Sunday, 28 December 2014

MARIA FIL-MILIED.



 Maria kienet sejra lura d-dar wara li kienet ghamlet ix-xirja tal-Milied x’hin iltaqat ma’ Zolla.

‘Oldibes, Maria. Lilek u tad-dar kollha.’

‘U ahjar Alla jaghtini s-sabar, kullhadd gej bl-oldibes. Hlief oldibes tiela w oldibes niezel ma smajtx tul dawn il-festi.’

‘Imma Maria mhux zmien t’hekk hu? Lil dak li jkun trid tixtieqlu li jkollu milied tajjeb. Mhux hekk?’

‘Allura ghidlu l-Milied it-tajjeb, mela oldibes.’

‘U iva imma ma tafx, issa li ahna tal-mittel klas trid titfa xi wahda bl-inglis.’

‘U hallina, Zoll. In-nemex fuq wiccna jonqosna. Nifhimha kieku tkun xi wahda tal-iskola, imma dalghodu gejja Konsa taghtini l-oldibes. Ha nghidlek Zoll, din tal-mittel klas thallux min jitmejjel bikom, tafux. Kif dejjem nghid jien bidwi jkun bidwi u bidwi jibqa, isejhulu tal-mittel klas jew ma jsejhulux. X’kull wahda Konsa wkoll bl-oldibes! U dik it-tifla t’ohtok x’semmieta t-tarbija.’

‘Tghidliex Maria, ruhi, ghax lili ma ddurliex ma’lsieni.’

‘Ma ddurlekx ma’lsienek u t-tifla t’ohtok. Mela x’ser tibda ssejhilha?’

‘Xi haga Celizeja smajt lit-tifla tghidilha, imma tmur tghidilha xejn int, tafx, ghax mur ara kif tkissirha int.’

‘Xi tridni nkisser aktar milli kissirtha int? Celizeja – u ahjar Alla jaghtini s-sabar. Ara povra tifla la tikber kemm ser ighadduha biz-zmien.’

‘Biex ighadduk biz-zmien ma tantx iridu wisq illum. Bhal ma kienu ser jaghmlu lit-tifla z-zghira ta’hija. Fit-tejatrin li jaghmlu fil-milied l-iskola riedu jaghtuha l-parti ta’ awer lady, qalu. Ghax jien mhux dejjem nifhimhom.’

‘Allura b’daqshekk x’fiha? Kif kienu ser ighadduha biz-zmien.’

‘Xejn ma’ fiha, tarax. Jien ma’hallejthiex. Ma tarax - lady. Lady isem ta kelb. Il-barba Gor kellu kelba jisima Lady.’

‘U mur gharraq gennek Zoll. Imma kemm ghadek lura. Jista jdum ihambaq Joseph li ser itellak fil-mittel klas ghax lanqas mir-reparatorju ma tghaddi.’

‘Isma hej toqghodx tarmini lili ghax jien l-iskola kollha ghamiltha sakemm kelli sittax.’

‘Iva Zoll sas-sittax ghax bilfors trid tibqa tmur, bil-ligi. Imma ha nghidlek, stajt bqajt tmur sakemm kellex tnejn u tletin ghax tuba dhalt u xorta tuba kont tohrog.’

‘Ara ha nhallik Maria, ghax gmielek gejja bil-kumplimenti dalghodu w nispiccaw kif iriduna ghall-festi.’

‘U le Zoll thabbel rasek xejn. Fil-Milied jien veru nhossni ta’rieda tajba. Kola hekk ighidli – Maria int gentili s-sena kollha, imma fil-Milied xi haga specjal. Imma mur, mur ghax ma’nafx xi jfettilli.’  

Monday, 8 December 2014

MARIA STORDUTA



 
Maria kienet storduta b’li kien qieghed ghaddej. Ma setghetx tlahhaq ma dak li kien qed jigri. Mument wiehed, ahbar wiehed u ftit wara ahbar iehor.

‘Ara Kol newwilli zewg pirmli ha nohodhom ghax sturdejt u sturdejt tassew. Veru tharbatna f’dan il-pajjiz. Qabel konna nghidu li stazzjon, ghax ta’partit wiehed seta mhux qed ighid il-verita’, imma ta’l-anqas dak li kien johrog ufficjalment stajt torbot fuqu. U illum ministru jinqabad jigdeb sfaccatament. Fejn ser naslu!’

