghidu tghidu. Sahha
ghalikom tafux ghax tghidx kemm baqali x’naghmel. Sahha ghalik ukoll Spir u
tinsiex tiehu l-pilloli ta’ l-istonku li ma tmurx taqbdek xi ulcra.’
No comments:
Post a Comment