Thursday, 27 February 2014

MARIA TINZEL MARSAXLOKK.



Ma kienx mument li Maria fettilla tinzel M’xlokk. Dan il-villag tas-sajjieda kien ferm ghal qalb Maria u ta spiss kienet tinzel titpaxxa bil-bajja u l-bcejjec tal-bahar ikkuluriti li jkun hemm fiha. Imma din id-darba kien hemm hemda taqtaghha b’sikkina.
Ix-xlukkajri kienu gozz gozz hosbiena u hekk kif resqet lejnhom Maria dehru li dawwru d-diskors.

‘Ara Maria kemm ilna ma narawha ‘l hawn isfel,’ghajjat il-Mejja.

‘Biex int gej? Mhux ahjar tkomplu b’li kontu qed tghidu jew dan mhux ghall-widnejja?’

‘U le xejn milli qed tahseb, Maria. Problemi taghna s-sajjieda,’ kompla l-Gifen.

‘Sewwa qed tghid problemi, imma mhux taghkom is-sajjieda biss, ghax jekk jisplodi xi tunker kif qed ighidu mhux lilkom biss jeqred imma n-naha t’isfel ta Malta kollu.’
                                                                                          
‘Mela int ukoll imhassba Mari?’

‘X’ma tkunx imhassba. Taf min ma jkunx imhasseb Gif? Min ser jaghmel balla liri minn fuq dan il-post imma rasu fuq imhadda f’Tas-Sliema tkun.’

‘u lanqas hekk Mari’ ghax jekk isir dizastru kif jista jigri u tinqered il-power station Malta kollha tintlaqat. U min jahdem il-freeport jista ma jersaqx ‘l hemm.’

‘u ajma dan l-ghageb kollu ghalfejn? Qisu qatt ma dahal tunker M’xlokk.’

‘ara l-gharef l-iehor. Le, tunker daqs li ser jaghmlu qatt ma dahal. U mimli b’gass lest li jisplodi lanqas. U l-garra gejja w sejra fl-ahhar tinkiser. Bil-vapuri tal-freeport diehlin u hergin, is-sajjieda, u l-muviment li sar hawn f’dan il-port ftit trid li tinqala xi dizgrazzja.’

‘Imbaghad, b’daqshekk? Inqalghu tant dizgrazzi Mari’, tmur ma l-ohrajn.’

‘X’int gustuz. Dizgrazzja li tqum ghal ohra fiha w ma fihiex. Imma din ma tqumx ghal ohra. Taf x’naf inghid, int kont fuq ta quddiem tipprotesta ghax l-impjant tas-Sant Antnin kien qed irejjah. Sewwa, mela ghal daqsxejn ta riha tinten ghamiltu plejtu, u ghal spluzjoni ti tista teqred il-hajja ta eluf, qieghed frisk bhal hassa qisu mhu xejn.’

‘u iva veru Mari’, imma int min qallek li ser ikun hawn spluzjoni?’

‘Hadd. Imma hadd ma jista jicchad li jista jkun hawn, u jekk ikun hawn, wahda u tajba tkun, u bil-muviment li hawn, ic-cansijiet li jkun hawn wahda mhux zghir. Imbaghad dan kollu ghaliex?’

‘Mhux biex jorhsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Mari’’

‘Tajba wkoll. Mela biex jorhsu l-kontijiet nissograw gildna! U mur gharraq gennek, Gif. Ghandek tghid minhabba cwiec bhalek inbatu ahna.’

‘Jien madankollu ma nifhimx Mari’. Jien fuq li ighid Joseph qed nitkellem.’

‘Mhux hekk? Ma tifhmux imbaghad tismakom titkellmu qiskom xi oraklu. Bhal dak l-iehor taz-Zejtun, in-nies jitqatlu fl-Ukajina u hu bieb u ghatba qalilna li ma sema xejn. Joseph veru ma sema xejn, ghax il-parlament ghaddej, l-Ukajina jitqatlu u hu mar jara l-Milan jilaghbu.’

‘Ma jixraqlux imur jistrieh jara partita, Mari?’’

‘Mhux meta dam jitkaza b’ohrajn li ma jattendux il-parlament, tant illi ghadda ligi biex il-membri jitnaqsilhom mill-paga kull meta ma jattendux. Kieku rectar ghall-gallarija ghandna. Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax il-biki jaqbadni meta nara nies bhalek, Gif.’

            


Thursday, 20 February 2014

MARIA TAF XI TGHID




Maria kienet gejja lura mid-dawra ta’filghodu kif giet wicc imb wicc ma Frangisku.
Kull meta tarah Frangisku dejjem wicc Laskri, qatt bi tbissima fuq fommu. Imma illum Maria nnotat li kien gralu xi haga specjali.

