Maria kienet gejja lura mill-Belt. Kienet ila hemm minn tard filghodu ghax riedet tara l-princep li kien gie Malta biex jirraprezenta lir-regina, nantu, ghac-celebrazzjonijiet tal-hamsin anniversarju ta’Malta indipendenti. Ghalkemm kienet ghada tifla zghira, kienet hemm fuq il-Fosos hamsin sena ilu, u ghaldaqstant ma rieditx li ma tkun prezenti wkoll hamsin sena wara.
‘Ghall-erwieh tal-purgatorju kif farkitli saqajja din it-takkuna,’ hekk kif inxtehtet ghal tulha fil-karozza tal-linja.
‘Aktar int ukoll gejt bit-takkuna. Ma kontx taf li ser tqatta hin bilwieqfa?’ qaltilha wahda minn hdejha.
‘U mela ma kontx. Imma meta rajt lill-princep, ma kull min jiltaqa ma kienx iwassallu sa’zokortu, ghidt bejni w bejn ruhi ahjar inzied zewg pulzieri halli meta jiltaqa mieghi ta’l-anqas ma jmurx lura b’toghma hazina.’
‘u ltqajt mieghu?’
‘Ma ltqajtx? Lanqas lahaq rani li ma giex ikellimni. Hekk kif kien mixi lejn il-Palazz ghajjat wahda kif naf jien – prince, I’m here – u telaq lit-tfal ta’Joseph u gie jkellimni. Ma damx wisq tafux ghax ghidtlu li kelli x’naghmel u ma stajtx indum.’
‘Mela kien hemm it-tfal tal-priministru wkoll? Dawk x’gew jaghmlu x’kull wahda.’
‘Imnalla li kienu hemm ghax rebbhuni mhatra ta’ghaxar ewro. Ghax Zolla bhalek hasbitha li ma kienux ser ikunu hemm u ghamilna mhatra. Jien naf li, kull meta jkollu cans Joseph dejjem izattathom fuq quddiem.’
‘Isma, l-pulizija ghamlu bicca xoghol sew li l-princep ma giex wicc imb wicc mal-protesta tal-kaccaturi.’
‘Ajma hekk kien jonqos. Imbaghad veru jkun iltaqa mal-krema tal-poplu Malti u Ghawdxi. Min jaf kemm ser jirrakontalha lil Kate!’
‘Isma ha nghidlek. Ghandna Port li zgur qatt ma ra bhalu, u l-Caravaggio li ghandna hu uniku.’
‘X’qed nghidlek jien? Ghandu x’jirrakontalha. Imma zgur li ser ighidilha wkoll li ma setax jifhem kif kull fejn kien qed imur kien hemm zewg nisa, jew wahda jew ohra li ma jafx kif dahlu fil-kredu.’
‘Kollok cajt int, hux. X’ghdtli li jismek?’
‘M’ghidtlekx. Hares, ma nghidx li mhux gustus dan William, imma kieku gie huh kien ikun ahjar. Dan issa kkapparatu Kate, filwaqt li kieku gie Harry seta jitfa ghajnejh fuq xi tifla Maltija u ara kif inkunu akkwistajna helu helu kemm l-Indipendenza kif ukoll l-Integration.’
‘Kemm jigri mohhok.’
‘Hemm inkunu verament solvejna l-problema tal-Jum Nazzjonali. Imma dawn il-politici li ghandna ma jahsbux b’rashom. Kieku gie Harry u wrewh xi erba mit-tfajliet li ghandna Malta zgur kien igib ghajnejh wara widnejh. Kienu jiehduh Paceville u zgur ingibu l-bocca hdejn il-likk. Naghmlu bhal nannuh, ihobbhom.’
‘Halli jkun bhal nannuh, Maria. Basta ma jkunx bhal missieru.’
‘Uwa int ma kienx hemm ghalfejn nghidlek x’jisimni. Smajt bija wkoll.’
‘Ta’ kull gimgha naqra l-blogg tieghek Mari’, u tghidx kemm taghtini gost. Sahha ghalikom. Jien inzilt hawn.’