Wednesday, 21 May 2014

MARIA TIEHU ZBALL

L-erbgha filghodu hi l-gurnata tal-coffee mornings fir-rahal u Maria u Konsa kienu miftehmin biex imorru mal-kappilan. Telghu fuq il-karozza li kienet qed tistennihom u lestew ruhhom ghal nofs ta nhar fil-paci t’Alla. Maria w Konsa jingwalawha bejniethom ghax wahda thobb tpacpac u l-ohra thobb tisma, u lanqas biss indunaw li kienu waslu. Hekk kif bdew nizlin mill-karozza l-ucuh iharsu lejnhomm tawhom x’jifhmu li dik ma kienitx il-gemgha tas-soltu.

 ‘Maria qed tinnota bhali?’

 ‘Kons, irkibna l-karozza hazina. Din tal-Labour.’
 
‘Il-bambin jiskansana. X’ser naghmlu? Tghid imorru lura max-xufier?’

 ‘Mhux hekk naghmlu. Tarax. Issa hawn ahna. Arana nzilna, u int Kons halli f’idejja. Ara Fidila. Kif int Zara kemm ili ma narak. U int Gina t-tfal ghadhom kollha mieghek?’

‘X’kien gejt maghna llum Maria,’qabzet wahda ma thallhiiex helwa ghal-melh.

‘Mela jien u Konsa mhux ta kullhadd immorru? Illum fettlilna nigu taghkom. Ma triduniex jaqaw?’

‘Imma int kontrina vvutajt Mari’ fl-ahhar elezzjoni?’

‘U kontrikom nerga nivvota. Daqs kemm fikom hobz!’

‘Ara din ukoll. Mela x’gejt taghmel maghna?’

‘Biex nipprova nifhem kif tirragunaw, jekk haga tista tkun.’

‘Kif tridna nirragunaw Maria ruhi, mhux kif ighidilna Joseph?’

‘Sewwa nghid jien li m’ghandkomx mohh biex tirragunaw u ghandkom bzonn ta haddiehor. Ejjew naraw daqsxejn. Ara ghalqu ghajnejnkom ilkoll u isimghuni. Qed tisimghu politiku jghidilkom li ser jaghmlilkom l-ilma jisfen imbaghad hekk kif ikollu s-sahha jibda jaghmel affarijiet li qatt ma kien weghdkom, Jiehu l-eluf ghalih u ghal martu u lilkom jaghtikom ic-cekik, jaghti xoghol tajjeb lil ta madwaru u lilkom ihallikom titewwbu, promozzjonijiet bl-addocc lil min irid hu.. Ibqghu ftit iehor b’ghajnejnkom maghluqa. X’tghidulu lil dan kieku?’

‘Nibatuh jixxejjer Mari’, mhux hekk?’

‘Issa ifthu ghajnejkom u quddiemkom taraw lil Joseph, u mhux xi nazzjonalist kif kontu qed tahsbu.’

‘Le, le lil Joseph irriduh, irriduh.’

‘M’ghidtilkomx jien li intom m’ghandkomx mohh biex tirragunaw? Intom bl-ghamad li ghandkom twarrbu lil min jaghmlilkom il-gid u taghnqu lil min jiswilkom ta deni. Dak il-kafe’wasal jew?’

‘Iva, iva aghtuha daqsxejn kafe’forsi taghlaq halqa.’

‘u zgur intom hekk tridu, li lil min ma jaqbilx maghkom taghlqulu halqu. Ara Kons ejja tlaqna ghax ma dawn m’hemmx raguni. Mittel klas, x’mittel klas hu! Kemm ghad baqalhom x’jaqdfu. Din ohra li bellalhom Joseph. Dak l-aqwa li jidhlu fil-mittel klas hu u tieghu.   

Wednesday, 14 May 2014

MARIA W IS-SULDATI TAL-AZZAR

Maria w Konsa kienu telghin flimkien lejn il-pjazza tas-suq bla ma jaghtu fastidju lil hadd, meta gie fuqhom hesrem xih igemgem wahdu.

