Wednesday, 11 December 2013

FUQ IL-MEJDA TA’ L-IKEL


Kienet il-gurnata tal-Hamis u hafna minn nisa tar-rahal kienu jhallu dan il-jum biex johorgu u jiehdu xi platt ghagin flimkien. Marija ta’Xkieli kienet qed tfittex post fejn toqghod u resqet fuq mejda.

‘Allavolja qiskom mejda tal-qubbajt fuq iz-zuntier tal-knisja ta San Bastjan, ha npoqqi hdejnkom, ha’

Fuq l-istess mejda kien hemm ukoll Zolla. Ghalkemm wahda ma kienitx thalliha ghall-melh lill-ohra, dejjem kienu jsibu rwiehom flimkien.

Lanqas lahaq wasal il-platt ta’ Zolla li din ma tefghetx wicca fih u bdiet tiekol.

‘Le, le Zoll m’hemmx ghalfejn tistennina. Kul ghax jiksahlek. Imma mhux ghal xi haga, int lanqas biss trod salib qabel ma tibda tiekol?’

‘Ghagin ikun u ghagin jibqa, troddu jew ma troddux. Int troddu Mari jaqaw?’

‘Mela x’naghmel! Il-Bobby, il-kelb ta Nardu jaghmel bhalek, kif taghtih il-platt jinxtehet jindafar.’

‘Halli ghalik biex tnizzilhuli velenu dan il-platt ghagin Mari. Hallini, tridx thallini. Kif dejjem insibek f’ghajni lilek!’

‘F’ghajnek ma rridx inkun, tixtieqliex deni, imma jmissek taghmel daqsxejn sinjal ta nies qabel ma tibda tiekol, Zoll.’

‘U ajma, int temminhom dawn l-affarijiet, Maria?’

‘Ma nemminhomx? Jekk ma nemminx dak li qaluli ommi w missieri xi tridni nemmen! Li jghidulna Joseph u Lawrence?’

‘U ajma. Temminx ukoll fil-mirakli? Hamest elef ruh xebaw b’hames hobziet u zewg hutiet li kellu tifel zghir.’

‘Ha nghidlek, Zoll, jien, kielux u xebawx kif qed tghid int, ma nafx, ghax ma kontx maghhom, imma li bniedem bil kemm ikollu x’jiekol u jaqsmu ma haddiehor, fih innifsu wkoll miraklu. Mur gib lilek, Zoll taqsam li jkollok mieghi.’

‘U ghaliex le Mari? F’hafna affarijiet ma naqblux, imma jien dejjem irrispettajtek, u zgur m’iniex ser incahhdek minn bicca hobz.’

‘Li jkun baqalek minn tal-gimgha ta qabel, imma Zoll.’

‘Ara, wasal il-platt tieghek Maria. Tista tiekol int ukoll issa.’

‘Issa hares lejja ha tara kif jieklu n-nies Zoll. Sinjur bierek dan l-ikel li sejrin nieklu, zommna dejjem fil-qis …. U bilhaqq Zoll dik x’inhi li Joseph tah wafer lil wiehed mill-ministri, mela ma kellux x’jiekol Ghawdex?’

‘ X’wafer hu li qed tghid Maria. Li naf  hu li ghandna tabib bravu hafna, li m’hawnx bhalu, u li ghalkemm sar ministru ser ihallih jibqa  jahdem ta’ tabib.’

‘Allura din il-wafer x’riedha, nghid jien?’

‘ U fejn naf  x’int thawwad issa Mari. Kul, kul, mela issa m’ghadx ghandek guh?’

No comments:

Post a Comment