Gurnata fil-gimgha Maria zzommha ghaliha. Thobb
tqum filghodu, titfa kollox wara darha u ddabbar rasha lejn il-belt. Tkun trid
seba ghajnejn biex thares lejha, ghax tilbes l-ahhar libsa li tkun hitet, iddum
ftit aktar mis-soltu taghmel wicca u halli lil min ghandu l-ghali jzidu.
Il-belt tinxtehet fuq wahda mill-imwejjed li
issa saru jifirxu fuq barra u jekk ma jkunx xi barrani li jistaqsiha xi haga
jkun wiehed milli illum drawha sew – u hekk tqatta l-isbah parti tal-gurnata.
‘Kemm inhobbha l-belt. Tfakkarni fi tfuliti
meta jien u Kola konna nigu nizfnu. Kollox nadif tafux, mhux bhall-buzulotti li
hawn illum. Tina nigu l-Premier u taghtina xejn aktar. Kos ghandek tghid fiex
kellu jaqa l-Premier!’
‘Fiex waqa Maria? Jien hemm qed narah, gebla
fuq ohra,’ staqsiet wahda li gabitilha drink.
‘Gebla fuq ohra? Balla liri fuq balla liri trid
tghid. Mela, haduh b’cens u ma hallsux ic-cnus. Ghamlu l-biznis u ma hallsux
taxxa u Vat. Hadu l-flus mill-bank u ma hallsu xejn lura. Hlew l-ilma u
l-eletriku u ma hallsux kontijiet. Imbaghad il-gvern, minflok ma hadulhom lura
u geghelhom ihallsu li ma hallsux, taghhom il-flus hu. M’ghandiex xi nghidu
mit-taxxi tieghi u taghkom.’
‘u kif jista jkun Maria. Tesagerax.’
‘Ma nesagerax? Mela hawn jien biss inzomm
uptoday! U dak mhux kollox. Talli taghhom 4 miljun u fuqhom, lil wiehed
minnhom, ta’taghna lkoll, tah is-senserija talli waslu ghall-ftehim – mitejn
elf. Ghandek tghid x’xorti ghandhom certi nies, kif taqalhom f’halqom il-manna.
X’ma jaslux ghall-ftehim. Ara ssibuliex lil xi hadd li naghtih lura dak li mhux
tieghi, ihallasli id-djun kollha u ma niftiehemx mieghu.’
‘Ma nafx jien Maria. Allura dan hadd ma jghid
xejn? Ghax kif qed tghid int dan serq. Il-gazzetti ma jghidu xejn?’
‘Il-gazzetti bhalissa mohhom bl-ice bucket,
filwaqt li dawn il-flejjes ghaddejjin minn taht imniehirhom.’
‘Imma taf li ghadni ma nistax nemmen Maria, li
ghaddej dan li qed tghid u kullhadd frisk bhall-hassa!’
‘Idahhquni intom tafux. Qaltilkom, meta telghu
fil-gvern – we have to make the most of dawn il-hames snin. U de most qeghdin
jaghmlu. Mela ta’l-Ostralja hall mhux ohra? U x’inhu ghaddej mac-cinizi Alla
wahdu biss jaf.’
‘Kif qed iggibli ghajnejja wara widnejja Mari’.
Ghaddejjin minn taht imniehirna dawn l-affarijiet kollha u qisu xejn mhu xejn.’
‘Ghax in-nies mghedijin jonfqu l-hamsa w
ghoxrin ewro tal-powerkazz u x’jippurthom li minn but wiehed dehlin u minn
sitta qed johorgu. Issa xi darba jqumu, ighidilhom li kollu ta’qablu gabuh u
jergaw lura barra bid-daqq, jitkazaw b’ta’ qablu. Ghoqodu fuq kliemi – bhalissa
qed jinholqu s-sinjuruni tal-futur.’
‘Iva int Maria, taf dan kollu u ma taghmel
xejn?’
‘Xi triduni naghmel aktar milli nifthilkom
ghajnejnkom. Fejn triduni mmur? Ghand il-pulizija biex ighadduni ta’mignuna?
Ghax issa hekk saret il-moda. Ara kieku kien xi arlogg tal-lira kieku kienu
jaghtu kasi. Ara, sahha ghalikom ghax ferh ta’ genn jaghtini nara dan kollu.’
No comments:
Post a Comment