‘Hawn Frangisk xi gralek kemm tidher hosbien?’

‘Hallini Mari ghax ma nafx fejn ser naghti rasi. Dak it-tifel li ghandi ma jridx jaf bi skola.’

‘Allura, b’daqshekk? Il-hajja mhux hekk sejra. Xi haga jrid ikollok. Trid tkun ma tghix f’dinja biex ma jkollok xejn.’

‘Int ghalik xejn m’hu xejn.’

‘Ara dan. Hu mis-sur Fons, ghandu flus kemm jesa gildu, imma jisthi lill-ommu u ma jafx min hu missieru. Mill-banda l-ohra, il-baruni, ghalkemm wild familja sew m’ghandux karlin fuq xiex jahlef. L-imghallem Ton li ghandu kemm gid u wkoll gej minn familja tajba, imdejjaq ghax jghix wahdu. Freddie mizzewweg imma m’ghandux tfal. Patist li ghandu kollox u wkoll tfal ma jafx fejn ser jaghti rasu ghax iz-zghir qabad it-triq tad-drogi. Hemm Frangisk, f’hakka t’ghajn dawwartek dawra mar-rahal.’

‘Iva Mari imma mhux kullhadd tieghu ihoss?’

‘Imissek thoss tieghi! Int qieghed ottu u ssir ottantottu.
Imbaghad xi nghidu ghal Karmenu. Dejjem ghix sew ma mara biezla u nadifa tazza. Hareg bil-pensjoni u beda jkun id-dar aktar mis-soltu, u ghax il-mara bdiet tghidlu taghffigliex hawn u ccaqlaqliex hemm, dejjqietu u qalilha li ahjar minghajra. Hatfitu fil-kelma u hemm, hares lejh, jitqalleb f’dar ta’taht fuq.’

‘Imma kif tkun taf kollox Maria!’

‘Eh ruhi, trid tkun taf kollox ghax b’hekk tara ta’ haddiehor u tinsa tieghek.’

‘Madankollu int kif int Maria?’

‘Jien dejjem l-istess Frangisk. Ghadni kif gejja mill-isptar u qaluli li kollox sew ghandi. Ghamluli t-testijiet kollha. Bdewli bl-SAG u qalbi kienet sew, u spiccawli bil-bubblegum ghax ma nafx x’hassew f’sidri.’

‘Ghandi pjacir Maria. Ma kelliex dubbju ghax minn dejjem kont mara b’sahhtek.’

‘Allura trid tara kemm dhaqna Cikk. Dan giet tabiba zghira zghira biex tezaminani. Qaltli biex nimted u nikxef zaqqi, u hekk ghamilt. F’hin minnhom missietni daqsxejn b’subajha u staqsietni weggatniex. Ghidtilha li daqs kemm ma kien fiha xejn lanqas kieku telghet toqmos fuq zaqqi ma kienet ser tweggani. In-nursijiet ma setghux jieqfu mid-dahq.’

‘Alla jbierkek Maria int. Kull fejn tkun tferrah lil kullhadd.’

‘Uwa jbierek qieghed ghax biex ma tajjartx lil Zolla dalghodu bilfors li tani l-pacenzja.’

‘Jaqaw x’gara?’

‘Daqs kemm hi kiesha. Qeghda tiffamfra ghax zewgha ta xi fjuri ghal San Valentino, u ghidtilha li Kola wkoll gabli pastarda liema bhala. Ahna hekk maghmulin – dal-fjuri xi tridhom. Hekk pastarda, ghamilna ikla liema bhala u ma kellna narmu xejn wara…’

‘Imma ghaliex kont ser itajjarha lil Zolla?’

‘Ghax qbadtha titmejjel minn wara dari. Hasbet li ma rajtiex. Ghidtilha – Zoll ruhi tidhaq xejn ghax ahjar pastarda u taf li hi friska, milli fjuri u ghandhom mnejn ga dbielu. Ara ha mmur ‘l hemm Cikk. Hadt gost li rajtek u hallik mit-tifel u l-iskola. Jien skola sas-sittax biss ghamilt imma xorta rnexxili npoggilek tbissima fuq wiccek.’        

Thursday, 13 February 2014

MARIJA SEJRA BRUSSELL



Din hi grajja ta l- 20 ta Ottubro 2012 ftit wara li l-Kummissarju Malti fl-Unjoni Ewropeja kellu jirrizenja fuq suspett ta tixhim.
Kont qieghed naghmel xi qadi qabel ma mmur fuq xi visti meta nahbat wicc imb wicc ma Marija t Xkieli gejja mis-suq. Kont mghaggel jien, u wkoll hi dehret fuq ix-xwiek. Imma Marija ma titlifx cans tieqaf tpacpac u hekk kif serhet il-gewlaq ma l-art, gibditni naha wahda.
‘Il-jum it-tajjeb tabib, mela off illum, jew m’hawnx mard?’

