Wednesday, 28 May 2014

MARIA WARA L-ELEZZJONI



Kieku kellek taqtalha rasa lil Maria ma kienitx tohrog qatra demm. Kemm hasbet li wara t-telfa kbira ta’ sena ilu, u wara l-affarijiet ta’ barra minn hawn li ghamel il-gvern, il-poplu kien ser jiftah ghajnejh. Xejn minn dan kollu. Rega mar bi hgaru, bhan-naghag ta’ Bendu u rega melihom bil-voti. Il-poplu ma impurtahx li il-bazuzli tal-gvern kienu qed ihaxxnu bwiethom bi flushom. Ma mpurtahx li l-gvern ghamel l-affarijiet minn wara darhom, u ghamel affarijiet li qabel l-elezzjoni ma kien qallhom xejn bihom. Il-poplu ried jara t-team tieghu jirbah u ma mpurtah minn xejn aktar. Tistghu timmaginaw kemm ma kelliex aptit tara lil Zolla hekk kif din kienet riesqa lejha.

‘L-ghodwa t-tajba Mari’, kif inti dalghodu?’

‘Kif tarani pingini, Zoll, u ara ma tiginiex bin-nelh dalghodu ghax m’ghandiex aptitek.’

‘u tohodhomx hekk l-affarijiet. Hemm min jirbah u jrid ikun hemm minn jitlef. Kont nghidlek jien li intom bhal Joseph m’ghandkomx.’

‘u allahares ghandna ghax kieku ma nzommx maghna. Mela jien irrid li nkun bhall-anglu tal-festa, bit-tbissima fuq fommi u b’musmar daqs dan fil-warrani?’

‘imma kieku, Mari’, kieku tirbah xi darba.’

‘Le Zoll ta, nippreferi kif jien, mat-telliefa u naf naghraf x’inhu tajjeb u x’inhu hazin.’

‘Ha nghidlek wahda Mari’, u din kelma ta’habiba. Hallikhom milli tridu tirbhu ghax dan ma tistghu taghmluh qatt dment li il-pajjiz qieghed fuq saqajh. Il- poplu Malti hu minn guf ommu poplu laburista u dan ma tistghux tbiddluh.’

‘Poplu laburista meta irbahna elezzjoni wara elezzjoni, x’inti tghid Zoll!’

‘Maria intom tirbhu l-elezzjonijiet meta l-pajjiz ikun daru mall-hajt, meta l-pajjiz ikun fi krizi. Hemmhekk induru fuqkom biex tohorguna mill-inkwiet. Dment li l-pajjiz ikun b’sahhtu, ghall-labour, li jqisu bhala ommu jerga jdur.’

‘Kos Zoll qatt ma rajthom hekk l-affarijiet. Ghax tghid veru. Meta ridna l-indipendenza, ghalina gie l-poplu. Meta Malta tilfet it-triq fit-tmeninijiet u kellna tant vjolenza, ghalina gie l-poplu. Meta Sant, allavolja kien ghamel rebha tant kbira, kif beda jbazwar bil-VAT, ghalina gie l-poplu. Biex nidhlu fl-Unjoni ewropejja mhux ghalina vvota l-poplu? Kos Zoll, tidher cuc int, imma xi kull tant tuzah mohhok.’

‘Jien ser inqerr mieghek Mari’. Jien,meta kien hemm dak it-tbazwir kollu fl-iskejjel ukoll ivvotajt maghkom. Mela jien kont ser inhalli lill-uliedi f’dak il-genn li kellna!
Imma issa li m’ghandiex dak l-ugigh ta’ ras, u t-tfal lahqu, issa mhux lil labour irid nivvota. Ahna minn dejjem laburisti.’

‘Kif gibtli ghajnejja wara widnejja Zoll! Allura kif qed tghid int, biex il-poplu jerga jivvota lin-nazzjonalisti, irid ikollu xi problema biex dan isolvihilu?’

‘Hekk hu Mari’, bhalma ahna demmna arbi u xi whud, ighawgu kemm ighawgu lsienhom, arab jibqaw, hekk ukoll ahna laburisti u lejn l-gheruq taghna nergaw imorru meta ma jkunx hemm xi saramm.’

‘Zoll, ha nitlaq ‘l hemm ghax qed jaqbadni d-dardir. Sahha. Sahha, Zoll.’  



No comments:

Post a Comment