Thursday, 26 December 2013

MARIJA TMUR GHAND IT-TABIB

Mhux is-soltu li Marija ta Xkieli tigi l-klinika. Ma tantx hi marradija ghalkemm dahlet sew fiz-zmien. Ukoll, kella habta li dak li jkolla bzonn tkellimni fuqu meta tiltaqa mieghi fit-triq. Meta tigi l-klinika, tghid li mhux ghax kella bzonn imam ghax kienet ghadejja u ma ratx nies, halliha li xorta wahda titlob xi servizz mediku. L-ahhar li ltqajt maghha il-pjazzza bidet tghidli fuq kemm kella zaqqa tugaghha. Offrejtilha biex timtedd halli narha, u malajr fehmitni, ghax batitni nixxejjer bil-pulit.

Din id-darba sibtha tistenna man-nies. Bilfors li ma tiflahx sewwa, ghidt bejni u bejn ruhi.

‘L-ghodwa t-tajba, Marija,’sellimitilha hekk kif dahlet, ‘dan x’gabek?’

‘Xejn ma niflah tabib, ghax kieku m’intiex ser tarani hawn.
Mort il-berga tal-gvern, imma ta hmar dhalt u ta iehor hrigt.Inhossni ma niflahx, xejn m’jien f’sikti.’

‘Iva dak ga ghidthuli. Imma x’inhu ezatt li qed idejqek?’

‘Dak int tafu! Mhux int it-tabib?’

‘Ara, nibdew minn hawn. X’pilloli qed tiehu?’

‘Mhux li tajtni int?!’

‘Mur obsor hej. Ma tafx x’inhuma? Ma gibthomx mieghek?’

‘Bojod zghar tabib. Qishom bocci tal-kamla.’

‘Prosit hej, kemm ghintni! Ara ej nohodlok ftit demm. Sajma?’

‘Iva u zgur. Bicctejn ftira u ftit gallettini biss hadt.’

‘Allura m’intiex sajma, Marija. X’sajma, sajma.’

‘Mela dak ikel tabib? Ikel li tiekol il-mara ta hija. Tibza toqghod hdejha meta jkolla platt quddiemha. U kif tispicca, arha tmur ghall-borma.
Darba minnhom konna flimkien ghand Mar sexpensif…’

‘Fejn kontu, Marija?’

‘Dak il-hanut inglis tal-hwejjeg.’

‘Marks and Spencer,Mari.’

‘ u ajma tabib jien m’iniex tal-pepe’ ta’

‘Hallik mill-pepe’Maria. Ma gibtx xi ftit pipi mieghek biex nezzaminha?’

‘Hawn int tabib. Ghejjietli idi.’

‘Dak x’gibt Maria. Dak kaldarun. Jien ftit inkun irrid.’

‘U fejn tridni nkun naf, tabib.Jien l-ewwel bott li gie f’idi mlejtu. Ili ma mmur ghand tabib ghomor.’

‘Ma ghidtx li mort il-berga?’

‘Imma dak bhal ma naghmel issoltu. Inhobb immur hemm inqatta saghtejn. Fejn taf x’tejatrini jkun hemm. Siegha hemm ma nbiddilha ma xejn.’

‘Ma jimpurtax, Maria.Ara ejja narak ftit. Gholli. Onfoh. Erga. Dur..’

‘Qtajtli nifsi tabib. Int, jekk inkun mibdijja, tkomplini.’

‘Maria, ma jidher li ghandek xejn. Ghadek tiflah taqleb kul m’hawn.’

‘Ghax tghid tabib, ghadni kemm spiccajt hasla ta baghal qabel ma gejt hawn.’

‘Imma int m’intiex tad an Maria. B’sahhtek kemm int b’sahhtek ghandek tirispetta l-eta’ li ghandek.’

‘Eh tabib nahdem irrid ghax ta skola m’iniex.’

‘Imma ismek taf tiktbu Mari?’

‘Iva sa daqshekk naf. Issa halliha li jekk inkun qed niffirma u jkellimni xi hadd, irrid nerga nibda mill-bidu. Ha mmur tabib. Ma nzommokx ghax ghandek kamra nies, u min jaf x’jigorru li qed izommni bil-kliem. Ha mmur. M’ghandiex naghtk xi haga?’

-u Marija ghalqet il-bieb warajha bla ma stenniet twegiba!


No comments:

Post a Comment