Jiddispjacini ma nistax inkun maghkom din il-gimgha
ghax Kola ser johdni wake and brake.
Wednesday, 2 July 2014
Tuesday, 24 June 2014
MARIA W IL-WORLD CUP
Hekk kif waslet il-gimgha li kellu jibda
l-loghob, Kola lesta kollox ghal quddiem it-televixin biex ma jitlifx loghba.
Birra fil-fridge kien hemm. Il-programm kien fuq il-mejda biex izomm ruhu
aggornat mal-hinijiet tal-partiti. Insomma kien lest biex iqatta xahar kif kien
ilu jippjana mill-bidu tas-sena. Ma kienx mignun ghall-loghba tal-ballun imma
partiti ta’ dan il-livell kien imut ghalihom.
Hekk kif spiccat ic-cerimonja tal-ftuh u kien
qed jistenna li tibda l-ewwel partita, tidhol Maria.
‘Ahna ser nohorgu jew ser nibghu hawn?’
‘Kont ser nghidlek fejn ser imorru Maria. Mela
ma ndunajtx li ser tibda l-loghba?’
‘U ajma, mela ma ndunajtx. Int ma ndunajtx li
qed niccajta mieghek, Kol.’
‘Ejja hdejja Mari’. Strieh. Serrrah daqsxejn
mohhok.’
‘Jekk m’ghandiex Kol. Arani ser nqatta saghtejn
inhares lejn tnejn u ghoxrin ragel jigru wara bicca gilda. Jien ma nafx kif
tissaportu tahlu daqstant hin.’
‘Mhux kulhadd bid-delizzju tieghu Maria?’
‘U ajma drajtuha din tad-delizzju. Ghax issa,
llum hekk sirna, kulmin ghandu xi dnub isejjahlu delizzju, u kulhadd irid
ibaxxi rasu. Ghax ma tghidux li hu vizzju, mela delizzju.’
‘Mela ghax m’ghandkomx delizzji intom in-nisa,
m’ghandniex ikollna biex nghaddu daqsxejn zmien ahna l-irgiel? X’kull wahda
wkoll.’
‘Kol, meta trid tghaddi z-zmien u jaghdduk
biz-zmien aqliblu fuq l-ahbarijiet u titpaxxa kemm trid. U jekk toqghod taqleb
minn stazzjon ghall-iehor dak li wiehed ighidlu abjad l-iehor ighidlu iswed u
jekk ma thossokx bahnan biz-zmien li kunu qed ighadduk ghid li miniex Maria
ta’Xkieli.’
‘Iva issa oqghod daqsxejn kwieta Mari’ ha nisma
l-line-up. Eh ha jilghab Rooney.’
‘X’qal dak Kol? Xi jridna nfakkruh?’
‘Le Maria, dak ma jridna nfakkruh xejn. Dak ma
hax gost li ser jilaghab Rooney ghax xejn ma kien qed jilaghab tajjeb dan
l-ahhar.’
‘U lil dak x’qed jilaghbuh jaghmel, ghadu ma
missx ballun.’
‘Maria, dak mhux suppost imiss ballun ghax dak
ir-referee.’
‘Ara dak daqsxejn kif gabu ghoqda.’
‘Iva hallini nara ftit loghba bil-kwiet Mari’’
‘Arani tlaqt.Gawdi d-delizzju Kol. Kif tkun
waslet biex tispicca ghajjatli.’
‘X’naghattlek naghmel jekk tkun waslet biex
tispicca Mari’?’
‘Cis, dik l-aktar bicca li toghgobni Kol, meta
jibdew jinzaw il-flokkijiet.’
Wednesday, 18 June 2014
MARIA MIXHUTA GHALL-FRISK
Maria kienet mixhuta ghall-frisk ghax barra
ix-xemx kienet qed taghmel taghha. Kif kienet sejra ghajnha biha tinstema
tisbita qawwija fuq il-bieb ta’ barra, u tfegg Zolla hamra, hamra b’rabja liema
bhala fuqha.
