Maria kienet bilqeghda fuq bank fil-pjazza
tar-rahal meta Zolla giet poggiet hdejha.
‘X’jidhirlek minn kif inhuma sejrin
l-affarijiet Maria?’
‘Int biex titmejjel Zoll qed tistaqsini! Xi
tridu jidhirli – qatt ma konna ninsabu f’tahwid bhal dan. Inhollu mitt kobba u
ma naghqdux wahda.’
‘Xi trid tghid biha din Mari’’
‘M’intiex tara. Imbasta qridtu l-Arriva, biex
kwazi sentejn wara ghadkom m’ghamiltu xejn. U meta ser taghmlu ser tneffquna 23
miljun aktar.’
‘ u iva imma ghall-bqija kollox on track, ta’
lanqas hekk qalilna Joseph.’
‘X’kollox on track, ruh ommok? Fejn on track,
il-power station li ghidtu ser tkun lesta f’Marzu? Ghar u kaza ghalikom imbasta
bir-road map qabel l-elezzjoni. U fejn on track, il-bini tal-parlament il-gdid?
Kieku paroli ghandkom. Jien jiddispjecini ghalikom li intom daqshekk imzazen, u
aktar w aktar ghalina li nehlu maghkom.’
‘Ghandek ragun Maria, veru, dawk waqghu lura,
imma ara kemm dahlu ligijiet godda.’
‘X’ligijiet huma? Ta’Cyrus. Tarax, ser nieklu
b’dawk. Biex tghaddi ligijiet bhal dawk ma tantx trid wisq, ghax xejn m’hu ser
tohrog mill-but. Ahjar ra kif ghamel u solva l-problema tal-medicini. Jewilla
wara l-bieb wassalhomli tarax. Ergajna bin-nuqqas dax-xahar ukoll. Xbajt nixtri
medicini minn buti. U ghal daqsxejn panador jekk ma ggibx mitt certifikat ma
jaghtikx.’
‘u ajma Maria ser taghmel plejtu ghal ftit
panador?’
‘kieku ma niehux il-panador u meta mmur
l-isptar ninqeda ma nghid xejn Zoll, imma hemm ahna, l bierah kelli mmur
l-emergenza u sitt sieghat domt biex inqdejt, biex imbaghad tawni appuntament
ghal erba xhur ohra.’
‘Ee jahassra mela xi gralek Mari’?’’
‘Issa xi grali storja ohra Zoll. Li staqsejtni
kien kif inhuma sejrin l-affarijiet, u jien qed nghidlek – il-bahar.’
‘Intom ukoll qabel l-elezzjoni bezzajtuna li
ser nidhlu gass down fil-hajt..’
‘u fil-hajt u fil-bahar mhux hazin jibqa. Ghar
u kaza ghalikom ghidtu li ser teqirdu l-faqar. Malajr qridtuh ghax hemm ahna,
Kola tieghi ghadu kemm hallas il-licenzja -80 ewro saret. U l-ezamijiet
tat-tfal immiskom tisthu kif ghollejtuhom. Bhalna ghamiltu hej. Ahna lit-tfal
ftahnilhom il-bibien berah, u min ma ridtx ma tghallimx u intom b’dan l-gholi
kollu. U dan miniex ser niftah il-ktieb fuq il-housing. Sewwa hekk, tistenbah
filghodu w issib li ghollilek il-kera m’ghola s-smewwiet. Hallina Zoll tridx
thallina. Ara mur inheba.’
‘Taf x’naf inghid Maria li int m’int kuntenta
qatt.’
‘Ghandi biex inkun kuntenta Zoll. Taf meta
inkun kuntenta meta tieqfu tisirquni minn fuq il-petlor. Il-prezz taz-zejt
dejjem niezel u l-petlor jibqa bl-gholi. Ara kemm ilkom tisirquna. Issa forsi
jigi l-bagit u tkunu triduna nbusukom ghax trahsuh. Ara Zoll dabbar rasek u
hallini ftit bi kwieti.’
No comments:
Post a Comment