Wednesday, 26 November 2014

MARIA W S-SEWWA



 Maria w Zolla kienu mixjin fi triqithom lejn is-suq meta din laqtet mera ta’karozza li kienet fit-triq.

‘Ahjar noqghod attenta li ma jmorrux igibuni fil-gazzetti.’

‘Ahjar toqghod attenta li ma tmurx issib lil xi hadd jisparalek tlett tiri, u biex taghqad jolqot lili li m’ghandi x’naqsam xejn.’

‘Ghandek tghid kemm storbju ghal daqsxejn ta’ sparatura.’

‘Sewwa, mela Kola tieghi biex imur ghall-kacca bis-senter irid ihallas ma nafx kemm permessi, irid ikollu certifikat tat-tabib, irid izomm s-senter imqartas u moghtti barra mill-hin tal-kacca u wkoll jekk ikun sejjer minn post ghal iehor, u dan, skont int, ghax xufier ma’ministru, jista jkollu arma lesta ghal idejh biex jekk xi hadd itellahommlu jisparalu, u ghala ghajnu jekk hux qieghed fl-abitat u jista joqtol lili jew lilek. U dan ghal giehna pulizija u jaf kif imorru l-affarijiet u ghandu jghallem lilna li mhux sew naghmlu dan.’

‘iva Maria imma mhux kullhadd jista jiehu zball?’

‘Zball sabih. Ghax ma tghidx li thossukom li tistghu taghmlu li tridu ghax qeghdin fil-gvern. Ghandkom il-power issa.’

‘u le jahassra daqs kemm huma saqajhom ma l-art.’

‘u zgur li s-saqajn qeghdin ma l-art, imma biex jigru minn post ghall-iehor u jlaqtu kull ma hemm f’kull borma. Bhal dak l-iehor li hu avukat ta’naha, avukat ta’ naha ohra u jaghti parir hazin lil naha biex titpaxxa l-ohra. U le qeghdin sew Zoll. Irid ikollok iz-zokkor f’ghajnejk biex ma tarax kemm qeghdin tajjeb. L-aqwa fl-Ewropa qeghdin, tarax.’

‘Imma f’gieh is-sewwa, l-ministru x’tort ghandu? Mhux ix-xufier spara. Il-ministru bi kwietu kien.’

‘F’gieh is-sewwa! Dan minn meta jimpurtakom mis-sewwa Zoll. Ha nghidlek. Fl-isparatura l-ministru tort wiehed ghandu, li jmissu ra lil min pogga bhala xufier u li ma jkollux pistoli fuqu. Imma l-akbar tort hu li pprova jahbi d-dnub u li ddawwar b’min ighinuh biex jaghmel dan. Mela Sylvio tieghu icempel lil gazzetti biex ighidu li l-isparar fl-ajru kien, u mhux fuq il-persuna. Il-pulizija jkunu pronti jigbru l-karozza qabel l-inkjesta biex jitwarrbu l-provi. Tinsiex Zoll, il-kumissarju hu kugin il-ministru. U trid tghidli Zoll li l-ministru b’dan kollu ma kien jaf b’xejn. Jidderigi kien, mela ma jaf b’xejn.’

‘Imma forsi dawn kollha gideb, Mari’’

‘Int bis-serjeta’qed tghid. Gideb, meta qeghdin hemm jista jarhom kullhadd. Taf x’inhu gideb Zoll, ta’dak Luciano li qal li ma kienx ghadu l-avukat ta’min ha it-tender, imbaghad sabu ittra li wriet li kien. Jew ta’l-ohra li hin tghid li l-proprjeta’hi taghha u hin tghid li kienet bieghetha. Hin tghid li mhux il-haddiema taghha li kienu qed jahdmu fil-villa, imbaghad isibu li l-ingenji kienu taghha.’

‘Ghandek tghid, miskin Joseph kemm ghandu xkiel.’

‘Ahjar Alla jaghtini s-sabar. Mhux ta’b’xejn li qeghdin f’li ahna. Il-bidu w it-tmien ta’dan it-tahwid kollu u tigi tghidlek li ghandu x-xkiel! Arani tlaqt ‘l hawn Zoll, jien u int qatt m’ahna ser naqblu ghax bidwi jkun bidwi u jibqa bidwi. F’gieh is-sewwa tigi tghidlek. Minn hawn u ftit iehor lanqas b’nemes ma nkunu nistghu nsibuha s-sewwa.’   


No comments:

Post a Comment