Kienet ilha tistenna
wara il-bieb tal-klinika tieghi, anzi kienet l-ewwel wahda. Hekk qaluli
l-pazjenti l-ohra meta misshom jidhlu.
‘Ara x’kumbinazzjoni,
it-tabib. Kieku kont tern tal-lottu kont taghmilni sinjura.’
‘X’int tistaghgeb,
Marija? Hdejn il-bieb tal-klinika tieghi mhux lili tistenna li tara?’
‘Imma jien iss issa
ghadni gejja, u hekk kif wasalt kellek tigi int.’
Marija dejjem
b’kumbinazzjoni tiltaqa mieghi, specjalment meta tkun trid xi parir mediku
b’xejn.
‘U x’inhi din li kont
naghmlek sinjura? Bhalek x’jonqsok? M’intiex xi wahda fix-xifer tal-faqar
ukoll, int, hux? Mhux bizzejjed zammek sinjura Kola, hemm bzonn naghmlek wahda
jien ukoll?’
‘Biex int gej tabib
dalghodu! Daqs kemm sibt xorti ma Kola tarax. Ma tiehu xejn minnu.’
‘Fejn hu dalghodu,
Mari.’
‘Mar l-isptar
il-bierah. Kos, ghar u kaza kif sirna tabib, jekk ma jkollokx qaddis ma
tinqedix. Allahares ma kienitx it-tifla t’ohti li qabzitu ghax kieku min jaf
meta kien imissu.’
‘Imm issa id-dar
qieghed?’
‘Id-dar jaghmel
il-hasla. Nispera li ma jinsiex idahhal ic-cilindri tal-gass u jarali l-forn.
Ghar u kaza, ma tiehu xejn minnu. Imma x’kont qed nghid qabel ma zeffintli
l-Kola? Iva hekk kienet qed tghid Zolla li mistaghgbin kemm hawn faqar.
Staghgibt jien, ma kontx nghid hekk. Il-bierah hrigna niehdu pizza, ma sibna
post imkien. Kullhadd jindafar. Ma kienx hemm mejda vojta.’
‘Eh, dak ma jfisser
xejn, Mari, ghax min ma harigx jiekol ma kienx qieghed hemm biex tarah.’
‘Cis kemm int bravu
hej. Li naf huwa li wkoll biex insibu post biex nipparkjaw domna nduru ghomor.
Faqar ma nafx hawnx jew le, imma nies geddumhom fix-xghir hawn zgur.’
‘Mari, li qed ighidu,
mhux li hawn il-faqar, imma li hawn min hu f’risku tal-faqar.’
‘Iva naf x’qed ighidu.
Qed ighidu li jekk ma jkollokx biex isiefer ta lanqas darba fis-sena int
titqies li dalwaqt ser tkun fqir.’
‘Mela bniedem
m’ghandux isiefer darba fis-sena Mari.’
‘U zgur. U ghandu
wkoll ikollu min igiblu t-te’fis-sodda.Tarax. U hallina tabib.
Faqar, dak li naraw
f’pajjizi ohra iqallbu fil-laned taz-zibel mela li qed tghid int.’
‘Jien m’jien nghid
xejn, Mari. Jien qed nghid li qal haddiehor. Jien li naf li jkolli min inkun
irrid nara x;’ser niktiblu biex ma nnefqux hafna ghax ma jkunx jista.’
‘Iva, naf jien. Bhal
dik il-mahmuga ta Konsa li giet ghandek il-bierah titkarrab li m’ghandiex biex
titma t-tfal. Issa gabet kelb tas-siberja, u minflok tnejn issa trid titma
tlieta. Ghax ma tghidx li hawn min ghandu mohhu zurziqa, tabib.’
‘Bis-serjeta’Mari’?
Kelb bhal dak trid il-flus biex izommu.’
‘Mhux ghalhekk qed
nghidlek, tabib. Jew bhal Lela taz-Zonqri, titkarrab l-ghaks u tifla ta ghoxrin
sena ma tibatix tahdem. Hemm, ghada rieqda ghax tqatta iljieli shah fuq
l-intellet.’
‘Internet, Mari. Lela
ghanda l-internet ukoll? U, madankollu illum jekk ma jkollokx internet qisek
m’intiex tghix.’
‘Ha nghidlek tabib,
ghax int jahassra ma tkun taf xejn. It-tifla ta Patista, ta Lonzu tal-Firli, dik
ghamlet zmien ma tahdimx u issa qed taqla l-belli liri. Dik, kull nhar ta Tnejn
arha tqattalek gurnata shiha l-casino tilghab dak li tkun qalet, u jekk omma
jkolla tatiha ghaxar ewro, ma tieqafx qabel ma tohodilha lura. Imbaghad tarhom
ghand il-kappillan biex jigbru r-ross ta l-Ewropa. Kos, tabib kif zammejtni
bil-kliem. Ara kif qieghed hawn tatiniex xi haga ghal widnejja. Qisni ghandi
spiritira fiha.’
‘U hekk veru
b’kumbinazzjoni ltqajna Mari. Ghax tghid ghidt jien. Imma trid tistenna wara
dawn in-nies l-ohra jekk ghadek kemm gejja.’
‘U le dawn m’ghandhomx
x’jaghmlu, u jien malajr tehlisni.’
Marija dahlet, helset
mill-ispiritira ta go widnejha,harget – m’ghandiex xi nghidu, bla ma halliet
sold warajha – u wara li gibdet saqajn in-nies li halliet jistennew, telqet
tara jekk Kola kienx lesta mill-hasla.