Maria w Kola ngabru kmieni d–dar ghax kien jum
il-budget. Maria kienet baqghet bir-rankatura ta’ zmien l-antik meta konna
nkunu nafu kemm kien ser ikun il-prezz tat-ton taz-zejt mill-Ministru tal
Finanzi.
‘Iva iftahlu Kol ha naraw x’ser ighidilna.’
‘Xi hsiebt li ser ighidilna, Maria mhux
is-soltu kliem fieragh. Kemm huma bravi huma u ghar u kaza kif hallewna
l-ohrajn?’
‘U le. Ma tafx li Joseph qalilna li ser jaghmel
politika gdida. Forsi ser ighidilna x’inhi r-road map li ghandu. Issa ghadda
zmien bizzejjed biex jikxef is-sigriet. Nahseb ghandu jghid kemm bih passaporti
u lil min, u kif ser jaghmel biex ikun jista jnaqqas il-kontijiet tad-dawl.’
‘Iva Mari’ issa kollox ser ighidlek. Stennieh.’
‘Idahhaqni int Kol. Jekk ma jghidx dawn
fil-budget fiex tridu jghidhom?’
‘Ma jghidhom xejn kif dejjem ghamel. Ara din
ukoll. Oqghod kwieta ha nisimghu.’
‘X’qal li ser irahhas il-petlor b’zewg
centezmi.. ghax ma dahhalhomx.. u xiex, ser jgholli is-sisa fuq il-petlor
b’zewg centezmi? Mela fejn konna bqajna.’
‘Iva oqghod ha nisma. Dan bil-kemm jaf jaqra,
inti tpacpac.’
‘Veru ghax tghid. Dak jew ghandu nuccali hazin
ghax qisu mhux qed jara sew, jew ilu ma jittrenja jaqra, ghax mhux qed jaghmel
sens.’
‘Smajtha din Mari’ser izied lil-istudenti. U
ajma, hsibt li ser jaghtihom xi zieda sew. Skond l-gholi tal-hajja, jigifieri
bil-58 cents.’
‘Qed tinduna x’qed jaghmel Kol? Qed izid hawn u
jzid hemm. Kollox bic-cekcik, imma jkun jista jghid li ziedhom. Imma imbaghad
fejn qed idahhal it-taxxi qed izid bl-gholi.’
‘Hekk hu Mari’.Ghandek tghid int hmar min
jahsbek. Ara l-licenzji mhux biz-zewg centezmi ziedhom. U l-inbid, u
s-sigaretti.’
‘Fuq iz-zieda fil-kiri tal’flattijiet qal xi
haga Kol?’
‘u ma tarax! Dik isibuha ma wicchom meta jqumu
filghodu. Issa bizzejjed ha nkompli nisma.’
‘Min jaf x’qed tahseb Zolla ghax dik ma tarax
il boghod minn imniehra. Ajma, bintha ser ikolla tibda tihodhom l-iskola t-tfal
ghax inkella jaqtalha l-allowance.’
‘U tghid mhux hekk nibqghu. Tghid ma ssibx xi
qaddis. Mhux li kien li jibdew imorru l-iskola dawk it-tfal forsi ma johorgux
gwappi bhal nieshom. Mohhhom kif ighixu bl-ghakkarija, min fuq dar haddiehor.’
‘U kemm ser idum ighid dan! Taf li ilu ma
l-erba sieghat u jekk tasru ma qal xejn.
La semma xejn fuq il-power station li
m’ghamilx. La kif ser isolvi l-problema tat-traffiku. Jghid li ser isir studju
u ser issir evalwazzjoni u fejn inkunu nibqghu.’
‘Hsibtx li ser jaghtik xi salarju bhall-mara
ta’siehbu l-ministru? Lanqas biss qalilna xi swiet minn kemm ila hemm.’
‘ara itfilu Kol. Aktar int dahhaltni kmieni.
Erba sieghat dowdidrej.’
No comments:
Post a Comment