‘Xi gralek Zoll? Haditek ix-xemx, qisek
awwissa?’
‘Hallini nizvoga Mari’ ghax ser nisplodi. Taf
li l-gimgha l-ohra mort Kastilja biex idahhluli lit-tifel mal-gvern. U alla
jbierek hrigt minn hemm ferhana ser intir bil-kuragg li ghamluli.’
‘Iva naf. Ma kellimtek xejn ghax zgur konna
naghtu bil-genn li kellek fuqek. Joseph tiela w Joseph niezel.’
‘Ara daqsxejn. Hallewni bla risposta u issa qed
nisma li lil dak Bombi hargulu sittin elf ewro biex ma jaghmel xejn. Jista
jahdem mid-dar. Hadem tant kontrina qabel l-elezzjoni…’
‘Tigriex Zoll. Tigriex. Hadem kontrikom. Iva
hekk deher ghal ghajn in-nies, imma x’kien ghaddej wara l-kwinti kont taf?’
‘Xi trid tghid biha Maria? M’iniex nifhem.’
‘Zoll, ahna bebbux ta l-art. X’inhu ghaddej ma
nafux. M’intiex tara li qeghdin jigru affarijiet li ma jaghmlux sens? Mela
bdejna b’sitta u tletin elf vot – haga li qatt ma grat fil-pajjiz. Imbaghad
ghidna li kien hemm is-swiccers – haga li qatt ma smajniha. Qabel kien hemm Frunkie
Tabone u t-tnejn l-ohra jahdmu minn wara dar shabhom – mhux wiehed jew tnejn,
imma tlieta. Issa money no problem. Lil wiehed biex isib garaxx naghtuh
il-flus, lill-ohrajn ghal bord wiehed tnejn. Il-kontijiet jorhsu bla ma nafu
minn fejn gejjin il-flus. Xi hadd mohbi fix-Xemxija u mhux affari taghna.
M’intiex tara Zoll li qeghdin zewg popli differenti? Le, mhux Nazzjonalisti u
Laburisti. Imma dawk li jafu x’inhu ghaddej, u ahna li jeghduna b’zewg centezmi
zieda.’
‘Qed taghgibbni Maria. Qatt ma harist lejhom
hekk l-affarijiet.’
‘Ghax int mohh ta’ tigiega imma. Tiftakar kemm
ghamlu storbju gewwa l-Ewropa kontra l-bejh tal-passaport Malti, u bir-ragun.
Imbaghad tkellmu ma’Joseph u f’hakka t’ghajn l-istorbju waqaf. Ghaliex? Min jaf
ghaliex. L-Amerikani, kont nahseb li ser jaqilbu Malta ta’taht fuq ghax
bil-passaport Malti, barrani kien ser ikun jista jidhol l-Amerka. Smajt xi
hoss? Xejn. U allura mhux sew qed nghidlek li jkunu ghaddejjin affarijiet minn
wara darna.’
‘Cis, allura mhux ser idahhluhuli lit-tifel
mal-gvern?’
‘Ma fhimt xejn Zoll. Ma nafx ghaliex nahli
z-zmien mieghek. Minhabba nies bhalek li qeghdin f’li qeghdin. Ghax int kull ma
trid li ibnek jidhol mall-gvern, u a la ghajnek li fil-pajjiz l-affarijiet ma
jkunux sejrin sew.’
‘Imma jien fejn nifhem f’dawn l-affarijiet
Maria. Jien lanqas sax-Xemxija ma naf nasal, ahseb u ara kemm ser inkun naf min
qieghed mohbi hemm. U fil-pajjiz l-affarijiet sejrin sew ghax hekk qalilna
Joseph.’
‘Ara, Zoll dabbar rasek ‘l hemm u hallini
nistrieh. Jekk Joseph qallek li kollox sejjer sew, gawdih u lili hallini bi
kwieti u tigix teqred ghandi.
Thursday, 12 June 2014
ZOLLA TITLA KASTILJA
Hi u tiftah il-bieb ta’ barra Maria tilmah lil
Zolla w lil Konsa jlebtu lejn tal-linja.
