Is-sistema tal-POYC, il-pharmacy of your choice, kienet issa waslet ir-rahal, u Marija w Zolla kienu sejrin jimlew il-formoli ghand it-tabib biex jibdew jiehdu l-medicini mill-ispizerija tar-rahal.
‘Ara Zolla, ghal ghand it-tabib int ukoll?’
‘X’taghmel, la dal-gvern ghabbina b’dan il-loghob kollu. L-ewwel trid tigbor il-formoli, imbaghad ghal ghand it-tabib, imbaghad ghand l-ispizjar. Ahjar hallina kif konna.’
‘Iwa, Zoll ukoll fuq din se tgorr. Mela nsejt kemm qattajt sighat fil-kju u kemm kellek xi tghid ma nies ghax riedu jaqbzuk. Issa ser tkun tista ssib il-medicini that imniehrek lesti kemm tigborhom mir-rahal stess. Ara ejja nidhlu ghax ga hemm hafna nies ghand it-tabib. Issa halli f’idejja u ibqa diehla mieghi.
‘Kemm jimlili karta ta,hi. M’iniex se ndum’ u baqat diehla helu, helu,qabzet lil kullhadd, b’Zolla zzezzel warajha.
‘ Imma kif ma tisthix, Marija!’ ghidtilha kif dahlet u ghalqet il-bieb warajha.
‘Ghax din ukoll dejjem mghaggla, tabib. U dawk hemm m’ghandhomx x’jaghmlu.
Gejna ghal BOAC, tabib’
‘BOAC ta mohhok Marija. Poggi. Il-bambin jaghthielna tajba.’
‘Poggi,Zoll. Tisthiex. Din taf kemm hi misthija, tabib. Trid thallasha biex tghid kelma. Terfa kollox ghal wara darek. Ara, tabib, mohhok hemm u tinsiliex il-made for me ghax id-darba l-ohra bqajt minnghajrhom.’
‘Il-Metformin dejjem ktibthomlok, Marija. Int li tahsibhom panadol u taghtihom lil Lela.’
‘Daqs kemm tbati bl-ugigh ta ras, dik. Jahassra, igiebli hniena.’
‘U int thenn ghaliha u taghtiha z-zejjed tal-pilloli tieghek. Ikunu xi jkunu.’
‘Allura nahlihom,tabib. Jien ma nistax ghaliha il-hela. Ommi hekk kienet tghid u ma kienet tarmi xejn. Meta giet nieqsa kienet ghada zzomm id-dentatura ta missierha.’
‘Ejja Marija hallik mid-diskors ghax dawk in-nies li qbizt ikunu jridu jehilsu.’
‘Ghandek ragun tabib. Ara Zoll ejja mmorru. Ahjar tigi darb’ohra int halli ma nhallux lin-nies l-ohra jistennew.’
‘Imma x’wicc ghandek Marija. Le,le Zoll gib ha naqdik ukoll, mela tigi darb’ohra! Inqdiet Marija hej!’
‘Vera ma nifhmekx tabib,tafx. Tridna nitilqu? Tridna nibqaw? Ma tridx thalli n-nies jistennew? Iddecidi.’
‘Alla hares kullhadd kien bhalek, Marija’
‘Kellu bzonn kullhadd kien bhali tabib! Kieku lanqas elezzjonijiet ma jkun hemm ghalfejn naghmlu, ghax kieku kullhadd jivvota bhal ma nivvota jien. Xi tghid Zoll.’
.. u qabdet il-bieb ghal barra.
‘Le, le Marija, m’int obbligata xejn. Li jkollok bzonn ejja. Tajjeb kieku kullhadd kien bhalek, tarax.’
‘Sahha tabib, ser ikolli mmur ghax dawn in-nies, ruhi qalbi, xebbaw jistennew. Iva ejja Zoll, haffef daqsxejn saqajk. M’intiex tara li qed izzommlu n-nies lit-tabib. Vera m’ghandekx zejt f’wiccek,tafx. Haffef saqajk.’
Minnufih Marija tiftakar f’xi haga, terga tidhol u terga taghlaq il-bieb warajha.
‘X’ridt nghidlek tabib, ghax kont ser ninsa u proprju ghal dan gejt.’
‘Eh, tajjeb Marija, mela x-xoghol li ghadni kemm ghamiltlek ma kellekx bzonnu?’
‘U iva , imma dak seta jistenna. Dak biex ma nikxiefx ghajni ma Zolla, ghax kieku mur ghoqod biha tkun taf li ghandi vroma. Dik kif ser nibqaw. Inehhiha jew le?’
‘Marija, dik ga ghidlek, m’hemmx ghalfejn tnehhiha. Dik nofs in-nisa tar-rahal ghandhom bhalek. Jekk m’hiex idejjek halliha.’
‘Lili m’hiex idejjaqni. Imma Kola jghid li xi kull tant ma jafx xi jhoss.’
‘Itlaq il barra Marija ghax ga hlejtli nofs ta nhar u dawk in-nies issa ser jitlalhom.’
‘Iva tabib kemm sirt nervus. Sirt lanqas tista tkellmek dan l-ahhar. U madankollu jien biznis ingieblek ‘l hawn, tafx. Min imissu jidhol. U haffulu lit-tabib ghax m’ghandux zmien x’jahli. Ara Patista, mel’int hawn ukoll. Aqdiha l Patista tabib, ta, ghax din kellu bzonn kullhadd kien bhala. Trid nibqa mieghek Patist, forsi jien inkun nista nfehmu ahjar lit-tabib, ghax dalghodu xejn m’ghandu pacenzja.’
.. u bla ma stenniet twegiba, ghalqet il-bieb u wara li daret lil kull wiehed u wahda li kien hemm fil-kamra sellmietilhom u qaltilhom li kella titlaq ghax kienet mghaggla.
No comments:
Post a Comment