Kelli ghalfejn immur
il-Belt u ghidt, bejni u bejn ruhi, ta min kif inkun hemm nara daqsxejn x’qed
isir fil-belt kapitali taghna, ghax qalu li inbidlet bhal lejl minn nhar. Imma
jien it-traffiku u l-parking nahrabhom u kont ili ma mmur s’hemm. Mhux kollox
imur kif tixtieq u, hekk kif mixi lejn il-lift il-gdida biex ittellani
sal-barrakka, lil min nara? Iva, qtajtu – lil Marija ta Xkieli, li milli jidher
kella l-istess ideja bhal hafna u hafna ohrajn.
‘Ara, t-tabib, int
ukoll gejt tara x’qed isir il-belt?’
‘Iva Marija imma kelli
qadja wkoll.’
‘Ejja, ghaggel ara
tiela wiehed minnhom’
‘Hekk hu, ghafas
il-buttuna Mari, ha nitilaw.’
‘Trid tara x’wahda
tmejlu b’Zolla, tabib. Meta giet hi u dahlet fil-lift bdiet titkaza ghax ma
kienx hawn hafna buttuni bhal f’liftijiet ohra. Imbasta ghamlu lift, qalet
imbaghad buttuni biex taghzel fejn trid titla ma ghamlux, tkazat.’
‘Kif? Hasbet li
hemm xi numru ta sulari li setghet tieqaf fihom?’
‘Mela, mela ara x’mohh
kabocca. Basta dejjem lesta biex teqred, u xejn ma joghgoba.
Hawn ahna tabib,
tlajna f’lehha ta berqa.’
‘Kemm hu sabih il-port
minn hawn fuq. U dawn il-fjuri isebbhu post.’
‘Kolla hela ta flus ghal
Zolla. Hekk qalet. Ahjar inehhu d-dejn li ghandna.’
‘Min jitkellem hekk ma
jafx xi jkun qed ighid. Biex iddahhal trid tonfoq. U x’taghmel? toqghod trekken
il-flus u tghix fil-ghaks sakemm thallas id-dejn? Hu mill-lift. Bil-flus
li l-gvern ser idahhal mill-cruise liners fi ftit snin jithallsu
l-ispejjes biex ikun sar.’
‘Aktar int ukoll. Lil
Zolla issemilha l-kruzlina, dik tahsibha xi haga ta l-ikel.’
‘ Kos, int taghmilha
hmar wisq lil Zolla, Marija. X’hawn tan-nies allavolja festa llum. Jahassra kieku
jibqaw miftuha l-hwienet in-nies tidhol, ara x’muviment u pjacir hawn.’
‘Tal-hwienet tiehom
igorru u xejn aktar. Irridu l-bejh bla ma jifthu.’
‘Veru li kullhadd
ghandu jkollu l-mistrieh tieghu, imma jmisshom jitqassmu. Ara xi gmiel ghamluha
Kastilja !’
‘Trid tara l-palazz
tal-President u l-pjazza ta quddiemu, tabib.’
‘Jien,din tat-tejatru
ghadni ma nistax nifhem. Veru li ghadu mhux komplut u l-oggett lest trid tarah,
imma ta bla saqaf ma nifhimiex.’
‘ Patist u Lonza ilhom
jorqdu f’bitha bla saqaf kemm ili nafhom,tabib u qatt ma rajthom
imxarrbin. Ghax ma tghidx li dan it-tejatru ilu biex isir sittin sena, u issa
ghax qed isir xi haga, kullhadd tah f’ghajnu.’
‘Veru,veru Mari. U
il-ftuh li sar hawn, sabih hafna. Imma dan il-bini tal-parlament ma setax sar
x’imkien iehor?’
‘Ghax tghid,qisek
Zolla int illum. Halli naraw kif ser ikun dan il-progett, imbaghad jekk ma
jinghogobx dejjem nistghu naghmlulu saqaf. Id-Dar tal-Konferenzi mhux bitha
kienet u ghamilnilha saqaf wara?’
‘Kos, kemm taf x’ghandek
tghid Mari dalghodu.’
‘Tabib, jien ghalhekk
nara in-Net u l-One ghax wiehed ghandu r-risposta ghal dak li jghid l-iehor, u
b’hekk inkun naf x’ghandi nghid jien.U ghada bihaqq irrid immur nara kif
irrangaw fejn kien ir-ridifjuxin. Mistaghgbin kemm ghamluh sabih… Ara min hemm
fuq il-bankina l-ohra, Konsa ta Pespes. Basta ma jimpurtahiex xi jsir u ma
jsirx. Ghandek tghid meta jkun hemm xi haga xi tmexmex kullhadd jimpurtah.’
‘Ha nhallik mela
Marija. Kompli ma Konsa halli jien nara fejn ghandi mmur.’
‘Le tabib titlaqniex
issa. Lil Konsa nkellimha meta nkun ir-rahal. Ma rrid lil hadd jarani maghha
meta nkun libsa sew, u hawn il-Belt. U din x’fettilla dahlet il-Belt.
Telghetilha ghar-rasa din tal-mitilklas. X’kull wahda din Konsa, bil-mitilklas
li qed idahhlulha f’mohha, bidwi la jkun bidwi, bidwi jibqa.’
‘U ikkalma Maria, dawn
kollha hmerijiet. U madankollu int f’liema klassi tahseb li int?’
‘F’form 2, tabib. Ha
nghidlek, jien nidher hmar, imma m’iniex. Jien ma sirtx avukat jew tabib ghax
ma mortx l-universita, ghax kieku….’
‘Xejn m’hu dak!
Tarax.’
‘Ara, ha mmur l hemm,
niehu zewg pastizzi u bela te, ghax ma nafx kif qed narak illum tabib.
Sellili ghal tar-rahal
jekk tkun hemm qabli, u ghidilhom ma jiehdux hsiebi jekk indum.
Ghidilhom Marija
qeghda l-Belt u ma tafx x’hin ser tigi lura. Marija issa tal-mitilklas u min
ikun iridni, il-Premier se nkun. Have a nice day, doctor.’
No comments:
Post a Comment