‘Hekk sewwa, jien domt snin shah ma nersaq lejn il-parrocca ghax hekk qalli l-perit u Alla wahdu jaf kemm ghamilt iljieli nitqalleb, u dan ghax jikxef ghajnu, lili u lilu poggewna f’keffa wahda.’

‘Hawn Guz. Maria jien, m’intiex taghrafni? Xi gralek kemm tidher imhasseb?’

‘Jien wiehed mis-suldati tal-azzar tal-perit. Jien dejjem ghamilt kif qalli hu allavolja nofs l-affarijiet li kien ighid ma kontx nifhmu. Snin twal ghamilt niggerra warajh meta saqajja kienu jaghtuni. Imbaghad jigi Joseph u lil dan li ma nafx minn fejn inqala poggieh fir-regiment maghna. U kemm bewwes u mesmes fih! Ahna ffruntajna sidirna, mhux hu.’

‘Imma Gus, forsi dan sidru maffruntahx u ffronta xi haga ohra.’

‘u hallini mic-cajt tieghek Mari’. Jien sewwa smajt jew le? Dan mhux gie kkundannat mill-qorti? Dan mhux dahal fi hwejjeg haddiehor u seraqhomlu? Dan mhux ghal darba darbtejn tlieta qassam ritratti ta siehbu b’kollox barra? Dan ried lil siehbu jitkecca mix-xoghol. Allura kif qeghdin incappcpulu qisu ghadu kemm gej rebbieh minn xi gwerra!’

‘Intom tafu Gus. Biss ma nafx ghaliex qed tistaghgeb tafx, ghax intom kif issahhankom b’daqsxejn ghajjat malajr tinfexxu ccappcpu.’

‘u iva Mari’ jien naghmel bhal ma jaghmlu ta’hdejja. Imma din kbira wisq. U dan ried lin-nies jitkazaw b’siehbu kif kien, meta hu stess riedna naccettaw lil dawn kollha huma kif huma. Le, ma nafx xi jridu lil dan, Joseph.’

‘Ruhi, Gus, Joseph lil kullhadd jiehu imbasta jkollu vot. Ara lil dawk li kienu ser jerqu ghax ma ghandhomx, malajr ried jibathom lura lejn pajjizhom. U ha nghidlek ohra Gus, biex tkun taf kemm ic-capcip li ccapcpu jiswa, issa lill-pajjiz, lilna, din l-ghazla hazina li ghamel Joseph ser tiswilna 150 elf ewro ghax iridu jinbidlu l-karti tal-vot li ga gew stampati. Money dowdidrej.’

‘Iva hekk smajt. Imma hallina minn dan. Mur gib il-perit jisma lil min qed idahhlu bhala suldati tal-azzar. Din bhal tac-cittadinanza. Mur giebu jisma li qed inbieghu lil Malta li kienet tigi l-ewwel u qabel kollox. Mhux ta b’xejn tefalu dak il-bews kollu Joseph, heles minnu helu helu.’

‘Ser inhalluk Gus. Jiddispjecini narak imbaqbaq, imma xi tridni nghidlek mur aghti fuq sidrek, u erga aghti fuq sidrek wara l-24 ghax, tibzax, bhal ma jaghmlu ta’hdejk terga taghmel. U sadanitant lil dawk li poggejt hemm, min qed idahhal is-60 elf, min il-50 u nhar il-Hadd taht it-tinda nerga narak iccapcpilhom.’

‘Iva mhux hekk Maria, m’intiex tara kemm hu nkwitat?’

‘Kons, inkwitata hallini nkun jien ghax minhabba cwiec bhal Guzeppi ninsabu f’li ahna. U int x’int tahseb? Guzeppi imbaqbaq ghax qed jahseb li ser jiehdulu postu fir-regiment ta’mohhu, mhux ghal xi principju. Guzeppi qisu n-naghag ta’Bendu, imur fejn jigbduh. Kemm ghajjarna pufta fl-ahhar elezzjoni, imbaghad kien quddiem il-parlament jitbellah ghax ghaddiet il-ligi tal-unjoni civili, jew xix-xjafek ighidulha. Eh, bilhaqq lil Concita rajta l bierah?’