‘Gejt ‘l hawn ghax ili biex nixtri xi batteriji ghomor, Marija’

‘Mela m’intiex tisma u gharmajt wahda minn dawk ghal widnejk? Ma jien nara xejn.’

‘ U le Marija. Batteriji ghall-ghodda tieghi.’

‘U fejn naf jien. Minn mindu Kola tieghi rama wahda minn dawk – xix-xjafek ighidulhom? Qed narhom f’widnejn kullhadd. Insomma tabib, kif int? Int tithajjar tmur Brussel?’

‘Brussel xi mmur naghmel Marija! Jien tajjeb qieghed hawn.’

‘Ma spiccax dak il-kummissarju u jridu jibatu iehor minfloku issa?’

‘Iva Marija. Kas daqsxejn sfortunat dak. Imma le miniex imhajjar.’

‘Sfortunat veru. Imma dawk il-miljuni kollha x’riedhom. Ghandek tghid il-bniedem qatt m’ghandu xeba. Jiena w Kola bil-biex ghaddejjin u xorta ma jonqosna xejn.’

‘Tibdiex Marija. Miljuni ma ha hadd,u s’issa ma tista titfa dell ikrah fuq hadd.’

‘Kont qed nithajjar immur jien Brussel, tabib. Int ma tatiniex palata?’

‘Mela issa lanqas int m’ghandek xeba? M’ghadekx kemm ghidt li ghadejja tajjeb.’

‘Kulni tabib. X’fiha? Mhux kullhadd irid ikun bhan-nies. Mur arani Brussel tabib. Isma, ha nghidlek,jien ukoll naf is-sold naghmlu tnejn. Jien ma sirtx tabib jew avukat ghax ma mortx l-Universita, tafx.’

‘Xejn m’int qed tghid Marija.’

‘Ara kemm titqalleb Konsa ta Pespes kieku mmur. Tibda tarani fuq it-television ta kuljum. Ummi,x’gargarella taqbada kieku.Libsa sur ta nies ghandi, ghax hemm dik li libset ommi fit-tieg tieghi. Ghanda bzonn tfarfira imma libsa bhala zgur li Konsa ma rat qatt.’

‘Marija in-nies ma jmorrux Brussel biex jinku lil hbiebhom, imma ghax ikollhom xi haga x’joffru.’

‘U xi haga ma nirrangawx. Miljuni m’ghandiex imma xi laburist ma nsibx?’

‘X’laburist hu Marija. Lobbyist trid tghid.’

‘U iva, dak. Mhux l-istess?’

‘Marija mhux ahjar thallik mill-holm. Lilek qed jistennew Brussel tafx. Mur ghax Kola jkun qed jistenniek’

‘Hallini tabib nohlom. Bniedem ma tahmluhx jifrah. Tahsibx li jekk immur jien Brussel ma naghmilx hoss aktar minn x’whud. Kieku l-ewwel ma nghidilhom fuq il-bankina ta hdejna. Imbaghad nikxef lir-ragel ta Zolla, dik il-mahmuga l-ohra, ta kemm qed igib ghasafar minn barra. Xejn ma jiehdu gost ikunu jafu dawk b’xi haga bhal din.’

‘U hallina minnek Marija. Mela Brussel imorru jpacpcu fuq affarijiet bhal dawn!’

‘Ghax ma tghidx li ma tridx taghtini palata, tabib. Sewwa jghidu li intom il-laburisti biss taqdu. Ara tigix Zolla tghamillek xi wicc b’iehor u taqdiha. Hemmhekk niksru l-fus tabib.’

‘Marija, la int u l-anqas Zolla m’intom tajba biex tmorru Brussel. Min immure hemm irid ikollu daqsxejn ta skola.’

‘Xi hsibt tabib li qatt ma mort skola. Jien ghamilt sa sittax, u kull sena ghamiltha darbtejn. Veru li hrigt daqsxejn qabel imma dak ghax qabdet mieghi il-miss.’

‘Iva iva Marija. Ftit kien jonqsok biex tiggradwa.’

‘Ha nghidlek tabib, jien ta nies nohrogkom tafx. Skola daqskom forsi ma nafx, imma mill-wiehed sas-sitta naf nghod. Nill-ghaxra sas-sittin naf nitfixkel xi ftit.’

‘U isa Marija. Ara sa jkolli mmur u minhabba fik lanqas batteriji ma xtrajt, kif zammejtni bil kliem.’

