Wednesday, 15 January 2014

MARIA TIEHU GHALIHA


Maria u Konsa kienu tilghin lejn is-suq flimkien u xi kelma bejniethom ma naqsietx.

‘Gurnata ohra Kons. Naraw x’hemm lest ghalijna.’

‘Xi tridu jkun hemm Mari, mhux jum iehor bhall-ohrajn!’

‘Hekk hu. Imma l-bierah ukoll jum iehor kien u b’li qaltli Zolla ma stajtx norqod dal-lejl.’

‘Mela x’giet tghidlek dik?’

‘Giet taghtini parir biex noqghod attenta kif nitkellem ghax hafna nies qeghdin jabborruni. Ara jien dejjem lesta biex nghin lil dak u l-iehor…’

‘U aktar int ukoll taghti kas ta li tghidlek Zolla. Imbaghad mhux kullhadd ghandu min ihobbu u min joboghdu?’

‘Jien haqqni ta, ghax jien ta zaqqi f’fommi wisq u kelma ma nzommiex. Imma jien, tant kemm jien fidila.’

‘Imma x’qaltlek ezatt Mari?’

‘Int taf li jien qed nikteb fuq l-intelnet. Qed naghmel bhal ma jaghmel kullhadd. Milli jidher lil xi whud tajthom f’ghajnhom. Issa jien qed nikteb biex dak li jkun jitghallem minni. It-tabib spiss qalli li jien naf xi nghid.’

‘Iva, wkoll jien gie li qrajthom.’

‘Taf kemm icempluli u ighiduli kemm jiehdu gost bihom. U frends ghandi kemm irrid. Imma milli jidher lil xi whud nolqothom fil-laham il-haj. Bilfors, biex ighidu hazin fija.’

‘Isma Maria jien lil hadd ma smajt ighid hazin f’li tikteb. Anzi kullhadd ighid kemm taf tpoggi l-kliem. U li, la ghandek minn dak u lanqas mill-iehor. Mhux bhal ohrajn li jiktbu, ta wiehed kollox hazin u ta l-iehor kollu tajjeb. Dak kif qed tghid int, ilqatt lil xi had kif xeraqlu.’

‘Jien hekk maghmula Kons. Jekk il-kappillan qed ighid ic-cucati jien m’iniex ser nghid kemm hu bravu. Bhal ma gara llum – inqata d-dawl. Jien ser nghid li ma nqatax? Jekk mort ghall-medicini u qaluli li tlieta mill-erba li kelli ma kellhomx jien nista nghid li nqdejt? Zolla malajr qabzet izeffen lil Joseph u li ghandna naghtuh cans.Ara jien hux ser inwahhal f’Joseph ghax mar id-dawl? Imma iva inwahhal fih ghax dam ma gie, ghax kieku ma caqlaqx lil dawk it-tlett inginira li jafu xogholhom sew kieku l-hsara ssewiet qabel.

‘Ic-cans hadu Mari imma fejn qabillu.’

‘Dik halliha ghax dik storja ohra. Imma dan naghtu cans, ghal erba medicini? U fuq kollox ma kellux ikollu r-rod map? F’ghajni r-rodmap qeghda. Safejn naf jien kien qalilna li kellu kollox ippreparat. Imma qed tifhimni Kons – allura jien xi tridni nghid, l-iswed nghidlu abjad biex ma joboghduniex?’

‘Le, le sewwa qed tghid Maria. U hafna jaqblu mieghek.’

‘Ha nghidlek Kons. Jien nitmejjel min jaqbel mieghi. Jien kuxjenza wahda ghandi u dak li nhoss nghidu. Issa jekk min qieghed ipappiha jrid ighid mod iehor dak affari tieghu u ta ruhu. U mela, hekk nibqaw, kelma ma nghidiex ghax inkella joboghduni! Jekk m’ghandiex, kieku nimrad bl-istonku.’

‘Mela m’intiex ser timrad bl-istonku Mari, ghax jien dejjem hekk nafek.’

‘Inhalluwa tghid lil Zolla, mhux hekk? Lila nhalluha tilaq, u jien thallini nghid li rrid.’

 ‘Din mhux hi li riesqa lejna.’

‘Iva, hi kollha kemm hi. X’kumbinazzjoni Zoll lilek konna qeghdin insemmu. Kemm xeraqlek dak il-kappel nhar il-Hadd. Prosit, prosit tassew.’

No comments:

Post a Comment