‘Concita min hi, Mari’?’

‘Dik, jew dak, tal-baffi li rebhet il-Eurivigin. Jekk m’ghadx irridu naraw lil din titbewwes ma Joseph fuq xi palk issa! Tohodhiex bi kbira, ghax issa din rebhet il-Eurivigin u ahna l-aqwa fl-Ewropa. Ara li ghalhekk tela l-ministru, biex jirranga xi haga hekk. Ha nhallik Kons, ghax gmielu sar il-hin. Is-suq immur darbohra.’      

Wednesday, 7 May 2014

MARIA W IL-KORRUZZJONI

Hekk kif Maria kienet diehla d-dar giet tigri fuqha Zolla, eccitata bil-kbir.

‘Smajtu l-brakin njus Maria? Il-prim rahsilna l-petlor b’zewg centezmi.’

‘Hsibtek maqsuma b’xogholok Zoll, kif rajtek. U allura? Ix-xahar l-iehor ghollieh, din id-darba rahhsu. U dan, ghad irridu nistennew sa Lulju. Jigifieri li minn issa sa Lulju ser nibqaw inhallssu bl-gholi. Bhal tal-kontijiet din, irridu nkunu obbligati minn xhur qabel ghal xi haga li ghad trid issir.’

‘Iva b’xejn ma tiehu gost int, Maria?’

‘Le Zoll. Jien ma niehux gost b’min ighaddini biz-zmien.’

‘Allura xi trid int, il-korruzzjoni li kien hemm!’

‘ u li ghad hemm. Ha nghidlek Zoll, jekk qed tibbottja xi haga, il-korruzzjoni kienet, ghada u tibqa, ghax hawn min m’ghandux xeba’. Il-misthija hi fuq min ighati kenn lill-korrott.’

‘Xi trid tghid biha din, Mari’’

‘Tiftakarkom taghjruna bil-korruzzjoni tal-Mistra, bil-korruzzjoni tal-ilma li sar whisky, tal-pont tar-Regional Road….’

‘ u allura mhux veru kien hemm korruzzjoni jewwilla? Ukoll il-qorti taghtna ragun.’

‘ hekk hu. Min ghamel dawk l-affarijiet imissu jisthi. Imissu jisthi ghax ghamilhom, u jmissu jisthi ghax cappas lil shabu mieghu.’

‘ allura mhux mieghi gejja Mari’?’

‘ hekk nibqaw Zoll, nigi mieghek! Zoll, lil dawn, shabhom tawhom il-genb biex juru kemm ma kellhom xejn x’jaqsmu mall-korruzzjoni li ghamlu, filwaqt li intom tajtuhom il-kenn. Arhom illum hux kollha maghkom sabu il-post naturali taghhom.’

‘Hawwadtni, Maria, ghax tghid.’

‘u zgur li nhawwdek,Zoll. Int, qabel ma taqta l-habta li ghandek li temmen kollox li tisma bla ma tieqaf u tahseb ser tibqa tibla l-imzazzen li jbellawlek, u illum aktar minn qatt qabel daqs kemm jaf ipoggi l-kliem Joseph taghkom.’

‘ hux? Isahhrek jitkellem.’

‘u ha nghidlek hag’ohra. Meta nitkazaw bihom u nergaw nivvotawlhom inkunu korrotti ahna wkoll, ghax ghandna habta li t-tibna f’ghajn haddiehor narawha u t-travu f’ghajnejna ma narawhx. Ghalina il-hazin li jaghmlu taghna malajr naqbzu ghalih ghax hekk ghamlu l-ohrajn.’

‘Kos x’hasla tajtni ghodu ghodu Mari’.’

‘u mhux veru,gejja tigri ferhana ghax rohos il-petlor b’zewg centezmi u qed tinsa l-belli liri li qeghdin jiehdu huma xahar wara xahar. Kollha kemm huma, ghal salarju ghandhom tnejn u tlieta, bin-nisa taghhom b’kollox. Ara dawn, mhux minn Lulju ser jiehduha c-cejca, imma minn kif tawhilhom.’

‘Kemm tkun taf b’kollox Maria, int!’