‘Sahha tabib. U Brussel ma rridx immur. Jien ahjar minn hawn ma nsibx. Veru li xi miljun zejjed kont insib x’naghmel bih, imma mbaghad jien meta npoggi rasi fuq l-imhadda norqod inkun irrid. U haga ohra, hallik mill-batteriji. Kola tieghi xorta wahda baqa. Bihom u minghajrhom xorta wahda irrid naghajjat biex jismani.’

‘U int biex tghajjat l-ewwel tiehu Marija. Sahha ghalik u sellili ghal Kola.’

Wednesday, 5 February 2014

MARIA U R-RESIDENZA


Kienet gurnata meta Maria ma kella aptit taghmel xejn. Libset u nxtehtet fil-hanut ta’Doru tiehu kafe’, taqra l-gazzetti u tara ma min ser taqbad biex idahhal idejh fil-but. Ghalhekk meta dahal il-kappillan u pogga hdejha ma tantx hadet pjacir, ghax dan issoltu kafe’ ihallsuhulu u mhux ihallsu hu.

‘Ara Maria kemm ili ma naraha.’

‘Hawn ahna kappillan. Nistrieh daqsxejn ghax ghajjejt dalghodu, allavolja m’ghamilt xejn. Tiftah gurnal hlief fuq ic-cittadinanza ma taqrax. Nixxfuli mohhi.’

‘Imma mportanti Maria, ghax trid tkun taf min qed izur pajjizna.’

‘Importanti, hekk hu. Imma meta tara lil kullhadd jitkellem kif jaqbillu ma tkunx taf fejn ser taqbad taghti rasek.’

‘Bhal xiex, Maria?’

‘Bhal din tar-residenza. Mela issa bizzejjed taghmel ftit granet fil-pajjiz biex tkun residenti, u ftit snin ilu tellajna bniedem il-qorti ghax ma kienx iqatta s-sena kollha hawn.’

‘Iva sew qed tghid.’

‘U l-ohra ta l-Unjoni Ewropejja! L-ewwel ghamlu gimghat shah jghajjruna ghax mhux sew li nbieghu l-passaport Malti ghax dak ta’l-Ewropa wkoll, u issa wara ftit sieghat ta’ilsien helu, xejn mhu xejn.’

‘Hekk hu Maria. Int ma tarax ukoll fil-valuri tal-hajja, qabel kien kollox dnub, issa sar kollox xejn mhu xejn. Imma ta’lanqas Maria, nerga naqa fuq ic-cittadinanza, fejn qabel kien kollox sigriet, kemm kemm ihallsu ghall-passaport u jistghu lanqas biss jirfsu hawn Malta, issa ta lanqas min ser jigi ser inkunu nafu min hu, ser jixtri fejn joqghod u wkoll ser ikollu joqghod xi ftit hawn.’

‘U min jaf x’ser jaghmel, kappillan! Bit-tbazwir li hawn tista tghid xi jkun ghaddej.
U madankollu, jien ghalija jista ma jkollu joqghod xi ftit hawn xejn. Jien, jew ikun Malti bhalna, jew jista jmur ghand boxxla xjaten.Mela hekk sewwa, ir-ragel ta oht Kola tieghi ilu s-snin hawn Malta, jahdem, ihallas it-taxxi, sar qisu wiehed minna u qalulu li qabel hames snin ohra ma jistax ikollu passaport. Imbaghad, dan li Alla wahdu jaf min fejn hu gej jista jigbor il-passaport ghax ihallas.’

‘Le, mhux sew dan.’

‘Mhux sew, mhux sew u sadanitant min qed ipappijha ghadu jpappijha. Ara dan hawn x’ghandna – ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna jrid. Hekk jewilla Malta taghna lkoll.’

‘Iva smajtha din Maria. Imma ukoll il-ministru qal li mhux sewwa.’

‘M’intiex ser taghmilli bhal Joseph int hux? Isir il-hazin, nghidu li dak issa ghadda, tghallimna minnu u issa rridu nharsu ‘l quddiem. U kullhadd jibqa b’li ha.’

‘Iva veru Maria. Imma ghidli x’taqbad taghmel?’

‘Titghallem int ukoll, u ma thallix lil min jitmejjel bik. Taf x’ghid l-inglis hux kappillan – ful mi wuns xejm on u, ful mi twajz xejm on mi.’

‘Prosit ghalik Maria kemm taf.’

‘Kif dejjem nghid. Jien ma sirtx professor ghax ma mortx l-univerzita’. Ser ikolli mmur, sur kappillan ghax irrid nibaght lil Kola jgib ix-xirja. Hallsu daqsxejn int lil Doru ghax m’ghandiex zghar.’