Sunday, 28 December 2014

MARIA FIL-MILIED.



 Maria kienet sejra lura d-dar wara li kienet ghamlet ix-xirja tal-Milied x’hin iltaqat ma’ Zolla.

‘Oldibes, Maria. Lilek u tad-dar kollha.’

‘U ahjar Alla jaghtini s-sabar, kullhadd gej bl-oldibes. Hlief oldibes tiela w oldibes niezel ma smajtx tul dawn il-festi.’

‘Imma Maria mhux zmien t’hekk hu? Lil dak li jkun trid tixtieqlu li jkollu milied tajjeb. Mhux hekk?’

‘Allura ghidlu l-Milied it-tajjeb, mela oldibes.’

‘U iva imma ma tafx, issa li ahna tal-mittel klas trid titfa xi wahda bl-inglis.’

‘U hallina, Zoll. In-nemex fuq wiccna jonqosna. Nifhimha kieku tkun xi wahda tal-iskola, imma dalghodu gejja Konsa taghtini l-oldibes. Ha nghidlek Zoll, din tal-mittel klas thallux min jitmejjel bikom, tafux. Kif dejjem nghid jien bidwi jkun bidwi u bidwi jibqa, isejhulu tal-mittel klas jew ma jsejhulux. X’kull wahda Konsa wkoll bl-oldibes! U dik it-tifla t’ohtok x’semmieta t-tarbija.’

‘Tghidliex Maria, ruhi, ghax lili ma ddurliex ma’lsieni.’

‘Ma ddurlekx ma’lsienek u t-tifla t’ohtok. Mela x’ser tibda ssejhilha?’

‘Xi haga Celizeja smajt lit-tifla tghidilha, imma tmur tghidilha xejn int, tafx, ghax mur ara kif tkissirha int.’

‘Xi tridni nkisser aktar milli kissirtha int? Celizeja – u ahjar Alla jaghtini s-sabar. Ara povra tifla la tikber kemm ser ighadduha biz-zmien.’

‘Biex ighadduk biz-zmien ma tantx iridu wisq illum. Bhal ma kienu ser jaghmlu lit-tifla z-zghira ta’hija. Fit-tejatrin li jaghmlu fil-milied l-iskola riedu jaghtuha l-parti ta’ awer lady, qalu. Ghax jien mhux dejjem nifhimhom.’

‘Allura b’daqshekk x’fiha? Kif kienu ser ighadduha biz-zmien.’

‘Xejn ma’ fiha, tarax. Jien ma’hallejthiex. Ma tarax - lady. Lady isem ta kelb. Il-barba Gor kellu kelba jisima Lady.’

‘U mur gharraq gennek Zoll. Imma kemm ghadek lura. Jista jdum ihambaq Joseph li ser itellak fil-mittel klas ghax lanqas mir-reparatorju ma tghaddi.’

‘Isma hej toqghodx tarmini lili ghax jien l-iskola kollha ghamiltha sakemm kelli sittax.’

‘Iva Zoll sas-sittax ghax bilfors trid tibqa tmur, bil-ligi. Imma ha nghidlek, stajt bqajt tmur sakemm kellex tnejn u tletin ghax tuba dhalt u xorta tuba kont tohrog.’

‘Ara ha nhallik Maria, ghax gmielek gejja bil-kumplimenti dalghodu w nispiccaw kif iriduna ghall-festi.’

‘U le Zoll thabbel rasek xejn. Fil-Milied jien veru nhossni ta’rieda tajba. Kola hekk ighidli – Maria int gentili s-sena kollha, imma fil-Milied xi haga specjal. Imma mur, mur ghax ma’nafx xi jfettilli.’  

No comments:

Post a Comment