‘U jekk tnehhi l-ghamad li ghandek quddiem ghajnejk Zoll tibda tkun taf b’kollox int ukoll.’

‘Ha jkolli mmur Maria ghax irrid nigbor il-pilloli mill-kazin. Xejn ma kont qed ninqeda mill-ispizerija, imbaghad hallejt ismi l-kazin u qeghdin igibuhomli huma.

U kollox igibuli tafx. Xejn ma jkollhom out of stock.’

‘u haddiehor jitkarrab u johrog minn butu ghax ma jsibx pirmli! Le, le sew qeghdin.’    

Thursday, 1 May 2014

MARIA U KONSA


Maria ta Xkieli waslet ir-rahal wara li qattet filghaxija mohlija l-Belt fejn il-folla li dahlet ticcelebra hassrulha l-harga taghha.
Hekk kif nizlet minn tal-linja lahqita Konsa ta’Pespes.

‘Tajta ghall-hela llum Maria, milli jidher.’

‘Mort sal-Belt nahrab ftit, imma rgajt gejt lura ghax ma flahtx il-hammalagni li kien hemm.’

‘Iva smajt. Issa stenna ohra ghax kien hawn minn qal li jixtieq jizzewwgu tlieta flok tnejn.’

‘U ghaliex le? Issa mhux kulhadd ghandu dritt jiehu li jrid. Oqghod attenta Kons ghax jekk xi hadd jitfa ghajnejh fuq il-hmar li ghandu zewgek trid izzewwigulu ghax ikollu dritt.’

‘Issa smajt ohra Mari’. Hawn min irid johrog gharwien ghax hekk jixtieq. Dan m’ghandux dritt ukoll?’

‘Ara x’qed nghidlek Kons, jekk ifettillek taghmel hekk int, ghidli halli naghlaq ghajnejja ghax l-ahhar darba li rajtek b’ta’ taht ukoll ghalaqtli l-istonku ghal gimgha shiha.’

‘Bil-mod Mari’ ma tantx ghandek x’turi int, tafx.’

‘U dan int fejn taf? Jien li ghandi x’nuri Kola biss rah, u minn meta mar ghand l-ispizjar dejjem irid jara aktar.’

‘Int ircevejtu l-kont tad-dawl il-gdid Mari’? ’

‘S’issa ma rcevejt xejn, imma taf x’naf inghid li ilhom ighidulna li ser jorhsu u li ser ikollna aktar flus fil-but sentejn, u s’issa ghad ma ghandi xejn. Bhal tal-flus lura fuq il-karozza, sentejn ilna nisimghu li ser niehduhom lura u suppost nghidu grazzi – s’issa xejn.’

‘Iva pacenzja Mari’. Mhux kollox bil-mod?’

‘Le mhux kollox bil-mod. Dan kien qalilna li kellu kollox diga lest. U ha nghidlek Kons. Meta dawn jaslu, jekk jaslu, ser itertqulna qalbna biex nohduhom ghax kif smajt xi ftit ewro kull sena ser johorguhom.’

‘Bis-serjeta? Jien ga mort nissellef fuqhom.’

‘Lanqas haq li kull fejn iddawwar rasek hlief ftahir ma tarax. Kartellun wiehed wara l-iehor. Tara wiehed – ser jorhsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u jekk tkun ser tinsa, dlonk terga ssib iehor ma wiccek. U l-flus fil-but ghadni ma sibthomx! Sentejn ilna nisimghu l-kantaliena, u l-flus fil-but ghadhom ma zdiedux.’

‘Kos, kemm ahna boloh, hux Mari’. Il-flus tal-karozza li kera lilu nnifsu beda johodhom minn meta tela t-tarag ta’ Kastilja, s-salarju ta’ martu wkoll, ta’Conrad l-istess, u ahna nittewwbu fil-genb, nifirhu bil-loqom li ghad irridu niehdu, meta nohduhom.’

