Maria ta Xkieli waslet ir-rahal wara li qattet filghaxija mohlija l-Belt fejn il-folla li dahlet ticcelebra hassrulha l-harga taghha.
Hekk kif nizlet minn tal-linja lahqita Konsa ta’Pespes.
‘Tajta ghall-hela llum Maria, milli jidher.’
‘Mort sal-Belt nahrab ftit, imma rgajt gejt lura ghax ma flahtx
il-hammalagni li kien hemm.’
‘Iva smajt. Issa stenna ohra ghax kien hawn minn qal li jixtieq
jizzewwgu tlieta flok tnejn.’
‘U ghaliex le? Issa mhux kulhadd ghandu dritt jiehu li jrid. Oqghod
attenta Kons ghax jekk xi hadd jitfa ghajnejh fuq il-hmar li ghandu zewgek trid
izzewwigulu ghax ikollu dritt.’
‘Issa smajt ohra Mari’. Hawn min irid johrog gharwien ghax hekk
jixtieq. Dan m’ghandux dritt ukoll?’
‘Ara x’qed nghidlek Kons, jekk ifettillek taghmel hekk int, ghidli
halli naghlaq ghajnejja ghax l-ahhar darba li rajtek b’ta’ taht ukoll ghalaqtli
l-istonku ghal gimgha shiha.’
‘Bil-mod Mari’ ma tantx ghandek x’turi int, tafx.’
‘U dan int fejn taf? Jien li ghandi x’nuri Kola biss rah, u minn
meta mar ghand l-ispizjar dejjem irid jara aktar.’
‘Int ircevejtu l-kont tad-dawl il-gdid Mari’? ’
‘S’issa ma rcevejt xejn, imma taf x’naf inghid li ilhom ighidulna li
ser jorhsu u li ser ikollna aktar flus fil-but sentejn, u s’issa ghad ma ghandi
xejn. Bhal tal-flus lura fuq il-karozza, sentejn ilna nisimghu li ser niehduhom
lura u suppost nghidu grazzi – s’issa xejn.’
‘Iva pacenzja Mari’. Mhux kollox bil-mod?’
‘Le mhux kollox bil-mod. Dan kien qalilna li kellu kollox diga lest.
U ha nghidlek Kons. Meta dawn jaslu, jekk jaslu, ser itertqulna qalbna biex
nohduhom ghax kif smajt xi ftit ewro kull sena ser johorguhom.’
‘Bis-serjeta? Jien ga mort nissellef fuqhom.’
‘Lanqas haq li kull fejn iddawwar rasek hlief ftahir ma tarax.
Kartellun wiehed wara l-iehor. Tara wiehed – ser jorhsu l-kontijiet tad-dawl u
l-ilma, u jekk tkun ser tinsa, dlonk terga ssib iehor ma wiccek. U l-flus
fil-but ghadni ma sibthomx! Sentejn ilna nisimghu l-kantaliena, u l-flus
fil-but ghadhom ma zdiedux.’
‘Kos, kemm ahna boloh, hux Mari’. Il-flus tal-karozza li kera lilu
nnifsu beda johodhom minn meta tela t-tarag ta’ Kastilja, s-salarju ta’ martu
wkoll, ta’Conrad l-istess, u ahna nittewwbu fil-genb, nifirhu bil-loqom li ghad
irridu niehdu, meta nohduhom.’
‘Imbaghad issib xi wahda bhal Zolla ccapcap. Ghandek tghid ic-cuc
taqlalu ghajnu u jifrah.
Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax illum ma gietx wahda sewwa. Int ukoll
Kons, sibtek kif zammejtni bil-kliem. Sahha Kons, u ara ma jfettilekx tixxemmex
bla malja ghax Joseph iwahhal fik jekk jonqsu t-turisti.’
No comments:
Post a Comment