‘Ghax tghid Maria ilna
ma npoggu bilqeghda u nghidu kelmtejn bil-kwiet.’
‘Vera Kons u mieghek
niehu pjacir naqsam kelma, ghax int mhux bhal Zolla.’
‘U mhux it-tnejn
tar-rahal Mari’’
‘U le, le. Dik ghal
kull kelma li nghidilha trid tghidli ohra lura.’
‘Mela int trid toqghod
titkellem wahdek Maria? X’fiha li tkompli mieghek?’
‘M’intiex ser
taghmilli bhala int ukoll! Xi tkompli mieghek, tkompli mieghek, Zolla. Dik tiha
taqdef il-kuntrarju biex tikkrepak u taghtiha xejn aktar.’
‘Issa hallina minn
Zolla. Qrajthom il-gazzetti dalghodu Mari’’
‘X’gazzetti? Mela llum
ghandna gazzetti. Dawk jikkopjaw l-intelnet jafu. Jew jaraw x’tikteb Deefni w
jiktbu li ggib hi.’
‘Defni, is-sahhara tal-Bidnija?’
‘Milli jidher int
qrajtha l-Orizzont, Kons.’
‘F’dak il-kas Kons,
ara x’tghid Deefni u tkun taf kollox. Dik taf fejn jorqod ix-xitan, u l-abjad
tghidlu abjad u l-iswed iswed.’
‘Imma xi kull tant
taqa daqsxejn baxx Mari’. Ma tahsibx?’
‘U ajma kemm int dejqa
Kons. Dan ghax lil xi whud tikxfilhom ghawwarhom?’
‘Iva wkoll Maria. Dan
m’ghandux ikun. Dawk affarijiet personali.’
‘Dan minn meta Kons?
Mela nsejt kemm dhaqna jien u int meta dak il-fanfru ta Johnny li jahseb li hu
xi loverbow, sirna nafu kif waqa ghac-cajt ma dik il-blondijja.’
‘Hehe, veru hux. Imma
Defni xorta wahda tista tghid li trid b’mod aktar pulit.’
‘Iva Kola tieghi hekk
jghid. Dak ma jistax ghaliha li mara tkun hamalla.’
‘Xi kull tant lanqas
nifhimha jien. Specjalment meta jkolla l-klem bl-istilel.’
‘Issa hallik
mill-istilel Kons. X’dehrlek minn dik is-sabiha tar-rahal? L-ewwel marritilha
t-tieg, imbaghad haditilha r-ragel.’
‘U kif taghzilhom –
l-ewwel wiehed minn naha wahda imbaghad iehor minn naha l-ohra. Dik vera
sticker, jew x’ghidulhom dawk ta Joseph. Mur gib lil nannuha, daqs kemm kienu
familja sew.’
‘Eh imma issa trid tkun tal-mittelklas, Kons, u ma min tkun, irid ikollu glekk.Ghalkemm nannuha lanqas biss kien jaf x’inhu.’
‘Tidher tafhom sew
Maria.’
‘Minn jaf kemm laghabna
flimkien Kons. Imma imbaghad tefa ghajnejh fuqi Kola u mgharraq li hu tellifli
xortijja. Kieku llum ghandi mnejn qeghda ma xi avukat niekol barra ta kuljum,
minn fuq darek.’
‘Ara Defni kemm kienet
tghid bik kieku.’
‘Nizzel dik il-bela
kafe’Kons ha mmorru, ghax Deefni ssib kollox lest u jien ghadni lanqas poggejt
il-borma fuq in-nar.’
No comments:
Post a Comment