Maria kienet storduta b’li kien qieghed
ghaddej. Ma setghetx tlahhaq ma dak li kien qed jigri. Mument wiehed, ahbar
wiehed u ftit wara ahbar iehor.
‘Ara Kol newwilli zewg pirmli ha nohodhom ghax
sturdejt u sturdejt tassew. Veru tharbatna f’dan il-pajjiz. Qabel konna nghidu
li stazzjon, ghax ta’partit wiehed seta mhux qed ighid il-verita’, imma
ta’l-anqas dak li kien johrog ufficjalment stajt torbot fuqu. U illum ministru
jinqabad jigdeb sfaccatament. Fejn ser naslu!’
‘Jien ili li cedejt l-armi Mari’. Ma tarax,
affarijiet tad-dahq – waslu biex jifthu l-bini tal-parlament il-gdid wara li ma
lahqux jifthuh fil-hin, u issa ghamlu is-siggijiet imkahhlin mal-imwejjed.’
‘Dik ohra Kol, imma jien li taghtini f’ghajni,
li kieku mhux ghal dik li ma jriedux isemmu b’isimha kieku f’dan il-pajjiz ma
nkunu nafu xejn. Kieku bqajna li skocciz fis-sakra ghamel ghall-xufier, u barra
bid-daqq. Kemm kienet differenti l-istorja!’
‘Kif qed tghid Mari’ dik Defni tfittex minn
hawn u tqalleb minn hemm u ssir taf b’kollox. Kieku jien kont priministru lil
dik kummissarju tal-pulizija naghmilha, ghax kollox tkun taf u ma tiddejjaq
tattakka lil hadd. U la ghanda minn dak u lanqas mill-iehor. U tiskanta kif
il-qrun ta’ kullhadd tkun taf.’
‘Kieku tispiccalu lil Joseph li kull meta ssir
xi cucata, jigi b’daru mall-hajt u jehles hafif ghax ruhi qalbi jistqarr li
perfetti m’ahniex. U la huma perfetti u lanqas imperfetti. Hlief tahwid ma
nqbadniex fih kemm ilu fil-gvern hu.’
‘Marida l-hanzira Mari’. Dejjem hekk nafna kull
meta jkun hemm il-labour fil-gvern. Aktar jinhela hin biex nirrapazzaw
it-tahwid milli jitla x- xoghol.’
‘Jien nixtieq naf x’wicc ghanda dik Zolla li
tidher quddiem in-nies. Hares, ghalkemm, kemm ila din l-istorja fuq l-ghatba
ta’barra ma feggietx.’
‘ u ibqa certa li meta tarha ser tghidlek li ma
taf b’xejn, jew li ma jinteressahiex, ghax meta denbhom ikun taht il-blata, dik
l-arma taghhom. Jew tohroglok b’li dawn kollha pezza wahda, u malajr tigbed lil
kullhadd f’keffa wahda.’
‘Allura Kol fehmni daqsxejn – il-ministru kien
jaf li x-xufier tieghu spara fuq karozza bin-nies go fiha u hareg stqarrija li
dan kien spara fl-ajru?’
‘L-istqarrija harigha Kurt tal-priministru,
imma l-ministru kien mieghu.’
‘Kemm hu gustus dak Kurt. Ghandek tghid ismu
mieghu. Tghid kif kienu jafu ommu w missieru biex semmewh hekk?’
‘Issa hallik minn kemm hu gustus Kurt Mari’
ghax l-istorja ma waqfitx hawn. La kien jaf Kurt kien jaf Joseph u dan qaghad
joqghod ibellahilna kemm kien iddizgustat b’li sar filwaqt li ftit qabel kien
konfoffa ma Kurt biex jahbu l-verita’.’
‘Ghandek tghid mhux ta’b’xejn sturduta. Kif
tista taqbad art! Dik tar-ramla tibni kontra l-permess filwaqt li Indri wahhluh
multa ghax saqqaf il-mandra. Lucjanu jahdem kontra naha biex irebbah lin-naha
l-ohra. Iz-zewg Mizzijiet dejjem gejjin u ma jaslu qatt. Sean Connery tajjeb
ghax ma jghid xejn u ma jmerrieh hadd.’
‘Ghal min qed tghid Mari’?’
‘Mhux ta’wara l-prim, dak tal-baffi.’
‘Ara itfi d-dawl Maria, hallina minn Kurt u
tal-baffi, ha nfittxu norqdu ghax ghada jasal.’
‘Sewwa qed tghid Kol, u ahna l-hobza ta’kuljum
irridu nahdmu ghaliha ahna, mhux bhal mara ta’Conrad diga mahbuza. Il-lejl
it-tajjeb.’
No comments:
Post a Comment