‘Jien ili li cedejt l-armi Mari’. Ma tarax, affarijiet tad-dahq – waslu biex jifthu l-bini tal-parlament il-gdid wara li ma lahqux jifthuh fil-hin, u issa ghamlu is-siggijiet imkahhlin mal-imwejjed.’

‘Dik ohra Kol, imma jien li taghtini f’ghajni, li kieku mhux ghal dik li ma jriedux isemmu b’isimha kieku f’dan il-pajjiz ma nkunu nafu xejn. Kieku bqajna li skocciz fis-sakra ghamel ghall-xufier, u barra bid-daqq. Kemm kienet differenti l-istorja!’

‘Kif qed tghid Mari’ dik Defni tfittex minn hawn u tqalleb minn hemm u ssir taf b’kollox. Kieku jien kont priministru lil dik kummissarju tal-pulizija naghmilha, ghax kollox tkun taf u ma tiddejjaq tattakka lil hadd. U la ghanda minn dak u lanqas mill-iehor. U tiskanta kif il-qrun ta’ kullhadd tkun taf.’

‘Kieku tispiccalu lil Joseph li kull meta ssir xi cucata, jigi b’daru mall-hajt u jehles hafif ghax ruhi qalbi jistqarr li perfetti m’ahniex. U la huma perfetti u lanqas imperfetti. Hlief tahwid ma nqbadniex fih kemm ilu fil-gvern hu.’

‘Marida l-hanzira Mari’. Dejjem hekk nafna kull meta jkun hemm il-labour fil-gvern. Aktar jinhela hin biex nirrapazzaw it-tahwid milli jitla x- xoghol.’

‘Jien nixtieq naf x’wicc ghanda dik Zolla li tidher quddiem in-nies. Hares, ghalkemm, kemm ila din l-istorja fuq l-ghatba ta’barra ma feggietx.’

‘ u ibqa certa li meta tarha ser tghidlek li ma taf b’xejn, jew li ma jinteressahiex, ghax meta denbhom ikun taht il-blata, dik l-arma taghhom. Jew tohroglok b’li dawn kollha pezza wahda, u malajr tigbed lil kullhadd f’keffa wahda.’

‘Allura Kol fehmni daqsxejn – il-ministru kien jaf li x-xufier tieghu spara fuq karozza bin-nies go fiha u hareg stqarrija li dan kien spara fl-ajru?’

‘L-istqarrija harigha Kurt tal-priministru, imma l-ministru kien mieghu.’

‘Kemm hu gustus dak Kurt. Ghandek tghid ismu mieghu. Tghid kif kienu jafu ommu w missieru biex semmewh hekk?’

‘Issa hallik minn kemm hu gustus Kurt Mari’ ghax l-istorja ma waqfitx hawn. La kien jaf Kurt kien jaf Joseph u dan qaghad joqghod ibellahilna kemm kien iddizgustat b’li sar filwaqt li ftit qabel kien konfoffa ma Kurt biex jahbu l-verita’.’

‘Ghandek tghid mhux ta’b’xejn sturduta. Kif tista taqbad art! Dik tar-ramla tibni kontra l-permess filwaqt li Indri wahhluh multa ghax saqqaf il-mandra. Lucjanu jahdem kontra naha biex irebbah lin-naha l-ohra. Iz-zewg Mizzijiet dejjem gejjin u ma jaslu qatt. Sean Connery tajjeb ghax ma jghid xejn u ma jmerrieh hadd.’

‘Ghal min qed tghid Mari’?’

‘Mhux ta’wara l-prim, dak tal-baffi.’

‘Ara itfi d-dawl Maria, hallina minn Kurt u tal-baffi, ha nfittxu norqdu ghax ghada jasal.’

‘Sewwa qed tghid Kol, u ahna l-hobza ta’kuljum irridu nahdmu ghaliha ahna, mhux bhal mara ta’Conrad diga mahbuza. Il-lejl it-tajjeb.’