‘Hawn fejn sejrin ghodu ghodu? Mela waqajtu
mis-sodda? U x’ntom imbiddlin. Qiskom pupi tal-presepju.’
‘U l-mniefah Maria, kemm ftaht kmieni int
ukoll. Sejrin sall-belt, ghandna qadja.’
‘Biex int gejja Zoll? Ghandkom qadja u t-tnejn
li intom qiskom pupi tal-Marokk!’
‘Ghax ghandna appuntament Kastilja, ma Joseph.’
‘Kastilja? Mela issa lilkom jmiss idahhlu?
Jahassra Kastilja saret qisa lt-titotla.’
‘U ma tafx Mari’ kemm ili nithabat biex lil dak
it-tifel insiblu post mal-gvern. Ghamilt appuntament ma Joseph biex ighini,
hux. U Konsa wkoll, gejja mieghi tara tiehux xi haga wkoll.’
‘It-tifel tieghek mhux jahdem qieghed? X’sejra
taghmel? U dan Joseph nghid jien, m’ghandux x’jaghmel jahli z-zmien maghkom?’
‘Qed tara ghax tibqghu l-art intom, Maria.
Joseph, Kastilja dahhal lil Michelle biex tiehu hsieb in-nies. Ghanda ufficju
shih biex jaraw xi jkollna bzonn. Ara lit-tifel ta Kitty, lanqas lahqet telghet
Kastilja li ma tawhx promotion lil binha.’
‘Imma nghid jien jekk kien haqqu promotion mhux
xorta kien johodha, u jekk ma kienx haqqu, mhux qed johodha minn halq haddiehor?’
‘Kemm int mara sew Maria, jahassra. Mhux
tiggieled trid biex takkwista.’
‘Le, Zoll jien mhux hekk naf li ghandhom isiru
l-affarijiet. Mela ser nergaw nigu ghaz-zminijiet tat-telefon! Biex ikollok
telefon trid tmur titkarrab ghand il-ministru. Jew biex tixtri televixin
tal-kulur trid tmur ixahham. Ara ahna kif konna ghamilna.Gibna gid ta
telefonnijiet u televixins tal-kulur u kullhad ha kemm ried.
Illum arana, kullhad bil-mowbijl ghal wiehed
tnejn.’
‘Iva, iva Mari’ int sewwa qed tghid. Imma ahna
mod iehor nahdmu. Ahna, Joseph jaqdina u ahna naghtuh il-vot, u b’hekk kullhadd
kuntent.’
‘Le, mhux kullhadd kuntent. Jien m’iniex, ghax
dak li int qed tiehu bid-dnewwa jien imbaghad ma nkunx nista niehdu bis-sewwa.
U kieku Joseph, minflok joqghod jahli z-zmien maghkom jinhela fuq kif igib
il-gid lill-pajjiz kieku,hemm igawdi kullhadd, mhux min ghandu wiccu jaghtih
biss.’
‘U le Maria, Joseph kemm kemm ighidilna hello u
ighidilna biex insellulu ghal tad-dar. Imbaghad Michelle tiehu hsiebna. Isma
wara kollox din qeghda tithallas biex taghmel dax-xoghol.’
‘Le, tarax. Mela. Dawn ma jaghmlu xejn ghal
xejn. Il-voti mhux bizzejjed hux? Ghandiex xi segretarja wkoll, u xi karozza
wara denbha. U kollox mill-kaxxa ta’Malta?’
‘u zgur, hi kemm tghidilna hello u tghidilna
kemm jithabat ghalina Joseph. Imbaghad is-segretarji jiehdu hsieb.’
‘Ma tghidilkomx biex isellulha ghal
tad-dar? Ahjar tmur Zoll ghax issa l-Arriva tant qed tkun fil-hin
li taf tigi kmieni u titilfuha. Sahha lilek ukoll Kons.’
