Wednesday, 26 November 2014

MARIA W S-SEWWA



 Maria w Zolla kienu mixjin fi triqithom lejn is-suq meta din laqtet mera ta’karozza li kienet fit-triq.

‘Ahjar noqghod attenta li ma jmorrux igibuni fil-gazzetti.’

‘Ahjar toqghod attenta li ma tmurx issib lil xi hadd jisparalek tlett tiri, u biex taghqad jolqot lili li m’ghandi x’naqsam xejn.’

‘Ghandek tghid kemm storbju ghal daqsxejn ta’ sparatura.’

‘Sewwa, mela Kola tieghi biex imur ghall-kacca bis-senter irid ihallas ma nafx kemm permessi, irid ikollu certifikat tat-tabib, irid izomm s-senter imqartas u moghtti barra mill-hin tal-kacca u wkoll jekk ikun sejjer minn post ghal iehor, u dan, skont int, ghax xufier ma’ministru, jista jkollu arma lesta ghal idejh biex jekk xi hadd itellahommlu jisparalu, u ghala ghajnu jekk hux qieghed fl-abitat u jista joqtol lili jew lilek. U dan ghal giehna pulizija u jaf kif imorru l-affarijiet u ghandu jghallem lilna li mhux sew naghmlu dan.’

‘iva Maria imma mhux kullhadd jista jiehu zball?’

‘Zball sabih. Ghax ma tghidx li thossukom li tistghu taghmlu li tridu ghax qeghdin fil-gvern. Ghandkom il-power issa.’

‘u le jahassra daqs kemm huma saqajhom ma l-art.’

‘u zgur li s-saqajn qeghdin ma l-art, imma biex jigru minn post ghall-iehor u jlaqtu kull ma hemm f’kull borma. Bhal dak l-iehor li hu avukat ta’naha, avukat ta’ naha ohra u jaghti parir hazin lil naha biex titpaxxa l-ohra. U le qeghdin sew Zoll. Irid ikollok iz-zokkor f’ghajnejk biex ma tarax kemm qeghdin tajjeb. L-aqwa fl-Ewropa qeghdin, tarax.’

‘Imma f’gieh is-sewwa, l-ministru x’tort ghandu? Mhux ix-xufier spara. Il-ministru bi kwietu kien.’

‘F’gieh is-sewwa! Dan minn meta jimpurtakom mis-sewwa Zoll. Ha nghidlek. Fl-isparatura l-ministru tort wiehed ghandu, li jmissu ra lil min pogga bhala xufier u li ma jkollux pistoli fuqu. Imma l-akbar tort hu li pprova jahbi d-dnub u li ddawwar b’min ighinuh biex jaghmel dan. Mela Sylvio tieghu icempel lil gazzetti biex ighidu li l-isparar fl-ajru kien, u mhux fuq il-persuna. Il-pulizija jkunu pronti jigbru l-karozza qabel l-inkjesta biex jitwarrbu l-provi. Tinsiex Zoll, il-kumissarju hu kugin il-ministru. U trid tghidli Zoll li l-ministru b’dan kollu ma kien jaf b’xejn. Jidderigi kien, mela ma jaf b’xejn.’

‘Imma forsi dawn kollha gideb, Mari’’

‘Int bis-serjeta’qed tghid. Gideb, meta qeghdin hemm jista jarhom kullhadd. Taf x’inhu gideb Zoll, ta’dak Luciano li qal li ma kienx ghadu l-avukat ta’min ha it-tender, imbaghad sabu ittra li wriet li kien. Jew ta’l-ohra li hin tghid li l-proprjeta’hi taghha u hin tghid li kienet bieghetha. Hin tghid li mhux il-haddiema taghha li kienu qed jahdmu fil-villa, imbaghad isibu li l-ingenji kienu taghha.’

‘Ghandek tghid, miskin Joseph kemm ghandu xkiel.’