‘Imbaghad issib xi wahda bhal Zolla ccapcap. Ghandek tghid ic-cuc taqlalu ghajnu u jifrah.
Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax illum ma gietx wahda sewwa. Int ukoll Kons, sibtek kif zammejtni bil-kliem. Sahha Kons, u ara ma jfettilekx tixxemmex bla malja ghax Joseph iwahhal fik jekk jonqsu t-turisti.’


Thursday, 24 April 2014

MARIJA U L-UNJONI CIVILI


Nhar it-tnejn 14 ta’ April Marija ta’Xkieli kienet il-Belt, u fil-pjazza ta’ quddiem il-palazz inqabdet f’folla gmielha ta’nies, u sejra lura r-rahal tiltaqa ma’ Zolla li wkoll qabdet tal-linja.
 
‘Dan x’kien hawn il-Belt illum Zoll? Ghidt li ser niehu kafe’ bil-kwiet u inqbadt f’dawn in-nies kollha?’

‘Mela ma tafx li llum inkitbet l-istorja, Marija? Illum ghaddiet il-ligi tal-Unjoni Civili.’

‘Eh, ghalhekk dan l-ghageb kollu? Jien ma nafx x’hemm civili, ghax l-affarijiet li rajt gibt ghajnejja wara widnejja. Kont qisni qeghda l-karnival tan-Nadur.’

‘Ghaliex titkellem hekk Marija? Dawn nies ukoll.’

‘Mela jien ghidt li m’humiex? Tibdiex tpoggili kliem f’halqi Zoll. Jien ghalija jista kullhadd jaghmel li jrid. Affari tieghu u ta’ razztu. Basta ma jdejjaqx lil haddiehor. U jien illejla dhalt il-Belt biex niehu kafe’ u ghax dawn hassewhom civili, lili hassruli l-festi.’

‘Xi kulltant ma nifhmekx Marija, tafx.’

‘M’hemmx x’tifhem Zoll. Jien u Kola ninnamraw, int u zewgek tinnamraw, u hadd ma jaf b’xejn. Dan, ghaliex ghax jinnamraw huma, iridu jaghrfu lil kullhadd? Jistghu jaghmlu lis-sema ta’ angla jridu. Il-qattus ukoll jilaq ghajnu. Imma lili hallini niehu kafe’bil-kwiet.’

‘Mari’ ha nfhemek ftit. Jien u int izzewwigna. Dawn irridu jizzewgu wkoll.’

‘U hallina, Zoll, x’kull wahda. Jizzewwgu? U kif ser ihaddmu l-kuciniera?’

‘Ihaddmuha Mari’. Ihaddmuha.’

‘U iva, imma l-borma tiggemmed iva, imma l-brodu ma jsirx.’

‘Hekk hu Marija. Issa bis-sahha ta’din il-ligi jistghu jiehdu l-brodu minn ghand haddiehor.’

‘X’kull wahda wkoll. Jien tieghi joghgobni ghax jien naf x ‘inkun tfajt fil-borma. Inkitbet l-istorja ghax iggemmdet il-kuciniera u tiehu l-brodu ta’haddiehor. Ahjar Alla jaghtini s-sabar.’

‘Imma Joseph hekk qalilna, li qed tinkiteb l-istorja.’

‘Jien taf x’nghid Zoll, li jekk bniedem ikun qasir, mhux ser jitwal ghax ser tibda ssejjahlu twil.’

‘Isma wara kollox, jien ma nifhimx. Jien immur taht it-tinda, nara lill-ohrajn icapcpu, u incapcap jien ukoll.’

‘Mhux hekk. Inkella kif nimxu l-quddiem? U dak xi gralkom taht it-tinda, Zoll ghamiekom id-dawl? Jien nahseb li kien hemm wisq bozoz tal-mija, dak l-gherf kollu f’post wiehed.’

‘Fejn ix-xjafek naf. Ghandi xorti li kont qed inpacpac ma ta’ warajja ghax lili ma tantx lahaqni.’

‘Ghandek tghid jasal biex jaghmikom u xorta wahda d-dawl ma tarawhx. Jien ser nizel hawn. Sahha Zoll.’

