Mhux is-soltu li
Marija ta Xkieli tigi l-klinika. Ma tantx hi marradija ghalkemm dahlet sew
fiz-zmien. Ukoll, kella habta li dak li jkolla bzonn tkellimni fuqu meta
tiltaqa mieghi fit-triq. Meta tigi l-klinika, tghid li mhux ghax kella bzonn
imam ghax kienet ghadejja u ma ratx nies, halliha li xorta wahda titlob xi
servizz mediku. L-ahhar li ltqajt maghha il-pjazzza bidet tghidli fuq kemm
kella zaqqa tugaghha. Offrejtilha biex timtedd halli narha, u malajr fehmitni,
ghax batitni nixxejjer bil-pulit.
Din id-darba sibtha
tistenna man-nies. Bilfors li ma tiflahx sewwa, ghidt bejni u bejn ruhi.
‘L-ghodwa t-tajba,
Marija,’sellimitilha hekk kif dahlet, ‘dan x’gabek?’
‘Xejn ma niflah tabib,
ghax kieku m’intiex ser tarani hawn.
Mort il-berga
tal-gvern, imma ta hmar dhalt u ta iehor hrigt.Inhossni ma niflahx, xejn m’jien
f’sikti.’
‘Iva dak ga ghidthuli.
Imma x’inhu ezatt li qed idejqek?’
‘Dak int tafu! Mhux
int it-tabib?’
‘Ara, nibdew minn
hawn. X’pilloli qed tiehu?’
‘Mhux li tajtni int?!’
‘Mur obsor hej. Ma
tafx x’inhuma? Ma gibthomx mieghek?’
‘Bojod zghar tabib.
Qishom bocci tal-kamla.’
‘Prosit hej, kemm
ghintni! Ara ej nohodlok ftit demm. Sajma?’
‘Iva u zgur. Bicctejn
ftira u ftit gallettini biss hadt.’
‘Allura m’intiex
sajma, Marija. X’sajma, sajma.’
‘Mela dak ikel tabib?
Ikel li tiekol il-mara ta hija. Tibza toqghod hdejha meta jkolla platt
quddiemha. U kif tispicca, arha tmur ghall-borma.
Darba minnhom konna
flimkien ghand Mar sexpensif…’
‘Fejn kontu, Marija?’
‘Dak il-hanut inglis
tal-hwejjeg.’
‘Marks and
Spencer,Mari.’
‘ u ajma tabib jien
m’iniex tal-pepe’ ta’
‘Hallik
mill-pepe’Maria. Ma gibtx xi ftit pipi mieghek biex nezzaminha?’
‘Hawn int tabib.
Ghejjietli idi.’
‘Dak x’gibt Maria. Dak
kaldarun. Jien ftit inkun irrid.’
‘U fejn tridni nkun
naf, tabib.Jien l-ewwel bott li gie f’idi mlejtu. Ili ma mmur ghand tabib
ghomor.’
‘Ma ghidtx li mort il-berga?’
‘Imma dak bhal ma
naghmel issoltu. Inhobb immur hemm inqatta saghtejn. Fejn taf x’tejatrini jkun
hemm. Siegha hemm ma nbiddilha ma xejn.’
‘Ma jimpurtax,
Maria.Ara ejja narak ftit. Gholli. Onfoh. Erga. Dur..’
‘Qtajtli nifsi tabib.
Int, jekk inkun mibdijja, tkomplini.’
‘Maria, ma jidher li
ghandek xejn. Ghadek tiflah taqleb kul m’hawn.’
‘Ghax tghid tabib,
ghadni kemm spiccajt hasla ta baghal qabel ma gejt hawn.’
‘Imma int m’intiex tad
an Maria. B’sahhtek kemm int b’sahhtek ghandek tirispetta l-eta’ li ghandek.’
‘Eh tabib nahdem irrid
ghax ta skola m’iniex.’
‘Imma ismek taf tiktbu
Mari?’
‘Iva sa daqshekk naf.
Issa halliha li jekk inkun qed niffirma u jkellimni xi hadd, irrid nerga nibda
mill-bidu. Ha mmur tabib. Ma nzommokx ghax ghandek kamra nies, u min jaf
x’jigorru li qed izommni bil-kliem. Ha mmur. M’ghandiex naghtk xi haga?’
-u Marija ghalqet
il-bieb warajha bla ma stenniet twegiba!