‘Hawn
Lonz, int ghadek sejjer jew diga gejt mix-xoghol?’
‘Le
Mari, illum bis-sick. Din il-gimgha m’iniex ser nersaq ‘l hem.’
‘Din
il-gimha Lonz? Jien ma nafx meta tmur ghax-xoghol, ghax jekk mhux bis-sick
bit-timinlu, u meta jfettilek tmur, tidhol fit-tienja u fid-disa ga narak
hawn.’
‘Aqtaghha
dimonju, li ma jmurx jisimek xi had.’
‘Mela
mhux kullhadd ghajnejh f’wiccu, Lonz! Jien ma nafx kif tibqa tiftakar tahdem.’
‘Issa
l-gvern mhux taghna Mari, mela hallih ihabbat. U dan minn fejn gejja ghodu
ghodu?’
‘Tfakkarniex.
Lejl shih l-emergenza. Sewwa ighidu tafx li jqattghu is-sighat shah hem.
Imbaghad l-iehor, gej isolvi kollox bit-tinda. U ahjar Alla jtini…’
‘Ma
tridx tghid li ma rrangga xejn l-isptar, hux?’
‘X’irranga
irranga. Ruh ommok irranga Lonz. Ara hallina ghax int sakemm ihalluk tiskarta
kollox sabih tara.Irid ikollok iz-zokkor f’ghanejk biex tara li l-isptar
irranga.’
‘Imma
hem ghalfejn titmasshan Mari!’
‘U
zgur u int paxxut rieqed bqajt dalejl. Ghandek tghid tbazwru intom, u inbatu
ahna maghkom.’
‘Mari,
tibbottja xejn kellna bzonn ta bidla.’
‘Mhux
hekk Lonz, inkella xi whud ma jindunawx kemm konna gawduti. Bhall-iehor, issa
qed jinduna kemm qed immorru lura fl-inglis. L-ewwel xebaw ighajjru lit-tfal
tas-sur Gino ghax ikellmuhom bl-inglis u issa qed nibku ghax sejrin lura.’
‘Imma
mhux Maltin ahna Mari?’
‘Mela
gawdi l-malti issa Lonz. Ara konna tant sew nafu nitkellmu bil-malti u
bl-inglis, jekk mhux bit-taljan ukoll.’
‘Mari,
jien madankollu ma nifhimx. Jien inhalli f’idejn Joseph ghax hu jaf x’inhu
jaghmel.’
‘Faqqa
subajk Lonz u kompli ilghaq ix-xemx fuq iz-zuntier. U ha nghidlek, qed tghidli
li qed nitmasshan. Mela x’ghamel siehbek l-bierah il-parlament? Dak zgur tmasshan.
Kien qisu ta qablu tal-goltin yers.’
‘Ma
kellux ragun jirrabja jewilla? Ghandna cans indahhlu biljun ewro u ser
itellfuhomna’
‘Ha
nghidlek Lonz, jien ma jien intelliflek xejn. Li naf hu li l-flus tahdem
ghalihom trid. B’li rridu naghmlu mhu xejn gdid ghax jista jaghmlu facilment
haddiehor.’
‘Jaghmlu
haddiehor. Ghalek ahna irridu naghgglu biex inkunu qabilhom. L-aqwa li ndahhlu
l-flus.’
‘Tarax
Lonz kemm int ragel. Dawk ta hemm isfel ukoll idahhlu l-belli liri. Ghax ma
tmurx tbigh lill-ohtok jew lill-ommok bhal ma jaghmlu huma u ddahhal il-flus int
ukoll. Imma kif ma tisthiex? Ara ha mmur ’l hemm ghax sewwa ighidu li ma tridx
targumenta ma hmar ghax tibda tonhoq bhalu, u ghall-inhieq m’intiex ser
tirbahlu.’
‘Hawn
ma fhimtekx Mari.’
‘Int
halli f’idejn Joseph, dak malajr ifehmek. Sahha Lonz.’
No comments:
Post a Comment