Thursday, 17 April 2014

MARIA GHAND L-ISPIZJAR



Mhux is-soltu li Maria tmur ghand l-ispizjar. Meta tidhol f’hanut Maria dejjem tkun trid tixtri xi haga, u minn ghand l-ispizjar mhux hafna huma l-affarijiet sbieh li tista tixtri. Din id-darba izda hasset li ahjar tmur hi.

‘X’nista naqdik Maria,’ staqsiha l-ispizjar. ‘Mhux is-soltu li narawk hawn.’

‘Ta veru, spiz, imma l-ahhar li gie Kola ghandek, jew hawwad kollox hu jew hawwadtu int.’

‘X’inti tghid Maria! L-ahhar li gie Kola tieghek kien biex jixtri xi vitamini ghall-familja jekk niftakar sew.’

‘Hekk hu, spiz. U int ghidtlu biex niehdu seba kuljum.’

‘Le, Maria. Jien ghidtlu biex tiehdu wahda kull seba tijiem.’

‘Qed tara ghaliex gejt jien. Seba kuljum waslet ir-risposta.’

‘Allura issa kif intom?’

‘Kif tridna nkunu. Qisna cilindri tal-gass iridu jisplodu. Jien, hiereg id-duhhan minn widnejja u Kola qed jahseb li ghadu t’ghoxrin sena. Mhux qed ihallini norqod bil-lejl. Hemm, hallejtu jigri wara l-qattusa fuq il-bejt.’

‘U x’esagerazzjoni Maria. Veru li dawk vitamini tajbin hafna, imma ma jahdmux kif qed tghid int.’

‘Kif jahdmu jien ma nafx, imma xi haga fihom zgur. Ara aqdi lil dan it-tifel inglis ghax dan ommu tkun qed tistennieh. How brave. Veru bravu you are boy, not like my cindrin. X’qed jixtri dak spiz?’

‘Maria, mela jien noqghod nghid x’jixtri dak u x’jixtri l-iehor. U int x’inhu affari tieghek? Int l-aqwa li tkun taf x’tiehu int u x’jiehu Kola.’

‘Dak jiehu, daqs kemm jiehu affarijiet – aspirina, madeforme, dinitrol. X’ma jihux ghidli.’

‘Tista tghidli x’ghandek bzonn Mari, ghax hawn min ghandu x’jaghmel.’

‘Bil-mod. Mur ara x’ghandek x’taghmel. U isma wara kollox jien ghall-bzonn gejt hawn ghax kieku m’ghandix ghalfejn nersaq.’

‘u sadanitant ghadek m’ghidtlix xi trid.’

‘fejn ix-xjafek naf ghal xiex gejt. Nessejtni, int, bid-diskors zejjed tieghek. Eh, iva. Kola baqalu xi ftit pirmli zejda milli jgib mill-isptar, int issib x’taghmel bihom ghax jahassra dnub jarmihom? Jien ma rridx flus ghalihom, imbaghad ara x’taghtini taghhom int.’

‘Jahassra, imbasta ggibu ghax b’xejn mill-isptar, imbaghad thalluhom hemm. U issa jien Mari, xi tridni naghmel bihom! Mela jien ser nohrog pilloli li Alla wahdu jaf fejn zammejthom?’

‘Kont ser nghidlek fejn zammejthom. Fejn tridni nzommhom. Zgur fuq ic-centru tal-kamra tal-pranzu, tarax! Taht il-mitrah taz-zija Karmni. M’hemmx post ahjar. Il-kamra zzom il-frisk u l-mitrah hadd ma jmissu. Minn mindu giet nieqsa iz-zija Karmni, hadd hlief jien ma dahal fil-kamra. Hemm ftit riha ta gheluq, imma l-gheluq qatt ma qatel lil hadd.’

‘Hallina. Maria, tridx thallina. Mur, mur u tinsiex terga ggib skoss iehor pilloli mill-isptar. Ta’ b’xejn qatt ma fih telf.’

‘Jien biznis ingieblek, spiz. Ghandek tghid mhux il-ministri w n-nisa taghhom biss jitkabbru kif jiehdu li jridu. Int ukoll spiz, insejt kemm tkarrabt lin-nies ghall-bidu li gejt ir-rahal. Arani tlaqt.’