‘Ahjar Alla jaghtini s-sabar. Mhux ta’b’xejn li qeghdin f’li ahna. Il-bidu w it-tmien ta’dan it-tahwid kollu u tigi tghidlek li ghandu x-xkiel! Arani tlaqt ‘l hawn Zoll, jien u int qatt m’ahna ser naqblu ghax bidwi jkun bidwi u jibqa bidwi. F’gieh is-sewwa tigi tghidlek. Minn hawn u ftit iehor lanqas b’nemes ma nkunu nistghu nsibuha s-sewwa.’   


Tuesday, 18 November 2014

MARIA W IL-BUDGET



Maria w Kola ngabru kmieni d–dar ghax kien jum il-budget. Maria kienet baqghet bir-rankatura ta’ zmien l-antik meta konna nkunu nafu kemm kien ser ikun il-prezz tat-ton taz-zejt mill-Ministru tal Finanzi.

‘Iva iftahlu Kol ha naraw x’ser ighidilna.’

‘Xi hsiebt li ser ighidilna, Maria mhux is-soltu kliem fieragh. Kemm huma bravi huma u ghar u kaza kif hallewna l-ohrajn?’

‘U le. Ma tafx li Joseph qalilna li ser jaghmel politika gdida. Forsi ser ighidilna x’inhi r-road map li ghandu. Issa ghadda zmien bizzejjed biex jikxef is-sigriet. Nahseb ghandu jghid kemm bih passaporti u lil min, u kif ser jaghmel biex ikun jista jnaqqas il-kontijiet tad-dawl.’

‘Iva Mari’ issa kollox ser ighidlek. Stennieh.’

‘Idahhaqni int Kol. Jekk ma jghidx dawn fil-budget fiex tridu jghidhom?’

‘Ma jghidhom xejn kif dejjem ghamel. Ara din ukoll. Oqghod kwieta ha nisimghu.’

‘X’qal li ser irahhas il-petlor b’zewg centezmi.. ghax ma dahhalhomx.. u xiex, ser jgholli is-sisa fuq il-petlor b’zewg centezmi? Mela fejn konna bqajna.’

‘Iva oqghod ha nisma. Dan bil-kemm jaf jaqra, inti tpacpac.’

‘Veru ghax tghid. Dak jew ghandu nuccali hazin ghax qisu mhux qed jara sew, jew ilu ma jittrenja jaqra, ghax mhux qed jaghmel sens.’

‘Smajtha din Mari’ser izied lil-istudenti. U ajma, hsibt li ser jaghtihom xi zieda sew. Skond l-gholi tal-hajja, jigifieri bil-58 cents.’

‘Qed tinduna x’qed jaghmel Kol? Qed izid hawn u jzid hemm. Kollox bic-cekcik, imma jkun jista jghid li ziedhom. Imma imbaghad fejn qed idahhal it-taxxi qed izid bl-gholi.’

‘Hekk hu Mari’.Ghandek tghid int hmar min jahsbek. Ara l-licenzji mhux biz-zewg centezmi ziedhom. U l-inbid, u s-sigaretti.’

‘Fuq iz-zieda fil-kiri tal’flattijiet qal xi haga Kol?’

‘u ma tarax! Dik isibuha ma wicchom meta jqumu filghodu. Issa bizzejjed ha nkompli nisma.’

‘Min jaf x’qed tahseb Zolla ghax dik ma tarax il boghod minn imniehra. Ajma, bintha ser ikolla tibda tihodhom l-iskola t-tfal ghax inkella jaqtalha l-allowance.’

‘U tghid mhux hekk nibqghu. Tghid ma ssibx xi qaddis. Mhux li kien li jibdew imorru l-iskola dawk it-tfal forsi ma johorgux gwappi bhal nieshom. Mohhhom kif ighixu bl-ghakkarija, min fuq dar haddiehor.’

‘U kemm ser idum ighid dan! Taf li ilu ma l-erba sieghat u jekk tasru ma qal xejn.
La semma xejn fuq il-power station li m’ghamilx. La kif ser isolvi l-problema tat-traffiku. Jghid li ser isir studju u ser issir evalwazzjoni u fejn inkunu nibqghu.’

‘Hsibtx li ser jaghtik xi salarju bhall-mara ta’siehbu l-ministru? Lanqas biss qalilna xi swiet minn kemm ila hemm.’

