‘Hekk sewwa, jien domt snin shah ma nersaq lejn il-parrocca ghax
hekk qalli l-perit u Alla wahdu jaf kemm ghamilt iljieli nitqalleb, u dan ghax
jikxef ghajnu, lili u lilu poggewna f’keffa wahda.’
‘Hawn Guz. Maria jien, m’intiex taghrafni? Xi gralek kemm tidher
imhasseb?’
‘Jien wiehed mis-suldati tal-azzar tal-perit. Jien dejjem ghamilt
kif qalli hu allavolja nofs l-affarijiet li kien ighid ma kontx nifhmu. Snin
twal ghamilt niggerra warajh meta saqajja kienu jaghtuni. Imbaghad jigi Joseph
u lil dan li ma nafx minn fejn inqala poggieh fir-regiment maghna. U kemm
bewwes u mesmes fih! Ahna ffruntajna sidirna, mhux hu.’
‘Imma Gus, forsi dan sidru maffruntahx u ffronta xi haga ohra.’
‘u hallini mic-cajt tieghek Mari’. Jien sewwa smajt jew le? Dan mhux gie kkundannat mill-qorti? Dan mhux dahal fi hwejjeg haddiehor u seraqhomlu? Dan mhux ghal darba darbtejn tlieta qassam ritratti ta siehbu b’kollox barra? Dan ried lil siehbu jitkecca mix-xoghol. Allura kif qeghdin incappcpulu qisu ghadu kemm gej rebbieh minn xi gwerra!’
‘Intom tafu Gus. Biss ma nafx ghaliex qed tistaghgeb tafx, ghax
intom kif issahhankom b’daqsxejn ghajjat malajr tinfexxu ccappcpu.’
‘u iva Mari’ jien naghmel bhal ma jaghmlu ta’hdejja. Imma din kbira
wisq. U dan ried lin-nies jitkazaw b’siehbu kif kien, meta hu stess riedna
naccettaw lil dawn kollha huma kif huma. Le, ma nafx xi jridu lil dan, Joseph.’
‘Ruhi, Gus, Joseph lil kullhadd jiehu imbasta jkollu vot. Ara lil
dawk li kienu ser jerqu ghax ma ghandhomx, malajr ried jibathom lura lejn
pajjizhom. U ha nghidlek ohra Gus, biex tkun taf kemm ic-capcip li ccapcpu
jiswa, issa lill-pajjiz, lilna, din l-ghazla hazina li ghamel Joseph ser
tiswilna 150 elf ewro ghax iridu jinbidlu l-karti tal-vot li ga gew stampati.
Money dowdidrej.’
‘Iva hekk smajt. Imma hallina minn dan. Mur gib il-perit jisma lil
min qed idahhlu bhala suldati tal-azzar. Din bhal tac-cittadinanza. Mur giebu
jisma li qed inbieghu lil Malta li kienet tigi l-ewwel u qabel kollox. Mhux ta
b’xejn tefalu dak il-bews kollu Joseph, heles minnu helu helu.’
‘Ser inhalluk Gus. Jiddispjecini narak imbaqbaq, imma xi tridni
nghidlek mur aghti fuq sidrek, u erga aghti fuq sidrek wara l-24 ghax, tibzax,
bhal ma jaghmlu ta’hdejk terga taghmel. U sadanitant lil dawk li poggejt hemm,
min qed idahhal is-60 elf, min il-50 u nhar il-Hadd taht it-tinda nerga narak
iccapcpilhom.’
‘Iva mhux hekk Maria, m’intiex tara kemm hu nkwitat?’
‘Kons, inkwitata hallini nkun jien ghax minhabba cwiec bhal Guzeppi
ninsabu f’li ahna. U int x’int tahseb? Guzeppi imbaqbaq ghax qed jahseb li ser
jiehdulu postu fir-regiment ta’mohhu, mhux ghal xi principju. Guzeppi qisu
n-naghag ta’Bendu, imur fejn jigbduh. Kemm ghajjarna pufta fl-ahhar elezzjoni,
imbaghad kien quddiem il-parlament jitbellah ghax ghaddiet il-ligi tal-unjoni
civili, jew xix-xjafek ighidulha. Eh, bilhaqq lil Concita rajta l bierah?’
‘Concita min hi, Mari’?’
‘Dik, jew dak, tal-baffi li rebhet il-Eurivigin. Jekk m’ghadx irridu
naraw lil din titbewwes ma Joseph fuq xi palk issa! Tohodhiex bi kbira, ghax
issa din rebhet il-Eurivigin u ahna l-aqwa fl-Ewropa. Ara li ghalhekk tela
l-ministru, biex jirranga xi haga hekk. Ha nhallik Kons, ghax gmielu sar
il-hin. Is-suq immur darbohra.’
No comments:
Post a Comment