Thursday, 10 April 2014

MARIA U L –KAPPILLAN

Maria midhla tal-knisja mhux hazin. Mhix mara li tiekol l-ghatba taghha u lanqas tippretendi li tifhem x’inhi spiritwalita, imma fejn ikun hem htiega ta xi ghajnuna, hemm issibha. Ma taghmilx ix-xoghol li jkun hemm hi, imma tiehu hsieb li jkun hemm min jaghmlu. Ghodwa wahda, hekk kif ikun hiereg mill-ufficju tieghu, il-kappillan jigi wicc imb wicc ma Maria.

‘Kieku kont biljett tal-lotterija Maria, kieku zgur kont nirbah, ghax proprju lilek irrid.’

‘Hallik mill-lotteriji sur Kappillan ghax sibtni mument hazin.’

‘Ghaliex xi gralek Maria? Veru, xejn ma tidher bhas-soltu.’

‘Jien, meta jaghmel dan ir-rih kiesah xejn ma nkun f’tieghi. Ghal xejn nilbislu. Illum zewg qliezet ilbist minn taht, u xorta wahda qisni ghandi friza tahti.’

‘Tiskantani Maria, kemm kont naghmlek demmek shun.’

‘Uwa demmi shun. Kuxxtejja mhumiex. Madankollu sur Kappillan int x’ghandek bzonn ghax, nghiduha kif inhi int ftit jimpurtak minn kuxxtejja.’

‘U mhux ma jimpurtaniex, imma mhux fuq hekk xtaqt inkellmek.’

‘Isma, sur Kappillan issa toqghodx tghid lil kullhadd li jien nilbes zewg qliezet ta taht, ghax mur ara x’ jahsbu. Ajma immissu jisma Kola tieghi li l-kappillan jaf li nilbes zewg qliezet ta taht, u li jkolli kuxxtejja kishin.’

‘Mhux ahjar naqilbu d-diskors Maria ghax jaf igibna fl-inkwiet.’

‘Ukoll! Mela l-ewwel tghidli li tridni, imbaghad li jimpurtak minn kuxxtejja, u issa li ser ingibek fl-inkwiet. Tridx tghidli fiex nista naqdik sur Kappillan.’

‘Maria, xtaqtek taghmilli ftit figolli ghall-Ghid biex naghmlu ftit fund raising ghall-knisja.’

‘U ghal daqshekk, sur Kappillan. Issa nqabbadlek lil Zolla. Dik imdawwra bil-figolli u zgur li ma tghidx le. Ghall-fun racing ma naqdikx ghax ili ma nittrenja.’

‘U ajma Maria kollok cajt int. Ser taqdini jew le?’

‘Ergajna koppi. L-ewwel ridt tkun taf kemm nilbes qliezet, issa tridni naqdik. Min jisimek, sur Kappillan min jaf x’jahseb. Imma ghall-figolli, dak halli f’idejja. Tiehux hsieb. Hawn, ara gejja Zolla. Il-veru xortik m’ghajnek sur Kappillan. Zoll, Zoll ejja ftit hawn ghax il-kappillan iridek tahdimlu l-figolla.’

‘Biex int gejja ghodu ghodu Mari? Ara hallini bi kwieti ghax m’ghandiex aptitek dalghodu. Bongu sur Kappillan.’

‘Ara din. Mela veru kullhadd qam b’imnihru mdawwar illum. Tridx tmorru tixxejjru lkoll ghax jien la ghandi bzonn figolli u lanqas bzonn taghkom. Hawn ara sur Kappillan, qdejtek. Issa fehma int lil Zolla x’ghanda taghmel ezatt. Jien ser nidhol ftit il-knisja u nghid talba zghira ghal bzonnijiet taghkom.’

‘Grazzi, grazzi hafna, Maria. Il-bambin ikun jafhulek. Ma nafx x’konna naghmlu minghajr l-ghajnuna tieghek.’

‘Sahha sur Kappillan. U kif ghidtlek, dak li tkellimna aktar qabel ta bejni u bejnek.

Zoll, int mhux affair tieghek.’