Kien jum ir-repubblika
u Maria, Zolla u Konsa telqulha ghall-Belt flimkien. Ma damux iduru wisq li ma
poggewx madwar mejda jiehdu xi haga tajba.
‘Ghall-erwieh kif
qatilni dan iz-zarbun. Ahjar ghamilt bhalkom gejt bic-catt. Imma xi hadd irid
ikun liebes ta nies,hux?’
‘Ejja noqghodu hawn,’
ghajtet Zolla,‘ghax issa johrog Joseph mill-palazz u narawh.’
‘X’kien ma tawkx xi
midalja wkoll lilek Zoll, daqs kemm taghmel ghal Joseph. Dak issoltu jibqa
jafulek, u issa l-midalji qed jaghtuhom lil kullhadd.’
‘Aqta bicca minn
ilsienek Mari’
‘Mela jiena bhal dawk
il-pcielaq l-ohra, jaghtuhom midalja biex jaghlqu halqhom u joqghodu. L-ewwel
hafna tlablib u dimostrazzjonijiet imbaghad iwahhlulhom midalja, jilbsu kappel
u jaghlqu halqhom. L-iehor ghamel sewwa – baghtom jixxejjru u ghajjarhom li
repubblika ghamluha purcinellata.’
‘Iva ghalaq halqek
Mari, kullhadd qieghed ihares lejna.’
‘Sewwa jaghmlu forsi
jitghallmu xi haga. Isma Zoll, jien ma sirtx professur ghax ma mortx
l-univerzita’ta. Ghax kieku….’
‘Mela ftit kien
jonqsok Mari.’
‘Kont mort napplika
biex nidhol tafux, imma kien hemm kju twil u ma ridtx nistenna.’
Qabzet Konsa helu
helu,‘Int ghax ma cempiltx lill-kumissarju. Dak malajr kien jaqdik.’
‘Ghax jien qatt ma
qdejtu Kons. X’inhi helwa din. Ghandek tghid, taf xi jkun jigri int Kons.
Kwieta, kwieta u tghid wahda u tajba. Kos,hux? ma kienitx elezzjoni li rebhu
ghax spiccaw ghamlu f’qalzithom.’
‘Ara n-naha l-ohra min
hu ghaddej, wahdu, wahdu. Dak mhux Austin? Ruhi qalbi, fejn huma dawk in-nies
kollha li kien ikollu mieghu? Ghandek tghid malajr tmurlek l-arja. Mur giebu! U
dik, hemm in-naha l-ohra dik mhux Marlueeze?’
‘Iva ta. Kemm hi
tar-ruh dik il-mara.’
‘U int! tar-ruh ghax
ma Joseph. Imma veru, naqbel mieghek,Zoll, il-veru mara gentleman. Darba kont
tlabta pjacir u ghada sallum tistaqsini jekk hux kollox sew. Issa halliha li
kollox baqa kif kien, imma jien bix-xejn tisraqni.’
‘Dak x’kien jismu,Mari.
Ma konniex nidhlu l-Belt li ma konniex nahbtu mieghu elf darba? Montaldu?’
‘Eh, mela ma tarahx
dak issa. Dak qieghed idur id-dinja. Dak ukoll haddimhom tajjeb. Hemm ara Zoll,
hiereg il-president. X’daqsxejn ta karozza dik. Qisa l-vann ta Kola tieghi.’
‘Ara Mari, iva, hekk
hu, warajh hemm Joseph. Ha nghaddi daqsxejn ha nxejjirlu.’
‘Ghaddi,ghaddi,
Zoll,forsi jaghtik il-midalja. Dik x’karozza tal-qamel ghandu?’
‘Mela ma tafx li zamm
il-wahda li kellu hu, biex jiffranka l-flus lill-kaxxa ta Malta.’
‘U zgur hekk nibqaw
Zoll. Kemm hsibtni fidila. Ma tafx li jien insegwi n-Net ukoll, u mhux il-One
biss.’
‘Intom ghadkom ma
xbajtux tlabalbu,’ indahlet Konsa.‘Mhux ahjar ningabru.’
‘Iva, ahjar, ghax Kola
jkun qed jistennini. Oqghod attenta Zoll li ma tmurx tizloq xi zelqa ghax
il-kavallerija hallitilna kumpliment warajha.’
No comments:
Post a Comment