‘ara itfilu Kol. Aktar int dahhaltni kmieni. Erba sieghat dowdidrej.’



Saturday, 8 November 2014

MARIA MXEBBA



Maria kienet bilqeghda fuq bank fil-pjazza tar-rahal meta Zolla giet poggiet hdejha.

‘X’jidhirlek minn kif inhuma sejrin l-affarijiet Maria?’

‘Int biex titmejjel Zoll qed tistaqsini! Xi tridu jidhirli – qatt ma konna ninsabu f’tahwid bhal dan. Inhollu mitt kobba u ma naghqdux wahda.’

‘Xi trid tghid biha din Mari’’

‘M’intiex tara. Imbasta qridtu l-Arriva, biex kwazi sentejn wara ghadkom m’ghamiltu xejn. U meta ser taghmlu ser tneffquna 23 miljun aktar.’

‘ u iva imma ghall-bqija kollox on track, ta’ lanqas hekk qalilna Joseph.’

‘X’kollox on track, ruh ommok? Fejn on track, il-power station li ghidtu ser tkun lesta f’Marzu? Ghar u kaza ghalikom imbasta bir-road map qabel l-elezzjoni. U fejn on track, il-bini tal-parlament il-gdid? Kieku paroli ghandkom. Jien jiddispjecini ghalikom li intom daqshekk imzazen, u aktar w aktar ghalina li nehlu maghkom.’

‘Ghandek ragun Maria, veru, dawk waqghu lura, imma ara kemm dahlu ligijiet godda.’

‘X’ligijiet huma? Ta’Cyrus. Tarax, ser nieklu b’dawk. Biex tghaddi ligijiet bhal dawk ma tantx trid wisq, ghax xejn m’hu ser tohrog mill-but. Ahjar ra kif ghamel u solva l-problema tal-medicini. Jewilla wara l-bieb wassalhomli tarax. Ergajna bin-nuqqas dax-xahar ukoll. Xbajt nixtri medicini minn buti. U ghal daqsxejn panador jekk ma ggibx mitt certifikat ma jaghtikx.’

‘u ajma Maria ser taghmel plejtu ghal ftit panador?’

‘kieku ma niehux il-panador u meta mmur l-isptar ninqeda ma nghid xejn Zoll, imma hemm ahna, l bierah kelli mmur l-emergenza u sitt sieghat domt biex inqdejt, biex imbaghad tawni appuntament ghal erba xhur ohra.’

‘Ee jahassra mela xi gralek Mari’?’’

‘Issa xi grali storja ohra Zoll. Li staqsejtni kien kif inhuma sejrin l-affarijiet, u jien qed nghidlek – il-bahar.’

‘Intom ukoll qabel l-elezzjoni bezzajtuna li ser nidhlu gass down fil-hajt..’

‘u fil-hajt u fil-bahar mhux hazin jibqa. Ghar u kaza ghalikom ghidtu li ser teqirdu l-faqar. Malajr qridtuh ghax hemm ahna, Kola tieghi ghadu kemm hallas il-licenzja -80 ewro saret. U l-ezamijiet tat-tfal immiskom tisthu kif ghollejtuhom. Bhalna ghamiltu hej. Ahna lit-tfal ftahnilhom il-bibien berah, u min ma ridtx ma tghallimx u intom b’dan l-gholi kollu. U dan miniex ser niftah il-ktieb fuq il-housing. Sewwa hekk, tistenbah filghodu w issib li ghollilek il-kera m’ghola s-smewwiet. Hallina Zoll tridx thallina. Ara mur inheba.’

‘Taf x’naf inghid Maria li int m’int kuntenta qatt.’

‘Ghandi biex inkun kuntenta Zoll. Taf meta inkun kuntenta meta tieqfu tisirquni minn fuq il-petlor. Il-prezz taz-zejt dejjem niezel u l-petlor jibqa bl-gholi. Ara kemm ilkom tisirquna. Issa forsi jigi l-bagit u tkunu triduna nbusukom ghax trahsuh. Ara Zoll dabbar rasek u hallini ftit bi kwieti.’