Wednesday, 4 June 2014
MARIA TIBQA TEWDEN
Wara l-elezzjoni tal-gimgha ta qabel, Maria ma
ridet tara lil hadd. Inxtehtet fuq siggu ghall-frisk quddiem id-dar taghha,
bil-kwiet weheda. Imma x-xitan ma jhallikx kwiet u hi u ghadejja, Konsa waqfet
tghid kelma. Lil Konsa, Maria tissaportiha ghax din taf tmur ghal ghajnha.
‘Iva Maria int ghadek bin-nervi? Ta l-anqas
it-tielet siggu haddtuh – issa jekk hux siggu jew komodina, mhux ser jimporta.’
‘Poggi, poggi Kons. Jien dan il-poplu ma nafx
xi jrid.’
‘Maria, intom lanqas daqsxejn ta poster
m’ghamiltu. L-iehor mela Malta. U wkoll qalu li kontu negattivi.’
‘Kons ahna m’ghandiex flus ghall-posters ghax
ma beghniex ruhna lil hadd. U x’negattivi hu? X’ippretendew li ta
l-oppozizzjoni joqghodu jghinuhom. Ta l-oppozizzjoni qeghdin hemm biex
jikxfulhom l-izbalji, u li kieku ma jaghmlux hekk ikunu qed jonqsu mid-dover li
ghandhom. Ara kieku fixkilna, kieku hekk hag’ohra. Imma l-oppozizzjoni ma
fixklitx, anzi, meta kixfet l-izbalji, l-affarijiet imbaghad setghu isiru sew.’
‘Huma dak li ghandhom. Jibdew b’kelma u jibqghu
sejrin biha, li imbaghad jibdew jemnuha huma stess.’
‘Ara meta kienu fl-oppozizzjoni huma ma tantx
hadmu id f’id maghna. Anzi kissru kemm felhu. Ghax sabu lit-tifel ta Ugo kwiet
raw kif qacctuh minn ministru. Lil Cachia Caruana li tant hadem fl-Ewropa
spiccaw biex nehhewh minn ambaxxatur. Kemm kienu pozittivi! Tarax.’
‘u l-Arriva, ta kuljum raw x’ivvintaw biex
kulhadd izekzek kontriha… ‘
‘Ara issa Alla jbierek, ma sar xejn u t-gergir
waqaf. Issa, ma nbidel xejn, qed jintilfu balla flus li hergin minn butna, u
kulhadd kuntent.’
‘Mhux ghalhekk qed nghidlek Kons. Jitkellmu
bin-negattivita u distruttivi daqs kemm kienu huma ma kien hawn hadd.’
‘Ighidu li lil Tonio Borg ghinuh fl-Ewropa.’
‘Min jaf x’ghamlu Kons. U jekk ghenuh, dehru
sbieh huma, ghax idandnu b’rixu, daqs kemm hu ta l-affari tieghu.’
‘u qed isemmi lil Tonio, dak Montaldu x’sar
minnu? Ma smajna xejn aktar fuqu.’
‘Dak hadimha tajjeb il-politika. Dar id-dinja
kollha minn fuq dar l-Ewropa u minn fuq darna, u ma gab xejn lil hadd. Hawn min
jitwieled bi stilla f’ghajnu. Ara lil Tonio l-iehor ta Birkirkara, ghax mar
jara xi loghba l-Inghilterra damu jsemmuhilu ghomor. Daqqa l-loghba u daqqa
l-arlogg. Ma qatghu qatt. Le,le, ma kienux negattivi huma.’
‘Imissek hrigt int ghal Ewropa Maria, fuq
kollox taf. U kif titkellem int ftit jafu bhalek.’
‘Iva Kons, trid titmejjel bija? Ha nghidlek,
tafx, tahsibx li ma kontx naqta figura aktar minn xi whud. Imbaghad, din
id-darba li kulhadd inxtehet fuq in-nisa, tahsibx li xi siggu ma kontx insib.
Ara dabbar rasek Kons u hallini bi kwieti. Ma rrid nahseb fuq xejn.’
Subscribe to:
Posts (Atom)