Thursday, 11 September 2014

MARIA TIDHER INKWITATA




 Maria xejn ma dehret bhas-soltu, u Konsa ma dametx wisq biex indunat li xi haga kien inqala.

‘L-ghodwa t-tajba Mari’ tidher inkwitata.’

‘u dan fejn taf ? ’

‘fejn tridni nkun naf! Lanqas li sirt nafek il-bierah. Kieku qeghda f’siktek ga hadt il-mazz f’idejk u ma hallejtniex indahhal kelma. Jaqaw kellek xi tghid ma’ Kola?’

‘Isma kemm insibek f’ghajni tafx. Iva, jidhirlu li npacpac wisq, u ma hallejtux b’xejn ghax lili hadd m’hu ser jaghlaqli halqi.’

‘Imma int Maria ma titghallem qatt. Ara jien u zewgi qatt ma ggielidna. Jien naqbel mieghu f’kull ma jghidli u ma nitlewmu qatt.’

‘Tajba din. Allura kif tistghu tiggieldu. Biex ikun hemm glieda irid ikun hemm ta’lanqas tnejn minn nies. Jekk int ma tkunx hemm ma min tridu jiggieled zewgek?’

‘u iwa, hekk hu. Imma jien aghtini l-kwiet u taghtini xejn aktar. Jien ukoll fil-politka ma mmeriehx. Jekk m’ghandiex nghidlu li xejn m’hu sejjer sew minn mindu tela l-Labour u li l-hajja xorta wahda gholja kienet u gholja baqghet.’

‘ kieku jien mewt zopptu taghtini ma niftahx qalbi u nghid dak li rrid.’

‘Maria, ha nghidlek sigriet, imma ara ma tghajjrniex bahnana. Jien ukoll biex inpaxxi lil zewgi nivvota labour. Jien mhux lilu ghandi? Jien aktar naqbel ma dak li tkun ghidtli int milli kif ireddinli hu. Imma x’naghmel noqghod niggieled mieghu?’

‘Kemm ahna differenti Kons. Jien tan-nies mhux tieghi, imma tieghi tieghi. Jista jkun min ikun, ukoll jekk ikun zewgi.’

‘Issa din il-gimgha kellna din ta’l-isptar li ma sabulux konkos bizzejjed u bdew jitfaw dell fuq in-nazzjonalisti, kien qisu rebah lotterija. Meta hareg li il-konkos nieqes x’aktarx hadu wiehed li jridu jostru u dahal f’qoxortu, bqajt siekta taparsi ma ndunajtx.’

‘u ajma, Malta zghira w in-nies maghrufa. Mhux dejjem l-istess nies ikunu. Imissu kien jafu dan zewgek u ma jwahhal f’hadd. Meta l-ilma sar whiskey u t-trab tas-sapun sar droga mhux l-istess nies kienu. Xi bahnan bhal zewgek jitfa d-dell fuq dak u fuq l-iehor biex minghalih joghlli l-partit tieghu.’

‘Iva jahassra Maria isejjahlux bahnan, ruhi qalbi. Bahnan kemm tridu imma zewgi jibqa.’

‘u l-qattusa tilaq ghajnha. Issa naraw kif gejja din tal-karozzi tal-linja. Imbasta tghajjarna l-Arriva. S’issa bl-istess karozzi bqajna, bl-istess dewmien u b’xufiera li jkellmu bl-addocc lil dak u lill-iehor.’

‘u bl-airconditioner mitfi. Ghasra sirna bis-shana ilbierah mir-rahal ghall-belt. Ma nafx jien, ghamilna ghall-ahjar u gejna aghar milli konna.’

‘Ghax ma tghidx li konna geddumna fix-xghir u ma konniex nafu, Kons. Imma nkomplu darb’ohra tafx ghax jien mohhni f’Kola. Tlaqt ‘l hemm, u isma minni kelma li hi kelma zzommhiex .’  

No comments:

Post a Comment